Qasam tat-Taħriġ fil-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim
Introduzzjoni għall-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim Definizzjoni u deskrizzjoni tal-għan tat-taħrig fil-Qasam tat-Tagħlim: |
Billi toffri ispirazzjoni u żżid it-tgawdija permezz tal-parteċipazzjoni u l-involviment, l-arti viżiva u tal-ispettaklu għandha post uniku fil-ħajja tal-istudenti kollha f'Malta. Prattiċi kreattivi u kulturali jsejsu l-identitajiet nazzjonali u huma importanti biex jiġi individwat il-wirt kulturali fi produzzjoni kontemporanja. |
Learning Area Outcomes: |
Nifhem li attività immaġinattiva tista' tiġi sfruttata biex tipproduċi riżultati li jikkontribwixxu għall-kultura, il-kreattività u l-ġid ta' Malta u tad-dinja inġenerali. |
Kapaċi nuża l-kurżità, l-immaġinazzjoni u l-proċessi tal-ħsieb diverġenti tiegħi biex nagħmel mistoqsijiet u nesplora ideat, spazji, materjali u teknoloġiji. |
Kapaċi napplika l-fehim tiegħi tal-propjetajiet tal-midja u ta' tekniki għal biċċiet tax-xogħol u għanijiet speċifiċi li jibbenefikaw lil gruppi ta' utenti u udjenzi. |
Nifhem il-kapaċità tal-arti viżiva u tal-ispettaklu biex nindirizza kwistjonijiet morali, etiċi, soċjali u politiċi relevanti għal Malta u għad-dinja inġenerali. Napprezza li l-arti tista' tkun ta' sfida u tipprovdi spazju biex tindirizza d-differenza soċjali kif ukoll tiffaċilita l-koeżjoni soċjali u kulturali. |
Kapaċi ninterpreta, nikkomunika u nippreżenta ideat, problemi u argumenti f'għadd ta' modi viżivi u tal-ispettaklu, billi nagħraf il-pluraliżmu tal-udjenzi. |
Nifhem kif napplika t-teħid tad-deċiżjonijiet etiċi bażiċi meta nirrifletti fuq ix-xogħol tal-arti tiegħi u ta' ħaddieħor u meta noħloq xogħlijiet tal-arti li jinvolvu d-drittijiet tal-propjetà intellettwali u kulturali ta' ħaddieħor. |
Kapaċi napplika ħiliet u dispożizzjonijiet bħall-iffissar tal-għanijiet u ħidma indipendenti u kollaborattiva, billi nuri inizjattiva, esperimentazzjoni u adattabilità. |
Kapaċi ninterpreta diversi forom artistiċi, nirrikonoxxi u nevalwa xogħlijiet tradizzjonali, storiċi u kontemporanji u nidentifika t-tifsiriet possibbli. |
Nifhem l-irwol tal-arti viżiva u tal-ispettaklu fit-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja. Konxju/a ta' kumpaniji, gallariji, mużewijiet u organizzazzjonijiet kulturali professjonali u adulti kreattivi, f'Malta u fid-dinja inġenerali, u l-irwol tagħhom biex nikseb dan it-tagħlim. |
Ngħożż l-isfond u l-esperjenzi ta' kuljum tiegħi bħala sors ta' ispirazzjoni u kapaċi nirrelata l-arti viżiva u tal-ispettaklu mal-ambjent immedjat tiegħi. |
Naf kif nitgħallem u naġġorna l-għarfien tiegħi tal-arti. |
|