Dwar il-qafas tal-kisbiet mit-tagħlim
Malta kisbet l-Indipendenza fl-1964, saret Repubblika fl-1974 u ngħaqdet mal-UE fl-2004. Bħalissa l-edukazzjoni obbligatorja mill-istat fuq skala nazzjonali tammonta għal 60%, is-settur indipendenti 10% u l-Iskejjel tal-Knisja 30%. Dan tal-aħħar ser jogħla għal 40% bħala riżultat tar-riforma kurrenti. L-iskejjel kollha primarji indipendenti u tal-istat kif ukoll l-iskejjel indipendenti sekondarji huma kważi kollha ko-edukattivi. Fl-2013 kien hemm proġett pilota fejn l-ewwel skola sekondarja ġenerali tal-istat saret ko-edukattiva.
Bħal ħafna pajjiżi li għandhom wirt kolonjali, sal-2006 Malta kellha sistema edukattiva ċċentralizzata u selettiva. Malta dejjem żammet mal-pass tal-pajjiżi tal-UE f’prattikament il-benchmarks edukattivi kollha. Barra minn hekk, fis-snin reċenti Malta ħadet sehem għall-ewwel darba fl-istudji internazzjonali TIMSS, PIRLS u PISA. Dawn ikkonfermaw li filwaqt li l-individwi li jiksbu l-aqwa suċċess jikkomparaw tajjeb ma’ individwi minn pajjiżi oħra, għandna għadd kbir ta’ individwi li jiksbu riżultati baxxi, 37% (għall-Matematika fit-TIMSS) u 59% (għax-Xjenza fit-TIMSS), 36.3% (għal-Litteriżmu fil-Qari tal-PISA), 33.7% (Litteriżmu fil- Matematika tal-PISA), 32.5% (Litteriżmu fix-Xjenza tal-PISA) u 45% (għall-PIRLS) tal-popolazzjoni nazzjonali. Il-mira UE2020 hija li jkun hemm anqas minn 15% tal-popolazzjoni tal-istudenti kklassifikati bħala li ‘jiksbu riżultati baxxi’.
Fis-sena 2000 il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali sar liġi. Dan ippreżenta viżjoni ġdid ta’ ekwità u dritt fl-edukazzjoni obbligatorja f’Malta, u ħaddan esperjenza olistika ta’ tagħlim iċċentrat fuq l-istudent. Dan id-dokument kien punt ta’ bidla li baqa’ relevanti anke fir-riformi edukattivi kurrenti.
Madankollu kien ċar li s-sistema edukattiva obbligatorja f’Malta kienet teħtieġ trasformazzjoni kbira fl-għanijiet, l-istrateġiji u l-istrutturi li marru lil hinn mill-prinċipji fundamentali. Id-dokument ta’ kunċett tal-2005 ‘Biex it-Tfal Kollha Jkunu Suċċess’ (‘For All Children to Succeed’) tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, disponibbli fuq https://www.education.gov.mt/MediaCenter/Docs/1_for_all_children_to_succeed.pdf ippropona d-deċentralizzazzjoni tal-iskejjel tal-istat f’għaxar Kulleġġi bi skejjel sekondarji u l-iskejjel primarji feeder tagħhom stess. Dawn il-Kulleġġi ser ikollhom aktar awtonomija amministrattiva, maniġerjali, finanzjarja u fl-aħħar mill-aħħar kurrikulari, fi ħdan qafas ta’ standards u assigurazzjoni tal-kwalità. Id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ta’ qabel se tkun sostitwita minn Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DES) li ser jipprovdi s-servizzi u jimmaniġġja l-Kulleġġi, u Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni (DQSE) li jkollhom mandat nazzjonali fir-rigward tal-politika edukattiva, iż-żamma tal-istandards, l-appoġġ għat-titjib tal-iskejjel u assigurazzjoni tal-kwalità. Dawn il-proposti ġew tradotti fl-liġi fl-2006, disponibbli fuq https://www.education.gov.mt/MediaCenter/Docs/1_Act_XIIIE.pdf. Id-Direttorati bdew joperaw fl-2007 u l-Kulleġġi fl-2008.
Fl-2009 intlaħaq ftehim dwar l-armonizzazzjoni tat-tagħlim obbligatorju tal-iskejjel tal-Knisja ma’ dak tal-istat. Dan wassal għall-eliminazzjoni fl-2011 tal-eżamijiet 11+, bi ftehim mal-iskejjel tal-Knisja, u b’hekk ipprovda kundizzjonijiet aktar ugwali u taħlit akbar ta’ studenti fl-iskejjel kollha, li fiha nfisha kienet fattur li kkontribwiet għal aktar ekwità. Il-Benchmark il-ġdid ta’ tmiem il-primarja ġie introdott, u dan qed jinfluwenza t-tagħlim u t-taħriġ fl-iskejjel tagħna.
Fl-2009 wkoll tnediet ir-reviżjoni tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali. Dan wassal għall-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (NCF) l-ġdid li ġie tradott f’liġi fl-2012, disponibbli fuq https://www.education.gov.mt/mediacenter.ashx?file=MediaCenter/Docs/1_NCF%20Booklet.pdf. Dan l-NCF żamm u kompla jiżviluppa l-aspirazzjonijiet edukattivi u l-għanijiet tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali 2000. Dan ippropona dritt għall-edukazzjoni universali mibni madwar tmien Oqsma ta’ Tagħlim, ispirati mill-Qafas Ewropew ta' tmien Kompetenzi Ewlenin. Dan huwa l-ewwel qafas tal-kurrikulu li ġie adottat minn mindu Malta ngħaqdet mal-UE fl-2004 u b’hekk ittieħdu f’kkunsiderazzjoni dokumenti importanti relatati mal-politika maħruġin mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn jinkludu Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja — Qafas Ewropew ta’ Referenza (inkluż fl-anness tar-Rakkomandazzjoni) (2006/962/KE); qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (2009) u Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (COM (2010) 2020) li huwa s-segwitu tal-Istrateġija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi (Memo 06/478/12 ta’ Diċ 2006).
L-NCF jindirizza n-nuqqasijiet fil-proċessi tat-tagħlim tagħna li matul iż-żmien waslu għall-assenteiżmu, għal rati kbar ta’ tluq mill-iskola qabel iż-żmien u għal ħiliet u kompetenzi baxxi f’għadd ta’ studenti. Huwa qiegħed isaħħaħ l-istrutturi eżistenti li qed jittrasformaw it-tagħlim f’attivitajiet ibbażati fuq min jitgħallem. Huwa intiż li jwassal għal rata ta’ parteċipazzjoni ogħla fl-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja u li jattira aktar studenti għat-tagħlim tul il-ħajja, billi jinkoraġġihom jidħlu f’edukazzjoni ogħla u ulterjuri.
L-NCF huwa ppreżentata fi ħdan perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja u jiċċelebra d-diversità billi jaqdi l-ħtiġijiet tal-istudenti kollha f’kull stadju tal-edukazzjoni tagħhom. Huwa għandu l-għan li jintroduċi aktar ekwità u deċentralizzazzjoni fis-sistema nazzjonali. Huwa jagħti l-istess importanza lill-edukazzjoni bikrija, primarja u sekondarja. L-NCF qed jaħdem biex jippreżenta kurrikulu uniformi li jirrifletti t-tranżazzjonijiet bla problemi u l-bini u l-estensjoni tal-pedamenti sodi ta’ edukazzjoni bikrija tat-tfal. Essenzjalment, l-NCF għandu l-għan li jipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità għall-istudenti kollha, inaqqas il-perċentwal tat-tluq mill-iskola qabel iż-żmien u jżid l-għadd ta’ studenti li jidħlu għall-edukazzjoni ogħla.
L-NCF ippropona Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim bħala l-bażi tat-tagħlim u l-assessjar matul is-snin tal-edukazzjoni obbligatorja. L-għan tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim huwa li l-iskejjel u l-istudenti ma jibqgħux jiddependu fuq għarfien impost b’mod ċentrali- sillabi ċċentrati, u jinagħtaw il-libertà biex jiżviluppaw programmi li jissodisfaw il-qafas tal-għarfien, tal-attitudnijiet u tal-kisbiet ibbażati fuq il-ħiliet li huma kkunsidrati drittijiet tal-edukazzjoni nazzjonali ta’ kull student f’Malta. L-LOF huwa għalhekk maħsub biex eventwalment iwassal għal aktar awtonomija kurrikulari għall-kulleġġi u l-iskejjel, biex ikunu jistgħu jindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet ta’ tagħlim tal-istudenti tagħhom. Is-sejħa għall-offerti FSE 1.228– It-Tfassil tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim, it-Tagħlim Assoċjat u Programmi tal-Assessjar u taħriġ relatat huwa maħsub li jwassal dan l-approċċ tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim lill-edukaturi fi ħdan it-tagħlim obbligatorju u lill-partijiet interessati relevanti kollha.
Matul dawn l-aħħar 5 snin, inizjattivi paralleli importanti oħra fl-edukazzjoni obbligatorja kienu:·L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Politika u Strateġija Nazzjonali għall-kisba ta’ Kompetenzi Ewlenin fl-Edukazzjoni Primarja, disponibbli fuq;
·It-trasformazzjoni gradwali tat-tagħlim u l-assessjar għall-Istudji Soċjali f’moduli bil-possibilità ta’ xi żviluppi u għażliet ibbażati fi skejjel, u aktar approċċi ta’ assessjar formattiv;
·L-iżvilupp ta’ qafas ta’ għaxar livelli ta’ kisbiet. Dawn kienu introdotti l-ewwel darba fl-abbozz tal-NCF tal-2010, u implimentati fil-Programmi tat-Tagħlim u Assessjar fl-iskejjel tal-istat tal-Forms 1 u 2 fl-2012-12, disponibbli fuq http://curriculum.gov.mt/en/Curriculum/Form-1/Pages/default.aspx. F’kuntest ta’ tagħlim differenzjat, studenti differenti fl-istess klassi naturalment ikunu qed jimxu l-quddiem b’rati differenti permezz ta’ dawn il-livelli ta’ kisbiet, u t-tagħlim u t-taħriġ ikun jeħtieġ li jipprovdu għal din id-diversità.·L-iżvilupp ta’ għażla ta’ suġġetti ETV fis-Snin Sekondarji, jiġifieri BTEC, u eventwalment l-iżvilupp ta’ suġġetti ETV tal-pajjiż fil-Livell 3 tal-MQF u bil-parità tal-istima mal-kwalifiki akkademiċi, ikun implimentat fl-iskejjel sekondarji mis-sena skolastika 2014/15;
·L-iżvilupp ta’ Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola Sekondarja u Profil fil-Livell 1 u 2 tal-MQF, li jirrikonoxxi forom differenti ta’ tagħlim;
·L-iżvilupp ta’ Programm ta’ Kurrikulu Ċentrali li jipprovdi ċertifikazzjoni fil-Livell 1 tal-MQF fi tmiem is-Snin tas-Sekondarja.
·It-tnedija ta’ Qafas ta’ Strateġija tal-Edukazzjoni għal Malta 2014 - 2024 bil-għan li jipprovdi ġenerazzjonijiet ta’ studenti preżenti u futuri bil-ħiliet u t-talenti meħtieġa għall-impjegabilità u ċ-ċittadinanza.Livell ta' Kisbiet, Sena, Htigijiet Diversi, Ċiklu Skolastiku, Istituzzjoni Edukattiva u Eta'
Il-kisba ta ' livelli aktar dipendenti fuq l-iżvilupp tal- individwu mill-età bijoloġiċi , għalhekk il- tabella t'hawn fuq hija biss indikattiva
Ta’ min jinnota li fil-Livell 10 hemm għadd ta’ Kisbiet mit-Tagħlim maħsuba għal studenti Bravi u b’Talent. Għall-maġġoranza tas-suġġetti, dawn il-Kisbiet mit-Tagħlim huma estensjoni tal-Livell 9 Milħuqa u jitwettqu mal-istudenti meta jaslu fi tmiem l-iskola obbligatorja. Madanakollu, kull Livell Milħuq għandu l-Kisbiet mit-Tagħlim li jistgħu jkunu estiżi aktar, u suġġerimenti għal dan ser ikunu inklużi fis-sezzjoni tal-Pedagoġija u l-Assessjar ta’ kull suġġett.
Kull Livell Milħuq ser jinkludi lista ta’ Kisbiet mit-Tagħlim, jew Kisbiet mit-Tagħlim u Kriterji tal-Gradi fil-każ tas-suġġetti VET. Dawn il-Kisbiet mit-Tagħlim huma deskritti f’għadd ta’ dikjarazzjonijiet 'Kapaċi' li jistgħu jinstemgħu repetittivi meta jkunu kategorizzati f’kull livell. Ir-raġuni għal dawn id-dikjarazzjonijiet hija biex nallokaw l-awtonomija tal-esperjenza tat-tagħlim lill-istudenti. L-għalliema ser jingħataw gwida, fid-dokument tal-Programm tat-Tagħlim u l-Assessjar (LAP), fuq kif jistgħu jużaw dawn id-dikjarazzjonijiet 'Kapaċi' fit-tagħlim tagħhom. Kull Kisba mit-Tagħlim mhux ser tibda minn vakwu, iżda ser tkun integrata fi ħdan esperjenzi ta’ tagħlim li jagħmlu sens pedagoġiku għall-istudenti kkonċernati.
Id-dokument tal-Programm tat-Tagħlim u l-Assessjar li qed jiġi żviluppat ser jinkludi eżempji ta’ kif dawn il-Kisbiet mit-Tagħlim jistgħu jintlaħqu, u referenzi għall-kontenut li jgħin lill-għalliema jsibu dik l-esperjenza ta’ tagħlim partikolari għas-suġġett li jkunu diġà familjari miegħu. Dawn ir-referenzi għall-kontenut, u l-eżempji, jgħinu jistabbilixxu l-fruntieri għall-assessjar li jistgħu jużaw l-għalliema biex jassessjaw dawn l-esperjenzi ta’ tagħlim. Dawn il-fruntieri għall-assessjar jgħinu jipprevjenu sitwazzjonijiet fejn l-għalliema jinkludu ammont superfluwu ta’ materjali biex jiżguraw li l-kontenut kollu jkun kopert. Gradwalment, u permezz ta’ appoġġ u taħriġ adegwat, l-għalliema jitgħallmu kif jiżviluppaw esperjenzi ta’ tagħlim li huma flessibbli biżżejjed biex jindirizzaw il-bżonnijiet partikolari tal-istudenti, iżda speċifiċi biżżejjed biex jitkejlu u jiġu rrapportati.
L-approċċ tal-Kisbiet mit-Tagħlim mhuwiex reduzzjonist fil-pedagoġija tiegħu. Huwa sempliċiment qafas li b’ebda mod ma jipprekludi lill-għalliema milli jiżviluppaw tagħlim li jmur lil hinn minn dawn id-dikjarazzjonijiet. Is-sessjonijiet tal-Pedagoġija u l-Assessjar fi ħdan il-LAP ser jgħinu lill-għalliema jarrikkixxu t-tagħlim tagħhom, u jużaw l-LOF bħala għodda biex jiżviluppaw l-esperjenzi tat-tagħlim tagħhom stess. Dan huwa preċiżament il-mod kif l-NCF (2012) issuġġerixxa li jsir it-tagħlim, fi ħdan l-edukazzjoni obbligatorja.
Il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim u l-Programm tat-Tagħlim u l-Assessjar għal ħafna suġġetti ġew żviluppati minn esperti barranin, bħala parti minn Konsorzju, u vvalidat minn esperti lokali. Għadd ta’ suġġetti u oqsma oħra ġew żviluppati lokalment minħabba n-natura kontestwalizzata tagħhom. Il-kontribuzzjoni tal-esperti lokali kienet sinifikanti u konsistenti fis-suġġetti kollha.
Pedagogija u Assessjar
Id-dokumenti dwar il-pedagoġija u l-assessjar jinsabu fil-pagni tas-suġġetti.
Livelli ta' Dħul, Snin Bikrijja u Suggetti Godda
Xogħol fuq xi suġġetti, inkluż dak li għandu x'jaqsam ma' livelli ta' dħul, is-snin bikrijja u numru ta' suġġetti VET ġodda, għadu għaddej. Dan il-materjal jiġi ppreżentat aktar tard matul is-sena.Suġġetti u programmi li għadhom pendenti jinkludu:
- Il-Malti
- Il-Ġeografija (Trekk ġenerali)