Nitgħallem kif Nitgħallem u t-Tagħlim Koperattiv
Cross Curricular Themes Learning Outcomes Framework Introduction to the Cross Curricular Theme
A definition and description of the purpose of learning within the cross curricular theme:L-għanijiet ta' Nitgħallem biex Nitgħallem huma biex l-istudenti:- Jiffokaw fuq il-proċessi tat-tagħlim kif ukoll il-prestazzjoni finali.
- Ikollhom kunċett qawwi tat-tagħlim ibbażat fuq konvinzjoni personali biex jimmaniġġjaw it-tagħlim tagħhom stess.
- Jiksbu firxa wiesgħa ta' strateġiji għat-tagħlim.
- Jiżviluppaw strateġiji biex jippjanaw, jimmonitorjaw u jirrevedu t-tagħlim tagħhom stess.
- Isiru kompetenti fl-awtoassessjar.
Theme Learning Outcomes: It-Tagħlim Soċjali
Kapaċi napprezza diversi opinjonijiet u personalitajiet.
Niddiskuti l-opinjonijiet tiegħi mal-oħrajn b'kunfidenza.
Kapaċi niddiskuti l-ideat tal-oħrajn u nikkummenta fuq l-opinjonijiet tagħhom b'kunfidenza.
Kapaċi nsegwi diskussjonijiet fi gruppi u nikkollabora u nagħmel sommarju ta' dak li qed jintqal jew isir.
Kapaċi nikkollabora ma' studenti oħra bħala parti mit-tagħlim tiegħi.
Kapaċi nitgħallem billi niddisinja prodotti mal-oħrajn.
Jiena nfittex u lest nilqa' gwida u appoġġ mill-pari u l-adulti.
Kapaċi nitkellem mal-oħrajn fuq it-tagħlim.
Kapaċi nisma' lill-oħrajn jitkellmu fuq it-tagħlim.
Kapaċi niddiskuti għadd ta' suġġetti u strateġiji ta' tagħlim mal-pari.
Kapaċi niddibatti u nappoġġja l-argumenti tiegħi mingħajr ma niġġudika u waqt li nempatizza mal-oħrajn.
Kapaċi nitgħallem dwar il-bżonnijiet tiegħi biex nagħmel deċiżjonijiet tajbin.It-Tagħlim Personali
Kapaċi nidentifika l-appoġġ u r-riżorsi li neħtieġ għat-tagħlim.
Jiena konxju/konxja mill-mod ta' tagħlim preferut tiegħi u kapaċi nuża dan biex nippjana t-tagħlim tiegħi stess.
Kapaċi nimmaniġġja l-għanijiet u l-ħin tiegħi b'mod effettiv fit-tagħlim.
Inħossni kompetenti fl-immaniġġjar tat-tagħlim tiegħi.
Jiena nilqa' rispons mingħand ħaddieħor u kapaċi nikkonsidrah għat-titjib personali tiegħi.
Kapaċi norganizza lili nnifsi billi espliċitament inbiddel is-suppożizzjonijiet tiegħi matul iż-żmien.
Kapaċi nsegwi l-interessi tiegħi billi dan jgħinni nirrifletti fuq 'min jien'.
Kuntent/a li rnexxieli nagħmel biċċiet tax-xogħol diffiċli.
Nemmen li l-isforz iwassal għas-suċċess.
Kapaċi nirrifletti fuq l-iżbalji tiegħi u nitgħallem minnhom.It-Tagħlim Konjittiv
Kapaċi niftakar billi nagħraf u nsib l-informazzjoni.
Kapaċi norbot informazzjoni ġdida mal-għarfien eżistenti tiegħi.
Kapaċi nanalizza informazzjoni li niltaqa' magħha.
Kapaċi nevalwa l-għarfien f'termini tal-għanijiet tat-tagħlim u l-mod preferut ta' tagħlim tiegħi.
Kapaċi nsolvi problemi waħdi u f'kollaborazzjoni mal-oħrajn.
Kapaċi nassessja lili nnifsi għaliex dan jgħinni nifhem dak li naf u min jien.
Kapaċi nassessja lili nnifsi u nkompli niżviluppa l-ideat tiegħi.
Kapaċi nassessja l-pari tiegħi biex inqabbel dak li naf ma' dak li jaf ħaddieħor, nikseb l-għarfien ta' mudelli mentali li għandu ħaddieħor ta' kunċett partikolari u kif dawn il-mudelli mentali jevolvu biex iwasslu għall-fehim.
Kapaċi niffoka fuq is-suġġett ewlieni u nagħmel sommarju tal-punti importanti.
Kapaċi napplika l-għarfien u l-fehim tiegħi f'kuntesti differenti.
Kapaċi nimmaniġġja l-ħiliet tiegħi, inkluż il-ħiliet fil-litteriżmu u fl-għadd.
Jiena nifhem li t-tagħlim jinvolvi proċessi differenti.It-Tagħlim Kreattiv
Kapaċi nieħu inizjattiva fl-iddisinjar ta' prodotti ġodda.
Kapaċi naħseb fuq modi ġodda ta' kif nagħmel użu tajjeb mill-oġġetti.
Kapaċi nuża l-immaġinazzjoni u l-kreattività tiegħi.
Nippreferi nagħmel xogħol aktar ta' sfida milli nibqa' nagħmel xogħol ħafif.
Kapaċi niffaċċja esperjenzi ġodda ta' sfida u nitgħallem minnhom.
Kapaċi nitgħallem billi nesplora attivitajiet, esperjenzi tal-ħajja u l-ambjent fiżiku.
Kapaċi ninvolvi ruħi f'logħob mhux ippjanat u spontanju.
Kapaċi ninvolvi ruħi f'logħob ippjanat u bi skop.
Nifhem li kapaċi nitjieb u nitgħallem u jekk neħel kapaċi nara x'inhuma d-diffikultajiet tiegħi, insolvi l-problemi tiegħi u nimxi 'l quddiem.