Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Science and Technology

Id-Disinn Innovattiv u t-Teknoloġija > LEVEL 10





L-Aspett tas-Suġġett: Id-disinn, l-intraprenditorija, u l-innovazzjoni

1] Kapaċi nuża l-ħiliet analitiċi biex niġbor flimkien it-tagħlim tiegħi biex nipprovdi diskussjoni intuwittiva fuq l-għażliet magħmulin tal-post globali u l-prattika moderna magħżula tal-manifattura, billi nislet eżempji ċari li jappoġġaw l-argument tiegħi.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Kapaċi nuri, permezz tal-proġetti tiegħi u s-soluzzjonijiet tal-prodotti, l-applikazzjoni tal-prinċipji ambjentalment sostenibbli u etiċi.  
NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi niżviluppa ideat tad-disinn li jagħtu indikazzjoni ċara tal-innovazzjoni intraprenditorjali u tal-istrateġiji tal-produzzjoni meħtieġa biex id-disinn jagħmel suċċess fis-suq.
IL-PRATTIKA
4] Kapaċi noħloq disinji ta' ideat li mhumiex konvenzjonali, li jistgħu jkunu ġejjin minn problemi li ma jkunux ġew spjegati sew mill-bidu, u nindirizza dawn il-kwistjonijiet li rarament jiġu kkunsidrati minn studenti oħrajn.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
5] Kapaċi noħloq u nikkomunika b'mod effettiv il-kunċetti tad-disinn li għandhom ħila artistika konsiderevoli flimkien ma' soluzzjonijiet innovattivi u li jispikkaw aktar minn dawk ta' studenti oħrajn.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV



L-Aspett tas-Suġġett: Il-kritika, l-implikazzjonijiet, u l-evalwazzjoni

1] Kapaċi niżviluppa kritika li turi approċċ sinottiku għal dak li tgħallimt, billi nibbaża fuq l-għarfien u l-ħiliet analitiċi tul it-tagħlim tiegħi.
IL-PERSONALI
2] Kapaċi nirrifletti fuq l-attributi personali tiegħi bħala persuna li qed naspira li nsir innovatur u intraprenditur. 
IL-PERSONALI
3] Kapaċi niżviluppa proċessi ġodda li intrinsikament jaddottaw jew jippromwovu prattiki ambjentalment sostenibbli u soċjalment ġusti.
NITGĦALLEM KIF 
4] Kapaċi niżviluppa proċessi relevanti għal industrija ġdida li intrinsikament jaddottaw jew jippromwovu prattiki ambjentalment sostenibbli u soċjalment ġusti.
NITGĦALLEM KIF



L-Aspett tas-Suġġett: Il-ġbir tad-data u l-interpretazzjoni

1] Kapaċi nagħmel tentattivi effettivi biex nirrikonċilja data kunfliġġenti.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nuża l-analiżi tad-data fit-teħid strateġiku tad-deċiżjonijiet f'kull parti tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni.
IL-PRATTIKA
3] Kapaċi npoġġi problema ġdida f'kuntest ibbażata fuq il-modi innovattivi ta' kif nikseb u ninterpreta d-data
IL-KONJITTIV
4] Kapaċi niġbor u nuri data li tirrappreżenta l-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħi fid-Disinn Innovattiv u t-Teknoloġija permezz ta' riflessjoni kwalitattiva.
IL-KOMUNIKAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​

L-Aspett tas-Suġġett: It-teknoloġija - il-materjali u l-kreazzjoni (making)

1] Kapaċi nwettaq firxa ta' proċessi billi nuża l-għodda tal-idejnil-hand power tools u l-machine tools, il-computer-aided design u l-manifattura (CAD/CAM) f'mod olistiku.
IL-PRATTIKA
2] Kapaċi nantiċipa u niddisinja xenarji siguri filwaqt li nikkunsidra l-prattika tas-saħħa u s-sigurtà, u l-implikazzjonijiet tagħhom.
IL-PRATTIKA
3] Kapaċi nsib soluzzjonijiet li juru eleganza teknika, li rari tara fix-xogħol tal-maġġoranza tal-istudenti.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
4] Kapaċi nipproduċi eżiti prattiċi li juru standard eżemplari ta' funzjonalità, attenzjoni għad-dettall u applikazzjoni ta' teknoloġiji varji fil-manifattura.
IL-PRATTIKA
5] Kapaċi nuri għażla intuwittiva ta' għodda u proċessi, u nuri l-użu sħiħ tal-għodda magħżula biex niffabbrika l-ideat tad-disinn tiegħi u kif dawn jistgħu jkunu ffabbrikati fl-industrija.
IL-KONJITTIV



L-Aspett tas-Suġġett: It-teknoloġija - Is-sistemi u l-kontroll

1] Kapaċi niddisinja u noħloq sistemi li japplikaw teknoloġija innovattiva f'modi ġodda.
IL-PRATTIKA
2] Kapaċi nagħżel u nikkombina l-komponenti differenti mill-istess dominju biex nikseb funzjoni innovattiva.
IL-KONJITTIV
3] Kapaċi niddisinja u nagħmel apparati mekkaniċi eleganti u funzjonali li japplikaw mechanic members bażiċi f'custom built ways innovattivi.
IL-PRATTIKA
4] Kapaċi nuri li bl-integrazzjoni tal-għarfien minn xjenzi oħrajn u mill-matematika, disinjatur ikollu kontroll assolut fuq is-soluzzjoni tal-problemi ta' sistemi kumplessi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi napplika t-teorija taċ-ċirkwit elettroniku biex nassigura li ċ-ċirkwit tal-komponenti b'element wieħed jaħdem sew fil-periferija tal-microcontroller.
6] Kapaċi nkejjel il-vultaġġ u ninterpreta waveforms sempliċi billi nuża oxxilloskopju.
IL-PRATTIKA
7] Kapaċi nuża l-għodod addattati biex nimmaniġġja, ngħaqqad, inżarma, nissostitwixxi, ninstalla, inneħħi b'mod sikur, meta qed nibni s-sistemi.
IL-PRATTIKA
8] Kapaċi nevalwa u nargumenta dwar it-tħassib fuq it-tnaqqis tal-enerġija u l-ħtieġa li nuża s-sorsi differenti tal-enerġija sostenibbli.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
9] Kapaċi nuri li għandi l-kontroll assolut tad-disinn u tal-iżvilupp tas-sistema u l-komponenti kollha tagħha, nikkombinaha mal-użu tal-CAD/CAM u nikseb prodotti funzjonali ta' kwalità għolja.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM



L-Aspett tas-Suġġett: It-teknoloġija - il-grafika, il-komunikazzjoni, u l-produzzjoni diġitali

1] Kapaċi nuri ħiliet kompetenti fir-rappreżentazzjoni grafika u fid-disinn impinġi bl-idejn.
IL-PRATTIKA
2] Kapaċi nesprimi ideat sinifikanti permezz tal-produzzjoni grafika tad-disinn tiegħi li tirrelata mar-realtajiet partikolari soċjali u kulturali. 
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
3] Kapaċi niddisinja l-ġeometrija 2D u 3D b'mod effiċjenti billi nuża varjetà ta' software adegwat kemm għall-CAD u wkoll għall-CAM.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
4] Kapaċi nivviżwalizza u niddisinja prodotti filwaqt li nieħu inkunsiderazzjoni tal-ergonomija u d-data antropometrika.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
  




Agħti r-rispons tiegħek hawn