Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

L-Istorja > LEVEL 7





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nillokalizza, nagħżel, ninterpreta u nevalwa l-informazzjoni dwar l-esperjenza umana fil-passat u fil-preżent, u kapaċi naħseb b'mod kritiku u kreattiv dwar il-kwistjonijiet umanistiċi. 

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Riċerka Storika: L-Użu tas-Sorsi, inkluż il-Mod ta' kif inhi miktuba l-Istorja. It-Tagħlim dwar l-Avvenimenti, il-Persuni u r-Reġjuni tal-Passat. 

  
1] Kapaċi niddetermina l-importanza li nistaqsi l-mistoqsijiet meta niskopri dwar il-passat; speċjalment fil-każ tal-preistorja, nipprova nsib similaritajiet ma' ċerti soċjetajiet primittivi biex nimmaġina kif setgħet kienet il-ħajja. Kapaċi nuża traċċi tal-passati bħala sorsi biex nibni stampa ċara.
 IT-
TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nagħti eżempji ta' tipi differenti ta' sorsi storiċi, li jvarjaw minn fdalijiet materjali u dokumenti. Kapaċi wkoll niddistingwi bejn sorsi primarji u sekondarji.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA

3] Kapaċi nuża sorsi storiċi biex inwieġeb mistoqsijiet dwar il-passat, inkluż il-passat tal-minoritajiet f'Malta.
 IL-BIDLA SOĊJALI 

4] Kapaċi nanalizza b'attenzjoni u niddistingwi bejn is-sorsi, inkluż dawk relatati ma' komunitajiet żgħar. Kapaċi wkoll nidentifika jekk humiex affidabbli jew inaffidabbli u jekk humiex se jagħtu tweġiba probabbli. 
 NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nesplora u nevalwa s-similarità u d-differenzi kif ukoll il-bidla u l-kontinwità, kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent. 

L-Aspett tas-Suġġett: It-Terminoloġija u l-Kunċetti li Jrawmu l-Ħiliet Storiċi

1] Kapaċi nitkellem dwar skedi differenti ta' żmien fl-istorja u nuża termini, bħal 'seklu', biex niddeskrivihom b'mod korrett. Kapaċi nirranġa l-avvenimenti storiċi f'ordni kronoloġika. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi niddistingwi u nirranġa l-informazzjoni, billi nżomm f'moħħi il-kunċett tad-durata (l-iskeda taż-żmien) u l-fatt li l-affarijiet fil-passat eżistew għal perjodi differenti ta' żmien. 
 IL-KITBA
3] Kapaċi naqra l-ismijiet tal-perjodi storiċi ewlenin u nniżżilhom f'ordni kronoloġika. Kapaċi niddistingwi bejn QK u WK. 
 IL-QARI U L-FEHIM
4] Kapaċi nuża l-kunċett ta' 'bidla' biex inqabbel is-similaritajiet u d-differenza bejn il-perjodi storiċi. 
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
5] Kapaċi nidentifika l-kawżi li jispjegaw għala l-avvenimenti storiċi u l-bidliet seħħew. eż. nuqqas ta' xita.
 NITGĦALLEM KIF
6] Kapaċi nispjega l-kawżi tal-avvenimenti storiċi u l-bidliet, u nassoċja dawn il-kawżi mal-konsegwenzi tagħhom. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
7] Kapaċi nidentifika u niddistingwi bejn wieħed u ieħor il-kawżi importanti u l-konsegwenzi tal-avvenimenti storiċi u l-bidliet u niġġustifika l-għażla tiegħi. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
8] Nagħraf li ċertu aspetti tal-passat huma ġeneralment meqjusa bħala aktar sinifikanti minn oħrajn.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 
9] Kapaċi nidentifika l-kontinwità bejn perjodu u ieħor. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħseb b'mod kritiku u kreattiv dwar il-kwistjonijiet morali u etiċi fil-passat u fil-preżent u dwar il-modi diversi kif dawn il-kwistjonijiet jistgħu jinftiehmu. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ideat, il-Valuri, it-Twemmin u l-Imġiba tal-Bnedmin. Nissimpatizzaw mal-Protagonisti. 

1] Kapaċi napprezza li l-valuri u t-twemmin jinbidlu maż-żmien. 
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nidentifika u nispjega l-modi kif il-valuri u t-twemmin tan-nies fil-passat huma differenti mill-ideat tagħna tal-lum il-ġurnata. Dan jgħinni biex nifhem aħjar kif jaħsbuha/kienu jaħsbuha n-nies, għalhekk għaliex u kif l-istorja żviluppat kif żviluppat.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Konxju/a li l-passat jista' jkun irrappreżentat, interpretat u użat b'mod differenti. Kapaċi nitgħallem dwar l-iżbalji tal-passat, eż. il-modi insostenibbli kif ġie użat l-ilma. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI
4] Kapaċi nqabbel ir-rappreżentazzjonijiet u l-interpretazzjonijiet differenti tal-passat u niddeskrivi d-differenzi bejniethom.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet dwar l-esperjenza umana fil-passat u fil-preżent u nibni u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi permezz tar-riċerka.

L-Aspett tas-Suġġett: Kif nista' nikkomunika dak li tgħallimt? Niftakar, Inqassar, Nirreġistra, Nargumenta, Nippreżenta, Naħdem fuq ir-rispons, Nitgħallem, It-Tagħlim dwar kif Nitgħallem.

1] Kapaċi niftakar il-fatti ewlenin dwar iċ-ċiviltajiet li studjajt. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nqassar l-aspetti storiċi li qrajt u niddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin ta' perjodu speċifiku. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA 
3] Kapaċi nidentifika l-konnessjonijiet lokali u internazzjonali fis-suġġetti li nkun studjajt. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
4] Kapaċi nikkomunika l-fatti, ir-riflessjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħi b'mod ċar u nużahom biex nagħmel u nappoġġja l-argumenti dwar il-mistoqsijiet storiċi. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
5] Kapaċi nifhem u nuża termini li jiddeskrivu l-passat b'mod preċiż.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT 
6] Kapaċi nuża l-kunċetti storiċi biex nagħti r-rispons dwar x'qed nifhem, eż. il-kunċett tal-'kawża'.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI

7] Kapaċi norganizza u nippreżenta l-fatti, ir-riflessjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħi dwar il-passat b'modi differenti, eż. preżentazzjoni bil-miktub jew verbali. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI
8] Kapaċi ntejjeb l-għarfien li diġà bnejt wara li nirċievi r-rispons.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI




Agħti r-rispons tiegħek hawn