Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

L-Għarbi > LEVEL 7





L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ

1] Kapaċi nagħraf kliem, frażijiet u sentenzi sempliċi bl-Għarbi mitkellem.
2] Kapaċi nagħraf u niddistingwi bejn fonemi li jinstemgħu l-istess.
3] Kapaċi nifhem frażijiet u espressjonijiet relatati ma' sitwazzjonijiet ta' kuljum bħal meta niekol, nivvjaġġa u nistudja.
4] Kapaċi nifhem mistoqsijiet u istruzzjonijiet u nsegwi direzzjonijiet qosra u sempliċi. 
5] Kapaċi nagħraf u nirrispondi għal testi mitkellma bl-Għarbi f'kuntesti familjari.
6] Kapaċi nifhem in-numri u l-użu tagħhom f'kuntesti bħall-għadd, il-qari ta' prezzijiet u l-qari tal-ħin.
7] Kapaċi nisma' u nifhem kif jissejħu l-kuluri u l-forom.
8] Kapaċi nsib it-tweġibiet it-tajba għal mistoqsijiet wara li nisma' testi qosra b'vokabolarju familjari, aktar minn darba.
9] Kapaċi nifhem l-istruzzjonijiet tax-xogħol li rrid nagħmel. 
10] Kapaċi nifhem titli u stampi relatati ma' tema, meta ppreżentati fil-klassi. 
11] Kapaċi niftakar numru ta' kliem relatat mat-tema diskussa.  
12] Kapaċi nifhem il-vokabolarju ta' konverżazzjoni sempliċi u nbassar il-kliem li x'aktarx se nisma'. 
13] Kapaċi nidentifika sitwazzjoni mogħtija bħala konverżazzjoni, reklam, bulettin ta' aħbarijiet, eċċ. 
14] Kapaċi nuża t-ton tal-vuċi u indizji mill-ħsejjes fl-isfond. 
 IL-KONJITTIVITÀ



L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit

1] Kapaċi nuża kliem u frażijiet sempliċi biex nikkomunika f'sitwazzjonijiet ta' kuljum. 
2] Kapaċi nuża ħażna ta' vokabolarju biex nikseb informazzjoni, nistaqsi mistoqsijiet u nesprimi emozzjonijiet. 
3] Kapaċi nitkellem dwari nnifsi permezz ta' stqarrijiet dikjarattivi qosra.
4] Kapaċi nieħu sehem f'konverżazzjonijiet sempliċi u nikkomunika ideat bażiċi permezz ta' "scaffolding".
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
5] Kapaċi nippronunzja ittri u kliem b'korrettezza fil-biċċa l-kbira tal-ħin. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
6] Kapaċi nidentifika stili formali ta' taħdit bl-MSA u nuża espressjonijiet importanti, tislimiet bażiċi u ordnijiet sempliċi.  
7] Kapaċi nirriproduċi l-intonazzjoni fonetika u l-istress bażiku f'mudelli ta' taħdit għal komunikazzjoni effettiva.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
8] Kapaċi nuża frażijiet komuni ta' korteżija f'okkażjonijiet soċjali xierqa.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
9] Kapaċi nħares lejn l-għalliem/a jew kelliema nattivi u nimita l-forma ta' ħalqhom.
10] Kapaċi nisma' r-radju jew interazzjoni rrekordjati u nirrepeti b'mod li ninstema' l-espressjonijiet utli li nisma'. 
11] Kapaċi niftakar dak li għandi ngħid mill-memorja u nfittex il-kliem li ma nafx fid-dizzjunarju.
12] Kapaċi niċċekkja jekk iniex nippronunzja ittri simili b'korrettezza,  e.g. ظ ض or ه .
13] Kapaċi niftakar kliem u espressjonijiet li diġà naf u nużahom f'sentenzi.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari

1]  Kapaċi nqabbeI testi ma' immaġni u nidentifika l-punti ewlenin f'test.  
2] Kapaċi nidentifika u nirrispondi għal kliem importanti, frażijiet u sentenzi sempliċi. 
3] Kapaċi nifhem messaġġi sempliċi u qosra u istruzzjonijiet sempliċi miktuba. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
4] Kapaċi nidentifika u naqra b'korrettezza sinjali pubbliċi u diretti f'kuntest ta' sapport. 
5] Kapaċi nifhem u nirrispondi għal testi sempliċi billi ngħaqqad flimken kliem u frażijiet li naf minn testi mħawda. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
6] Kapaċi naqra b'mod pjuttost mexxej is-sentenzi ppreżentati fil-kotba tal-istudju tal-livell adegwat. 
 IL-QARI U L-FEHIM
7] Kapaċi niddistingwi u nidentifika karatteristiċi bażiċi tal-partijiet tad-diskors: għeruq il-kliem, il-prefissi, is-suffissi u t-tempi tal-verb.
8] Kapaċi nuża siti interattivi fl-internet bl-Għarbi biex nagħmel attivitajiet bażiċi relatati mat-tagħlim tal-lingwa, bħal "drag and drop" jew tqabbil ta' kliem jew frażijiet.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
9] Kapaċi nesegwixxi dak li qed naqra, e.g. jekk ikolli ġabra ta' struzzjonijiet, ittra, reklam jew "brochure".
10] Kapaċi nagħraf l-indizji mit-titlu jew minn kwalunkwe stampa biex jgħinuni ninduna dwar xiex inhu t-test.
 IL-KOMUNIKAZZJONI
11] Kapaċi nbassar numru ta' kliem u informazzjoni li kapaċi nsib f'test.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba


1] Kapaċi nikteb u nikkopja l-alfabet Għarbi fin-Naskh, ngħaqqad l-ittri b'mod xieraq u nispelli b'korrettezza b'pinna jew b'kijbord. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
2] Kapaċi nittikketta l-istampi ta' oġġetti u ta' nies.
 IL-BIDLA SOĊJALI
3] Kapaċi nikteb messaġġi jew noti qosra u sempliċi lill-ħbieb bl-għajnuna ta' dizzjunarju b'ambjent ta' tagħlim megħjun bl-użu ta' pinna jew kijbord. 
  L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
4] Kapaċi nipproduċi deskrizzjonijiet qosra u bażiċi tal-attivitajiet ta' kuljum u ta' suġġetti familjari billi nuża pinna jew kijbord. 
  L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
 
5] Kapaċi nuża mudelli biex nikteb testi u nwassal informazzjoni personali u ideat. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
6] Kapaċi nimla dettalji personali fil-formoli.
7] Kapaċi nikteb tweġibiet korretti għal mistoqsijiet issettjati fuq testi sempliċi u miktuba meta l-vokabolarju ta' taħriġ il-fehem ikun imniżżel f'lista u spjegat. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
8] Kapaċi nesprimi dak li teħtieġ biċċa xogħol u nislet ideat li rrid nikteb fuqhom. 
9] Kapaċi niġbor aktar informazzjoni billi naqra, billi nitkellem ma' oħrajn u billi niftakar kliem jew frażijiet relevanti li tgħallimt qabel.
10] Kapaċi nagħmel lista ta' xi ideat importanti.
11] Kapaċi nikteb pjan "rough" biex nuri l-ordni li se nuża biex norganizza l-ideat tiegħi.  
12] Kapaċi nikkomunika bl-użu ta' sentenzi sempliċi bl-Għarbi ma' studenti tal-Għarbi fi skejjel/pajjiżi oħra wara li l-għalliem/a jew student/a jara/tara l-iskript miktub tiegħi. 
 IL-BIDLA SOĊJALI



L-Aspett tas-Suġġett: Wirt u kultura

1] Kapaċi nidentifika l-kalendarji solari u lunari bl-Għarbi u l-ismijiet taż-żewġ settijiet tax-xhur u nsemmi festivals varji u ċelebrazzjonijiet pubbliċi, f'pajjiżi li jitkellmu bl-Għarbi. 
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi nsegwi bl-għajnuna, referenzi poetiċi adatti skont l-età bħall-użijiet metaforiċi ta' kliem differenti. 
3] Kapaċi niddistingwi d-diversità lingwistika tal-Għarbi u xi ftit mid-differenzi ewlenin bejn l-MSA u d-djalett.
4] Nista' ngħid proverbji diretti bl-Għarbi u nidentifika proverbji ekwivalenti bl-Ingliż u bil-Malti. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
5] Kapaċi nqabbel tradizzjonijiet f'Malta ma' dawk ta' pajjiżi Għarab billi nagħmel riċerka jew billi nżur familja Għarbija f'Malta jew billi nżur pajjiż Għarbi biex nitgħallem dwar it-tradizzjonijiet t'hemmhekk, imbagħad noħloq powster jew wirja billi nuża din l-informazzjoni.
 PRATTIKA
6] Kapaċi nislet il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' impjiegi differenti. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Grammatika

1] Kapaċi niddistingwi bejn l-ittri alfabetiċi u l-marki dijakritiċi, e.g. "tashkeel" eċċ. u nikkombinahom f'sillabi jew kliem.
2] Nirrikonoxxi l-importanza tat-tagħlim tal-grammatika fil-kuntest tal-Għarbi.
3] Kapaċi nidentifika l-Għarbi bħala lingwa Semitika u kif xi wħud mill-karatteristiċi ġenerali ta' dan il-grupp lingwistiku jidhru fl-Għarbi.   
4] Kapaċi niddistingwi l-kunċett tal-inflessjoni grammatikali u r-rwol tagħha fl-Għarbi.
5] Kapaċi nidentifika r-regoli fundamentali segwenti tal-grammatika tal-MSA: il-każi ("cases") grammatikali; l-artiklu; il-maskil u l-femminil; sentenzi non-verbali; "wa" u konġunzjonijiet bażiċi; l-istat kostrutt u l-każ ġenittiv; plurali maskili u femminili; pronomi; pronomi demostrattivi; suffissi pronominali; aġġettivi u qbil bejn nom u aġġettiv; xi verbi bażiċi tal-Ewwel Forma fil-passat; prepożizzjonijiet bażiċi u numri bażiċi. 
6] Kapaċi nuża espressjonijiet ta' tislim u korteżija bl-MSA u bi djalett ewlieni tal-Għarbi.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF




Agħti r-rispons tiegħek hawn