Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

Home Economics > LEVEL 7





L-Aspett tas-Suġġett: L-Ikel, in-Nutrizzjoni u s-Saħħa

1] Kapaċi niddefinixxi t-terminu 'saħħa'.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Għandi tagħrif bażiku ta' xi wħud min-nutrijenti u nifhem ir-rwol tagħhom f'dieta.
3] Kapaċi nuża t-tagħrif biex ikolli dieta bilanċjata u tajba għas-saħħa.
 PRATTIKU
4] Kapaċi nagħmel lista tal-linji gwida tad-dieta: nispjega r-rwol u ninterpreta l-linji gwida tal-ikel.
5] Kapaċi nagħti eżempji ta' kif jiġu applikati l-linji gwida.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
6] Kapaċi nsib informazzjoni minn fuq it-tikketti tal-ikel u norbotha mal-linji gwida tad-dieta.
 
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR 
7] Naf kif l-ikel għandu jiġi trattat u maħżun biex nevita u nittardja l-iżvilupp ta' mikrorganiżmi. 
8] Għandi l-fehim bażiku tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' ikel take away u ta' ikel ta' konvenjenza. 
NITGĦALLEM INKUN JIEN
9] Kapaċi niddistingwi bejn bukkuni tajbin għas-saħħa u oħrajn inqas tajbin, b'mod partikolari għall-adolexxenti.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
10] Konxju/konxja tal-importanza tal-kolazzjon.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
11] Kapaċi nippjana għażliet differenti għall-kolazzjon.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
12] Nifhem il-benefiċċju tal-ħalib u l-frott għas-saħħa.
13] Kapaċi niġġustifika r-rwol tal-ħalib u l-frott fid-dieta.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
14] Naf metodu bażiku ta' kif tagħmel kejk.
15] Kapaċi nadatta u nbiddel metodu bażiku ta' kif tagħmel kejk skont il-linji gwida tad-dieta.
 KONJITTIVA
16] Nifhem il-ħiliet li hemm bżonn biex issir l-għaġina tal-butir.
17] Nifhem u nuri ndafa personali u prattiċi ta' iġjene fil-Laboratorju tal-Ikel. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI
18] Nista' nuża l-manjieri u l-konvenzjonijiet soċjali marbuta ma' ikla ma' oħrajn.
 IL-BIDLA SOĊJALI
19] Napprezza l-valur ta' ikla flimkien mal-familja u l-ħbieb.
20] Kapaċi nifhem biċċa xogħol li ngħatatli.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
21] Kapaċi nirriċerka, ngħaqqad u nippreżenta informazzjoni miġbura bħala parti minn biċċa xogħol mogħtija.
22] Kapaċi noħloq u nevalwa skont sett ta' kriterji. 
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​

L-Aspett tas-Suġġett: L-Għarfien Finanzjarju

1] Kapaċi niddistingwi bejn bżonnijiet u xewqat bażiċi.
2] Kapaċi nispjega l-importanza li tfaddal għal prodott personali jew affarijiet oħra u li tonfoq skont il-limitu tiegħek.
 PERSONALI
3] Kapaċi nifhem kif l-ibbaġitjar jista' jgħin biex ikun hemm iffrankar u nfiq aħjar.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi nfassal baġit personali.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
5] Kapaċi napplika baġit li nkun fassalt għal sitwazzjoni partikolari.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM



L-Aspett tas-Suġġett: Is-Sigurtà u l-Immaniġġjar tar-Riskju

1] Kapaċi nagħmel lista tal-affarijiet li ssib f'Kaxxa tal-Ewwel Għajnuna.
2] Kapaċi nuża l-affarijiet li ssib f'Kaxxa tal-Ewwel Għajnuna.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] Naf kif twettaq proċeduri bażiċi tal-Ewwel Għajnuna għal ġrieħi ħfief.
4] Kapaċi nsegwi l-proċedura korretta biex infittex l-għajnuna f'emerġenza, kemm ġewwa kif ukoll barra. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



L-Aspett tas-Suġġett: Interventi Prattiċi

1] Kapaċi nsegwi struzzjonijiet fuq firxa ta' kuntesti, b'mod preċiż.
 Il-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi naqra u nsegwi riċetta.
 Il-QARI U L-FEHIM
3] Kapaċi nimla flow chart għal kull xogħol prattiku mogħti.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
4] Kapaċi naħdem fi skeda ta' żmien.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
5] Kapaċi nuri ħiliet ta' ħżin iġjeniku u sigur, preparazzjoni u tisjir tal-ikel.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
6] Kapaċi nuri ħiliet differenti, bħat-tqattigħ fi slajsis, tqattigħ f'kubi u tqattigħ iżjed raff fil-preparazzjoni tal-ikel.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
7] Kapaċi ninterpreta u nuża l-forom ta' kejl standard f'riċetti u nista' nagħżel l-apparat li hemm bżonn biex inkejjel l-ingredjenti.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
8] Naf dwar l-użu sigur u l-kura tal-ħobb u l-forn.
9] Kapaċi napplika dan l-għarfien fil-Laboratorju tal-Ikel.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
10] Kapaċi naħsel b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
11] Kapaċi nuri li naf nieħu ħsieb il-post fejn isir ix-xogħol u l-għodod fil-Laboratorju tal-Ikel biex ikunu jistgħu jintużaw b'mod sigur darb'oħra.
  IT-TAGĦLIM SOĊJALI
12] Kapaċi napplika metodi bażiċi ta' kif isir kejk biex nipprepara platti sempliċi.
 KONJITTIVA
13] Kapaċi nagħmel l-għaġina tal-butir.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
14] Kapaċi nippjana, nipprepara, inservi u nevalwa ikliet ħfief tajbin għas-saħħa u ikliet ta' nofsinhar ippakkjati għall-adolexxenti.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
15] Kapaċi nippjana, nipprepara u nservi deżerti tajbin għas-saħħa li jinkludu l-użu tal-ħalib u frott frisk.
 

 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
16] Kapaċi nippjana, nipprepara u nservi platti sempliċi li juru r-rwol ta' xi nutrijenti fid-dieta.
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
17] Nifhem kif innaqqas il-ħela tal-ikel u nuża l-fdalijiet b'mod sigur.
 NITGĦALLEM KIF
18] Kapaċi nipprepara l-ikel għal ikla u nserviha b'mod attraenti fuq mejda armata sew b'mod informali.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
19] Kapaċi nitkellem dwar, nirrevedi u ntejjeb ix-xogħol u nirrifletti fuq il-proċess u r-riżultat.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI



L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dar u l-Benesseri tal-Familja

1] Nifhem l-importanza tal-iġjene personali u kif persuna għandha tikseb u żżomm dan.



L-Aspett tas-Suġġett: L-Immaniġġjar Sostenibbli u l-Użu Effettiv tar-Riżorsi

1] Konxju/konxja ta' modi ta' kif nirrispetta l-ambjent.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Naf nissepara l-iskart fil-post.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
3] Kapaċi nindirizza suġġetti marbuta mas-suġġett, bħall-mili li jivvjaġġa ċertu ikel, l-impatt tal-karbonju u l-ħela tal-ikel.
4] Kapaċi nidentifika l-partijiet żgħar tal-għodod li hemm bżonn għal xogħlijiet differenti fil-Laboratorju tal-Ikel. Naf kif nieħu ħsieb tipi differenti ta' apparat.




Agħti r-rispons tiegħek hawn