L-Umanitajiet
Qasam tat-Taħriġ fil-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim Introduzzjoni għall-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim
Definizzjoni u deskrizzjoni tal-għan tat-taħrig fil-Qasam tat-Tagħlim:Il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim għall-Umanitajiet għandu l-għan li jippermetti lill-istudenti jesploraw u jirriflettu fuq l-esperjenza umana fil-passat u fil-preżent. L-istudenti jiżviluppaw fehim tad-diversità, ir-rikkezza u l-kumplessità tal-esperjenza umana fiż-żmien u l-ispazju u f'firxa ta' kuntesti lokali u globali u f'oqfsa ta' referenza. L-istudenti jesploraw dimensjonijiet storiċi, ġeografiċi, soċjali, politiċi, ambjentali u ekonomiċi tal-esperjenza umana u l-interrelazzjonijiet bejniethom. Permezz tal-istudji tagħhom fl-umanitajiet, l-istudenti jiżviluppaw kompetenzi fil-mistoqsija, l-immaniġġjar tad-dejta u l-organizzazzjoni u f'raġunament ta' empatija u loġika li tagħti s-setgħa lill-kreattività, ir-riflessjoni u l-ħsieb kritiku.Learning Area Outcomes: Nagħmel mistoqsijiet fuq esperjenzi umani fil-passat u fil-preżent u nibni u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi permezz tal-mistoqsijiet.
Insib, nagħżel, ninterpreta u nevalwa informazzjoni fuq esperjenzi umani fil-passat u fil-preżent u naħseb b'mod kritiku u kreattiv fuq kwistjonijiet tal-umanitajiet.
Nesplora u nevalwa x-xebh u d-differenzi u l-bidla u l-kontinwità fil-passat u fil-preżent .
Nispjega proċessi ta' bidla u żvilupp fil-passat u fil-preżent u nirrifletti fuq u nevalwa żviluppi futuri possibbli.
Nesplora u nevalwa kwistjonijiet lokali u globali soċjali, ekonomiċi, politiċi u ambjentali tal-passat u tal-preżent .
Naħseb b'mod kritiku u kreattiv fuq problemi ta' kuljum f'kuntesti lokali u globali.
Naħseb b'mod kritiku u kreattiv fuq kwistjonijiet morali u etiċi tal-passat u tal-preżent u fuq id-diversi modi li fihom dawn il-kwistjonijiet jistgħu jinftiehmu.
Nirrifletti fuq u nesplora l-identità Maltija tiegħi u r-relazzjonijiet bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa u fid-dinja.
Nevalwa t-tagħlim tiegħi fl-umanitajiet u kapaċi ntejjeb u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi.
Nifhem kif it-tagħlim fuq l-umanitajiet jista' jarrikkixxi l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja u kif jista' jkun ta' valur matul il-ħajja tiegħi.Għandi għal qalbi t-tagħlim fuq nies fi żminjiet u postijiet.