Qasam tat-Taħriġ fil-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim
Introduzzjoni għall-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim Definizzjoni u deskrizzjoni tal-għan tat-taħrig fil-Qasam tat-Tagħlim |
|
Learning Area Outcomes: |
Napprezza l-kontribuzzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija fil-ħajja ta' kuljum u fil-kwalità tal-ħajja.
Napprezza l-kontribuzzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija fil-passat u kif ser toħloq soluzzjonijiet għall-futur.
|
Jiena kompetenti fl-abilità tiegħi biex nuża l-litteriżmu xjentifiku tiegħi biex nispjega d-dinja naturali u biex nagħmel osservazzjonijiet, li jistgħu jwasslu għal mistoqsijiet ta' importanza għall-individwi u s-soċjetà usa'.
Kapaċi nuża l-apprezzament tiegħi għax-xjenza u t-teknoloġija biex inkun nista' noħloq u ninnova.
|
Għandi abilità ta' ħsieb kritiku u s-soluzzjoni għal problemi u nuża l-proċess xjentifiku tal-inkwiżizzjoni biex nesplora kwistjonijiet relevanti għall-ħajja tiegħi fuq livell lokali, nazzjonali u globali.
|
Nagħmel osservazzjonijiet, nifformula mistoqsijiet pertinenti, niddisinja investigazzjonijiet u nsib tweġibiet potenzjali billi nassessja l-evidenza disponibbli.
|
Niddiskuti kwistjonijiet relevanti xjentifiċi u teknoloġiċi b'modi xierqa ma' ħaddieħor.
|
Naf fuq riżorsi naturali, napprezza l-kontribut tagħhom għall-pajjiż u impenjat/a nużahom b'mod sostenibbli.
|
Nikkunsidra l-aspetti etiċi tax-xjenza u t-teknoloġija.
|
Nuża approċċi ta' tagħlim differenti biex inżomm l-għarfien u l-fehim tiegħi kurrenti u kontinwament niżviluppa l-ħiliet tal-inkwiżizzjoni, il-ħsieb kritiku, il-kreattività u l-innovazzjoni tiegħi bħala student tul il-ħajja. |
|