Rispons
EN | MT  

L-Edukazzjoni għad-Demokrazija





  • Qasam tat-Taħriġ fil-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim
    Introduzzjoni għall-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim
    Definizzjoni u deskrizzjoni tal-għan tat-taħrig fil-Qasam tat-Tagħlim:
    Waħda mit-tliet għanijiet ċentrali tal-Edukazzjoni f'Malta hija li teduka "Studenti li huma ċittadini involuti b'mod responsabbli u kapaċi jiżguraw ġustizzja soċjali f'realtajiet lokali, reġjonali u globali li dejjem qed jinbidlu" (NCF, p.8). Dawn il-kapaċitajiet jinkludu fehim kulturali, soċjali, ekonomiku u politiku lokalizzat ħafna kif ukoll għarfien progressiv ta' forzi reġjonali u globali usa' li jinformaw liċ-ċittadin kontemporanju. Dawn il-kapaċitajiet għaldaqstant huma  l-aktar probabbli li joħorġu minn approċċ ibbażat fuq sistemi li jinkorporaw ċaqliċ strateġiku relatat mal-kultura, il-pedagoġija u l-ethos tal-iskola, u jkunu appoġġati b'mod ċar mil-ħidma li titwettaq f'temi interdixxiplinarji oħra bħall-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Edukazzjoni għad-Diversità u l-Qasam ta' Tagħlim tal-Umanitajiet. B'mod partikolari, l-iskejjel ser ikollhom juru impenn awtentiku li ser jikkoperaw mal-opinjonijiet taż-żgħażagħ kemm fir-rigward tal-ambjent skolastiku u t-tagħlim tagħhom, permezz ta' strutturi formali u informali. Il-kapaċitajiet previsti f'dan il-qasam ta' tagħlim ukoll jeħtieġ ikunu infilsati f'komponenti interdixxiplinarji u mibnija fuq kurrikulu li huwa viżibbli u espliċitu biex jiżguraw li l-għarfien, il-ħiliet, il-valuri u l-litteriżmu partikolari taċ-ċittadini involuti huma evidenti b'mod ċar, u b'hekk suġġett għall-evalwazzjoni, l-assessjar, ir-reviżjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità kif ikun xieraq. Dan l-approċċ espliċitu u fl-istess waqt interdixxiplinarju għandu jiffaċilita l-iżvilupp ta' riżorsi adattati għall-istudenti u għal opportunitajiet ta' żvilupp professjonali għall-edukaturi.
    Learning Area Outcomes:
    Kapaċi nelenka u nispjega d-drittijiet tal-bniedem inaljenabbli tiegħi u kif dawn huma rregolati mid-drittijiet tal-oħrajn. 
    Kapaċi nipparteċipa f'dibattitu b'mod demokratiku b'tali manjiera li hija tolleranti għall-opinjonijiet ta' ħaddieħor.
    Nevalwa l-esperjenzi edukattivi ta' kuljum biex insir ċittadin aktar demokratiku u attiv.
    Kapaċi nidentifika l-proċessi politiċi bażiċi tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni, billi nikkampanja għall-bidla u għat-teħid tad-deċiżjonijiet u naf kif nieħu sehem f'dawn il-proċessi demokratiċi fl-iskola tiegħi (inkluż fil-Kunsill tal-Istudenti) u l-ħajja ta' kuljum.
    Kapaċi b'mod kritiku ninvolvi ruħi ma' kunċetti bħal: id-demokrazija, il-libertà, id-diversità, l-ugwaljanza, l-identitajiet, il-propjetà privata, l-adegwatezza, l-istat tad-dritt u d-dritt li nifforma, ningħaqad ma' u titlaq minn organizzazzjoni.
    Jiena ħassieb kritiku u kapaċi nistaqsi permezz ta' sorsi differenti ta' informazzjoni biex nilħaq konklużjonijiet informati tajjeb, razzjonali, ġustifikati u etiċi fi proċess kontinwu ta' awto riflessjoni li jinkludi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-opinjonijiet tiegħi.
    Nifhem li l-valuri demokratiċi huma mnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta' Malta u dokumenti internazzjonali huma vulnerabbli għal theddid ostili differenti. B'riżultat ta' dan, jiena nintrabat li nipproteġi d-demokrazija bħala legat għall-ġenerazzjonijiet futuri billi nippromwovi u nappoġġja tali valuri fejn u meta jkunu mhedda.
    Kapaċi nopponi diskriminazzjoni inġusta u nintrabat li nikkontribwixxi lejn soċjetà inklussiva u pluralista fejn id-drittijiet tal-minorità huma rispettati.
    Kapaċi nkun involut b'mod kritiku f'kunċetti ta' ġustizzja soċjali differenti. 
    Nagħraf għaliex huwa importanti nieħu azzjoni biex nindirizza l-inġustizzji inkluż il-korruzzjoni u d-diskriminazzjoni lokali, nazzjonali, reġjonali jew globali.
    1. Nittratta lil ħaddieħor (sħabi l-istudenti, l-għalliema u membri tal-komunità lokali jew globali) bir-rispett, id-dinjità u t-tħassib għall-benessri tagħhom.
    Nempatizza u nżomm moħħi miftuħ f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' ftehim, kontroversja u kunflitt filwaqt li nirrikonoxxi l-konvinzjonijiet u l-preġudizzji tiegħi. (Eż. politiċi, kulturali, reliġjużi, ekonomiċi, sesswali, tal-ġeneru, tal-età).
    ​Kapaċi naħdem b'mod kreattiv u kooperattiv fi ħdan l-iskola u l-komunità lokali tiegħi biex intejjeb ħajjet ħaddieħor.
    Kapaċi nispjega l-kunċett tas-sussidjarjetà u nispjega għaliex għandhom jittieħdu u jiġu implimentati deċiżjonijiet fil-livell l-aktar viċin tal-persuni kkonċernati.




SUBMIT YOUR FEEDBACK HERE