Rispons
EN | MT  

Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika





  • Qasam tat-Taħriġ fil-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim
    Introduzzjoni għall-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim
    Definizzjoni u deskrizzjoni tal-għan tat-taħrig fil-Qasam tat-Tagħlim
    Permezz ta' involviment effettiv fil-qasam tat-tagħlim tas-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika l-istudenti jesperjenzaw numru u firxa ta' kuntesti rikki għat-tagħlim li jikkontribwixxu għall-iżvilupp, it-tagħlim u l-benessri ġenerali personali tagħhom kif ukoll għall-benessri tal-oħrajn. B'mod aktar speċifiku, l-istudenti jkollhom opportunitajiet jitgħallmu fi u permezz ta' għadd ta' kuntesti sinifikanti u divertenti, inkluż attività fiżika u l-isports u attivitajiet prattiċi tal-produzzjoni tal-ikel li għandhom l-għan isostnu, jippromwovu u jtejbu s-saħħa fiżika, soċjali, emozzjonali u psikoloġika tagħhom. Barra minn hekk, il-ħiliet, l-għarfien, l-attitudnijiet u l-valuri li l-istudenti jiżviluppaw permezz ta' kull esperjenza ser tistabbilixxi l-pedament għal tagħlim ta' suċċess u divertenti u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà issa u fil-futur, irrispettivament mis-sess, l-etniċità, l-età jew l-abilità. 

    Learning Area Outcomes:
    Kapaċi nimpenja ruħi u nitgħallem b'mod effettiv f'għadd ta' kuntesti fl-iskola u fil-komunità inġenerali, li jrawmu l-benessri personali u soċjali. 
    Kapaċi ninnegozja l-ambjent ta' tagħlim tiegħi mal-għalliem/a tiegħi u mal-pari tiegħi biex niżgura esperjenzi ta' tagħlim sinifikanti, adattati, effettivi u ġusti li jrawmu benessri personali u soċjali. 
    Nifhem li t-tagħlim fi u permezz ta' kuntesti differenti, inkluż attività fiżika u l-isports u attivitajiet ta' produzzjoni ta' ikel bnin, ser jikkontribwixxu għas-saħħa u l-benessri ġenerali tiegħi, inkluż il-benessri fiżika, soċjali, emozzjonali u psikoloġika. 
    Nifhem li approċċ infurmat tajjeb u bbilanċjat lejn id-dieta u l-eżerċizzju jista' jkollu impatt pożittiv fuq it-tagħlim tiegħi u fuq is-saħħa u l-benessri ġenerali tiegħi.
    Kapaċi nikseb l-għarfien u niżviluppa ħiliet, kompetenzi u attitudnijiet kif ukoll nikseb kunfidenza li tappoġġja s-saħħa u l-benessri ġenerali preżenti tiegħi u tinkoraġġini nkompli ngħix stil ta' ħajja san fil-futur.
    Nifhem in-natura u l-għan ta' attivitajiet fiżiċi u sports differenti u kapaċi nuża dan il-fehim biex nagħmel deċiżjonijiet adattati.
    Nifhem li t-tagħlim u l-attività fiżika u l-isports jistgħu jgħinuni nsir aktar konxju/a ta' min jien u kif nitgħallem u jgħinuni nkun pożittiv/a dwari nnifsi.
    Kapaċi naħdem b'mod effettiv waħdi, f'pari jew fi gruppi żgħar biex intejjeb l-esperjenzi ta' tagħlim tiegħi u ta' ħaddieħor. 
    Nifhem il-ġisem tiegħi, kif jikber u jiżviluppa u kif dan jista' jaffettwa t-tagħlim u s-saħħa u l-benessri olistika tiegħi. 
    Kapaċi nosserva, nanalizza u napprezza l-prestazzjoni tiegħi u ta' ħaddieħor biex nifhem aħjar il-proċess ta' tagħlim u ntejjeb l-esperjenzi ta' tagħlim tiegħi u tal-pari tiegħi. 
    Kapaċi niddiskuti u nirrifletti (b'mod kritiku) fuq il-modi li fihom kunċetti dwar is-saħħa, l-attività fiżika u l-isports, id-dieta u l-immaġni tal-ġisem huma ffurmati b'mod soċjali biex jitneħħew l-ostakli, jinbidlu l-perċezzjonijiet u jinħolqu esperjenzi aktar ġusti għal kulħadd.
    Nifhem li t-tagħlim tal-valur nutrittiv u sanitarju tal-ikel u l-parteċipazzjoni tiegħi f'attivitajiet tal-produzzjoni ta' ikel san jistgħu jgħinuni nadotta dieta aktar tajba għas-saħħa u jtejbu l-ħsieb kritiku, l-istabbiliment ta' miri, kompetenzi kulinarji, l-awto effikaċja u s-saħħa u l-benessri tiegħi.




SUBMIT YOUR FEEDBACK HERE