Rispons
EN | MT  

L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika





  • Qasam tat-Taħriġ fil-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim
    Introduzzjoni għall-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim
    Definizzjoni u deskrizzjoni tal-għan tat-taħrig fil-Qasam tat-Tagħlim:
    L-Edukazzjoni Reliġjuża u tal-Etika għandha l-għan li tiżgura li l-istudenti kollha jirċievu edukazzjoni olisitka li:

    - Tmexxi lill-istudenti minn proċess ta' skoperta u riflessjoni tagħhom infushom bħala ħliqa spiritwali u aġent morali, jiġifieri xi ħadd li huwa individwu iżda wkoll membru ta' komunitajiet, bid-drittijiet u l-obbligi relevanti;

    - Tfittex li tedukahom fil-kunċett ta' responsabilità awto riflettiva u li jagħmlu xi ħaġa pożittiva minn ħajjithom;

    - Tikkontribwixxi lejn il-kapaċità morali u spiritwali tagħhom biex japprezzaw, jipperċepixxu u jinterpretaw b'mod kritiku d-dinja li jgħixu fiha;

    - Tippromwovi l-valuri u tikkultiva l-ħiliet ta' riflessjoni u l-involviment kritiku attiv ma' kwistjonijiet morali;

    - Tikkuntestwalizza l-progress bħala xi ħaġa li tiġri fi ħdan perspettivi globali differenti (reliġjużi u sekulari), u twassal biex l-istudenti jifhmu dawn il-kulturi u l-lingwaġġ morali tagħhom;

    - Tippromwovi l-għarfien ta' twemmin morali reliġjuż u sekulari, tradizzjonijiet u kulturi differenti bħala ta' siwi u ta' min jiċċelebrahom;

    - Iddawwar il-fehim f'tolleranza pożittiva ta' differenza morali u kulturali; li hija kwalità essenzjali għal soċjetà bħal dik Maltija li qed issir dejjem aktar differenti f'termini ta' twemmin u valuri, u li għaliha huwa intiż dan il-programm;

    - Tfittex li tedukahom fil-kunċett tad-dinjità u s-solidarjetà umana; ir-responsabilità ta' kull individwu lejn ħaddieħor biex nibni soċjetà u dinja aħjar;

    - Tippromwovi l-valuri li jinkludu l-ġustizzja, l-ekwità, il-ħbiberija, il-fehim, it-tolleranza, ir-raġonevolezza, l-onestà, u r-rispett għall-ħajja umana.  
    Learning Area Outcomes:
    For Both Curricular Subjects:
    Kapaċi nitgħallem fuq u mill-esperjenza tiegħi stess tad-dinja u mit-twemmin, il-prattiċi u t-tradizzjonijiet ta' ħaddieħor.
    Kapaċi nifhem kif kulturi reliġjużi u sekulari u sistemi ta' twemmin isostnu modi ta' ħajja differenti u jistgħu jeżistu flimkien b'mod armonjuż f'soċjetajiet bħal dik Maltija, fejn differenzi morali u kulturali huma rispettati.
    Konxju/a mill-prinċipji, ritwali u narrattivi bażiċi tas-sistemi ta' twemmin ewlenin.
    Kapaċi nifhem u ngħożż il-kunċett ta' komunità umana u l-modi differenti li bihom tesprimi lilha nfisha, biex naraha bħala sors ta' rikkezza.
    Naħseb b'mod pożittiv fuqi nnifsi billi nieħu ħsieb tiegħi nnifsu u nrawwem l-għarfien tiegħi u tal-konnessjoni tiegħi ma' ħaddieħor, mal-ambjent naturali (annimali u materjali), u, jekk għandi l-fidi, b'realtà Aħħarija.
    Kapaċi nifformula u nesprimi mistoqsijiet li huma fundamentali għall-esperjenza umana u nagħmel sforz biex insib tweġiba.
    Kapaċi nifhem il-lingwa kontemporanja morali u l-kunċetti u l-metafori ċentrali tagħha, inkluż dawk ta' drittijiet, virtujiet, dmirjiet, obbligi, awtonomija, atti li jirrigwardaw lili nnifsi u lil ħaddieħor, effetti sekondarji u konsegwenzi.
    Kapaċi nirrifletti fuq dak il-lingwaġġ b'mod kritiku iżda bir-rispett dovut għal dawk li għandhom twemmin u perspettiva morali differenti.
    Kapaċi nikkontribwixxi b'mod siewi u riflessiv għal dibattitu morali anke fuq mistoqsijiet fundamentali u  kontroversjali, filwaqt li nirrispetta d-drittijiet ta' ħaddieħor li jaħsbu u jargumentaw b'mod differenti.
    Kapaċi naċċetta l-vuċi l-oħra sakemm dik il-vuċi mhijiex il-vuċi tal-insensittività u mibgħeda irrazzjonali mmirata lejn ħaddieħor, biex infittex kompromess minflok konfrontazzjoni fejn possibbli, u biex nirrispetta n-nuqqas ta' qbil fejn dan ikun il-każ.
    Kapaċi nikkollabora ma' ħaddieħor fil-bini ta' viżjoni ta' ħajja komuni u arrikkiment reċiproku.
    Impenjat/a nkun ġust/a lejja nnifsi u lejn ħaddieħor, li ngħix ħajja riflettiva skont il-valuri morali u oħrajn tiegħi, u konxju/a mill-obbligi tiegħi lejn persuni oħra li jiffurmaw is-soċjetà u l-komunità tiegħi u lejn peruni oħra li jiffurmaw il-komunità dinjija, umana u mhux umana (jew annimal), ta' liema jiena wkoll membru attiv/a u responsabbli.  
    Speċifikament għall-Edukazzjoni Reliġjuża:  
    Kapaċi nirrelata b'mod kritiku għall-Kelma t'Alla  u nirrikonoxxi l-implikazzjonijiet prattiċi għall-esperjenza umana.
    Kapaċi nirrifletti u naġixxi fuq sitwazzjonijiet, kemm personali u dawk li jappartjenu l-komunità, b'mod kritiku u analitiku fid-dawl tal-messaġġ Kristjan.
    Nirrikonoxxi l-pluralità kbira ta' esperjenzi u espressjonijiet murija minn individwi kif ukoll minn komunitajiet fl-impenn tagħhom li jgħixu u japplikaw il-Vanġelu.  




SUBMIT YOUR FEEDBACK HERE