Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

L-Għarbi > LEVEL 10





L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ

1] Kapaċi nisma' u nirrispondi għal firxa ta' avviżi pubbliċi, relatati mal-aħbarijiet u max-xogħol fl-ambjent vokazzjonali u kulturali tal-ħajja reali.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nagħraf il-varjetà lingwistika tal-Għarbi u niddistingwi bejn l-istandard u l-varjetajiet mitkellma tal-Għarbi f'reġjuni ġeografiċi differenti.
3] Kapaċi nsegwi konverżazzjonijiet mitkellma b'pass naturali jew kważi naturali bl-MSA u b'reġistri "edukati" bi djalett Għarbi ewlieni. 
4] Kapaċi nsegwi b'kunfidenza u nifhem materjal tal-Għarbi standard u ta' djalett ewlieni mwassal permezz ta' midja awdjo jew awdjo-viżiva tal-Għarbi fil-ħajja reali li tinkludi produzzjonijiet kulturali bħal poeżiji, films u kanzunetti. 
5] Kapaċi nifhem u nirrispondi għal informazzjoni numerika kumplessa bi djalett Għarbi f'kuntesti ta' negozjar tal-ħajja reali u nuża l-MSA biex insolvi firxa ta' problemi matematiċi.



L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit

1] Kapaċi nagħti istruzzjonijiet jew direzzjonijiet bl-MSA jew bi djalett ewlieni "edukat" b'korrettezza u nirrispondi għal talbiet ta' elaborazzjoni jew kjarifikazzjoni f'kuntesti tal-ħajja reali jew f'dawk li jissimulaw mill-qrib il-ħajja reali.  
2] Kapaċi nuża l-MSA jew djalett ewlieni f'diskussjonijiet strutturati jew semi-strutturati dwar temi kulturali u/jew vokazzjonali f'kuntesti wiċċ imb wiċċ u onlajn tal-ħajja reali u nirrispondi għall-"feedback" tas-semmiegħa. 
3] Kapaċi ngħaqqad u nimmarka sentenzi u frażijiet b'korrettezza bl-użu ta' MSA idjomatiku xieraq u/jew konġunzjonijiet djalettali b'attenzjoni għall-varjazzjonijiet u l-użu tajjeb tal-ġesti, l-espressjoni tal-wiċċ u l-lingwaġġ tal-ġisem.
4] Kapaċi nippronunzja Għarbi standard u r-reġistru "edukat" ta' djalett Għarbi ewlieni b'korrettezza fonoloġika, meta nieħu sehem f'kuntesti avvanzati relatati mal-edukazzjoni, mal-kultura jew max-xogħol. 
5] Kapaċi nuża Għarbi mitħaddet bl-MSA għall-persważjoni fil-ħajja reali u f'kuntesti kulturali, edukattivi u vokazzjonali simulati.
6] Kapaċi nuża l-intonazzjoni u l-istress b'sengħa biex inseddaq it-tifsir f'kuntesti ta' persważjoni u akkademiċi. 
7] Kapaċi nuża l-MSA u r-reġistru ‘edukat’ ta' djalett standard biex nieħu sehem f'attivitajiet vokazzjonali, soċjali u kulturali ma' kelliema nattiva f'kuntesti tal-ħajja reali.
8] Kapaċi nikteb kliem u regoli tal-grammatika li ma kontx naf qabel u kapaċi nifttixhom fid-dizzjunarju.
 IL-QARI U L-FEHIM
9] Kapaċi nirrevedi xi wħud mill-istrateġiji li użajt, nagħraf għaliex ma ħadmux u nuża din l-analiżi biex intejjeb il-ħiliet lingwistiċi tiegħi.
  IT-TAGĦLIM PERSONALI



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari

1] Kapaċi naqra u nsegwi testi prożajċi u poetiċi ta' letteratura moderna u nidentifika l-varjazzjonijiet, l-istil u/jew it-tifsir tekniku u xjentifiku.
2] Kapaċi nagħti daqqa t'għajn u naqra b'ħeffa firxa ta' testi mingħajr għajnuna f'kuntesti kulturali, edukattivi u vokazzjonali tal-ħajja reali u bieżla taħt pressjoni ta' ħin u nidentifika l-informazzjoni importanti minn dawn it-testi.  
3] Kapaċi nidentifika u nifhem varjazzjonijiet bħal f'messaġġi kumplessi miktuba, f'kuntesti reali, u nirrispondi b'mod xieraq.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
 
4] Kapaċi naqra firxa varjata ta' stili ta' kalligrafija antika u moderna bl-Għarbi. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
5] Kapaċi naqra u nqassar, taħt pressjoni ta' ħin, testi konnessi u kumplessi ta' natura fattwali bħal artikli akkademiċi jew rapporti tan-negozju. 
6] Kapaċi nidentifika u nifhem użijiet b'tifsir kulturali ulterjuri f'test bl-Għarbi mill-ħajja reali bħal espressjonijiet idjomatiċi u qwiel.
7] Kapaċi nipproduċi taqsiriet miktubin fil-qosor bl-Għarbi u nipproduċi traduzzjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż ta' testi estiżi u/jew ta' testi b'Għarbi kumpless. 
8] Kapaċi nsegwi u nirrispondi għal tal-anqas djalett Għarbi wieħed u kapaċi naqra bi ftit fehim użijiet vernakulari f'attivitajiet tal-midja soċjali onlajn bħal poeżiji, kanzunetti u reklamar. 
9] Kapaċi nfittex għaliex jew nagħti "feedback" biex nevalwa t-tbassiriet inizjali tiegħi u jibqgħu jagħmlu sens. 
10] Kapaċi nidentifika kwistjoni u nagħmel kumment kritiku dwar kif xi strateġiji użati ma ħadmux u nanalizza x'kapaċi ntejjeb. 



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba

1] Kapaċi nippjana u nibni testi avvanzati u estiżi bl-Għarbi bħal testi argumentattivi, li huma koerenti internament, billi nuża b'mod tajjeb is-sentenzi u l-paragrafi, biex nibni t-tifsir u biex inpoġġi l-ideat f'sekwenza b'mod loġiku.
  L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
2] Kapaċi nikteb testi estiżi, konnessi, u kumplessi bl-MSA bl-użu tal-varjazzjonijiet u l-inferenzi b'mod kreattiv. 
3] Kapaċi nuża MSA miktub b'mod effettiv f'varjetà ta' kuntesti realistiċi, li jinkludu kuntesti diġitali u, fejn hemm bżonn, nittraduċi fil-ħin reali waqt li nkun qed naħdem f'ambjent onlajn multilingwi.
  L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
4] Kapaċi nipproduċi testi b'Għarbi kumpless u konness bi ftit jew xejn għajnuna, u nissintetizza informazzjoni minn sorsi varji b'referenzjar xieraq, b'mod illi jippreparani għal studju avvanzat jew impjieg professjonali. 
5] Kapaċi nipproduċi testi kumplessi, konnessi, deskrittivi, argumentattivi jew narrattivi bl-Għarbi bi ftit jew xejn għajnuna b'mod illi jkun xieraq għal skopijiet speċifiċi relatati mal-interessi tiegħi, e.g. kitba kreattiva jew kitba xjentifika.  
6] Kapaċi nikteb CVs ippreżentati sew, ittri ta' akkumpanjament u xogħol ieħor simili relatat ma' dokumenti, bl-għajnuna ta' gwida maġenbi ("guide on the side").
 PRATTIKA
7] Kapaċi nieħu noti minn interazzjonijiet kumplessi verbali bl-MSA u/jew djalett u nikteb tweġibiet f'forma ta' esej jew rapport għal mistoqsijiet diretti u impliċiti b'MSA korrett, bi ftit jew xejn għajnuna.
8] Kapaċi niċċekkja li qed nikteb ittri simili b'korrettezza, e.ż. .ق, ك/ص , س
9] Kapaċi nivvokalizza kull sentenza lili nnifsi biex nirrevedi l-pronunzja.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Grammatika

1] Kapaċi naqra u nifhem testi klassiċi, b'turija ta' fehim ta' sistemi bikrin ta' ortografija Għarbija.  
2] Kapaċi nagħmel studju bażiku tal-grammatika u tal-lessiku ta' mill-anqas djalett ewlieni wieħed u nifhem is-similaritajiet u d-differenzi bejn l-MSA u tal-anqas djalett wieħed. 
3] Kapaċi nuża dizzjunarji Għarab monolingwi u bilingwi u nkun konxju minn 'ħbieb foloz' i.e. kliem li jidher l-istess imma għandu tifsiriet diverġenti bl-Għarbi u bil-Malti. 
4] Kapaċi nuri li jien konxju tar-relazzjoni bejn l-MSA u forom bikrin ta' Għarbi letterarju, b'referenza għal testi antiki u modernie.ż. Għarbi Koraniku (QA) u Għarbi Klassiku (CA) u l-modi kif il-grammatika u l-lessiku tal-MSA ivarjaw mill-QA u mill-CA. 
5] Kapaċi nuri li fhimt sew il-grammatika kollha studjata fil-livelli preċedenti u nuża din il-grammatika f'attivitajiet avvanzati ta' smigħ, taħdit, qari u kitba bi ftit jew xejn għajnuna u nuri fehim ta' grammatika avvanzata, bħall-forom rari tal-verbi li jidhru fl-Għarbi Klassiku, u r-regola tal-versifikazzjoni tal-Għarbi Klassiku.
6] Kapaċi nuri profiċjenza fl-erba' ħiliet ewlenin tal-lingwa, speċjalment fis-smigħ u fit-taħdit, billi nsegwi karatteristiċi ta' reġistru ta' djalett: il-vuċi passiva f'tempi sempliċi u kontinwati; il-vuċi passiva fit-tempi tal-passat u tal-perfett; l-użu tal-modalitajiet biex noħloq tempi kumplessi u komposti; in-negazzjoni ta' tempi passivi; l-użu avvanzat tal-konnettivi; l-użu ta' tempi komposti u verbi awżiljarji fin-narrazzjoni; il-lingwa tat-tqabbil; il-lingwa tal-irbit u tar-relazzjoni, e.ż. ‘aħna lkoll’, ‘xi wħud minna’, ‘mhux aħna lkoll’, eċċ. u l-użu tal-partiċipji passivi.




Agħti r-rispons tiegħek hawn