Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

L-Għarbi > LEVEL 9





L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ

1] Kapaċi nsegwi avviżi pubbliċi, "voicemails" u aħbarijiet tal-midja fil-ħajja reali jew f'kuntesti simulati.
2] Kapaċi nagħraf u niddistingwi l-fonemi kollha tal-MSA flimkien mal-forom varjanti tagħhom f'tal-anqas djalett Għarbi ewlieni wieħed.
3] Kapaċi nuża firxa kumplessa ta' frażijiet u espressjonijiet b'kunfidenza li tqarreb dik ta' kelliem nattiv, fil-ħajja reali jew f'kuntesti vokazzjonali u kulturali simulati.
4] Kapaċi nsegwi u nirrispondi b'kompetenza li tqarreb dik ta' kelliem nattiv għal mistoqsijiet kumplessi u istruzzjonijiet li jissimulaw mill-qrib l-użu tal-lingwa fil-ħajja reali. 
5] Kapaċi nsegwi u nifhem firxa ta' testi mitkellma tal-MSA, nirrispondi b'kunfidenza li tqarreb dik ta' kelliem nattiv f'tagħlim kollaborattiv u/jew f'kuntesti simulati tal-ħajja reali. 
6] Kapaċi nuża, nifhem u nirrispondi għal informazzjoni numerika ta' kumplessità dejjem tiżdied u nipproċessa s-soluzzjoni ta' problemi matematiċi sempliċi f'tagħlim kollaborattiv u/jew f'kuntesti simulati tal-ħajja reali. 
7] Kapaċi nsegwi deskrizzjonijiet kumplessi ta' oġġetti, proċessi u proċeduri bl-MSA f'kuntesti ta' suġġetti varji f'sitwazzjonijiet kollaborattivi u simulati. 
8] Kapaċi nisma' materjal mitkellem kulturali u/jew vokazzjonali kumpless bl-MSA u nistaqsi għal kjarifikazzjoni f'sessjonijiet ta' tagħlim fi grupp ta' simulazzjonijiet ta' attivitajiet tal-ħajja reali. 
9] Kapaċi nsaqsi għal "feedback" mill-kelliema biex nirrevedi l-interpretazzjoni inizjali ta' dak li nkun smajt.  
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR



L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit

1] Kapaċi nagħti istruzzjonijiet jew direzzjonijiet bl-MSA b'korrettezza u nirrispondi għal talbiet ta' elaborazzjoni jew kjarifikazzjoni fil-klassi jew f'kuntesti simulati tal-ħajja reali. 
2] Kapaċi nistaqsi għal kjarifikazzjoni jew elaborazzjoni ta' mistoqsijiet biex insegwi taħdit b'Għarbi kumpless mitkellem b'pass naturali f'kuntesti kollaborattivi u edukattivi ta' attivitajiet fil-ħajja reali. 
3] Kapaċi nuża l-MSA biex nagħti rendikonti strutturati qosra ta' temi speċjalizzati li jien familjari magħhom, fil-klassi u onlajn, permezz ta' għajnuniet viżwali u nirrispondi għal mistoqsijiet diretti. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI
4] Kapaċi nuża korrettament is-"signposting" u ngħaqqad kliem u frażijiet biex nipprovdi struttura u koerenza għal diskussjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' tagħlim fi grupp u preżentazzjonijiet orali. 
5] Kapaċi nippronunzja l-ħsejjes tal-MSA b'korrettezza fonoloġika f'kuntesti kważi naturali f'sitwazzjonijiet ta' tagħlim kollaborattiv u f'simulazzjonijiet ta' attvitajiet tal-ħajja reali. 
6] Kapaċi nżomm komunikazzjoni mitkellma kontinwa bl-MSA bl-użu ta' espressjonijiet ta' korteżija u b'varjazzjoni ta' talbiet. 
7] Kapaċi nqassar ideat u espressjonijiet u nesprimihom f'taħdit estiż bl-Għarbi standard u nuża forom relattivament kumplessi biex nesprimi ideat, opinjonijiet u nuqqas ta' qbil.
8] Kapaċi nuża l-MSA biex nieħu sehem b'mod effettiv f'attivitajiet soċjali u kulturali bl-ambjent kollaborattiv tal-klassi.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
9] Kapaċi niddeskrivi suġġett li ma nafx x'jissejjaħ, i.e. niddeskrivi kif jidher, għalxiex jintuża, jekk tistax tilbsu, tieklu jew tixorbu, eċċ.
 PERSONALI
10] Kapaċi nuża l-opposti bħal 'mhux miżżewweġ' għal 'għażeb'.
11] Kapaċi nuża kelma li għandha tifsira simili ħafna e.g. 'dgħajsa' flok 'vapur'.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari

1] Kapaċi nidentifika l-iskop ta' testi speċifiċi bl-Għarbi, nidentifika informazzjoni importanti u nikseb għarfien dwar l-użu ta' kuljum, interferenza, reġistru u ton. 
2] Kapaċi naqra u nsegwi firxa ta' testi bl-Għarbi mill-midja li jittrattaw temi bħal ġrajjiet kurrenti, kultura u divertiment flimkien ma' ftit materjal aktar akkademiku u speċjalizzat, fi studju fi gruppi jew individwalment.
3] Kapaċi naqra b'kunfidenza, insegwi u nirrispondi għal firxa ta' testi bl-Għarbi f'midja differenti bħal "emails", forums fl-internet, u midja soċjali għal skopijiet kwotidjani bħal negozju, xogħol, tfittxija ta' impjiegi jew rilassament.  
 NITGĦALLEM INKUN JIEN 
4] Kapaċi naqra testi pprintjati u elettroniċi bl-Għarbi miktubin bi stili varji ta' skrittura bħan-Naskh u r-Ruq’a.
5] Kapaċi nidentifika l-istrutturi li jiżviluppaw koerenza fit-test, e.g. sentenzi, paragrafi, titli u sottotitli permezz tal-għarfien ta' kif dawn jirrelataw mat-tifsir.
6] Kapaċi naqra b'kunfidenza firxa ta' testi bl-MSA mill-ħajja reali dwar temi li jien familjari magħhom kemm f'attivitajiet ta' tagħlim fi grupp kif ukoll individwalment. 
7] Kapaċi nuri li kkonsolidajt il-grammatika essenzjali, studjajtha fil-livelli preċedenti, nidentifika xi karatteristiċi grammatikali avvanzati tal-MSA, u nuri kif dawn ivarjaw minn dawk ta' djalett. 
8] Kapaċi nuża l-Għarbi b'mod effettiv u xieraq f'firxa ta' forums fuq l-internet f'attivitajiet ta' tagħlim fi grupp u/jew f'kuntesti kulturali, soċjali u vokazzjonali. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba

1] Kapaċi nikteb testi itwal ta' proża magħquda għad-deskrizzjoni jew għat-tqabbil waqt studju indipendenti u nispjega u niġġustifika l-għażliet ta' vokabolarju u ta' grammatika f'attivitajiet ta' tagħlim kollaborattiv. 
2] Kapaċi nipproduċi testi estiżi u kumplessi bl-Għarbi li huma grammatikalment korretti u nuża firxa avvanzata ta' kliem u frażijiet. 
3] Kapaċi nittraduċi sentenzi aktar kumplessi mill-Għarbi għall-Ingliż jew għall-Malti u nittraduċi iktar testi bażiċi mill-Ingliż jew mill-Malti għall-MSA b'korrettezza.  
4] Kapaċi nikteb testi Għarab li jissintetizzaw informazzjoni meħuda minn firxa varjata ta' sorsi miktubin bl-Għarbi, meta nkun qed naħdem f'attivitajiet ta' tagħlim fi grupp. 
5] Kapaċi nikteb testi bl-MSA korretti grammatikalment għal firxa ta' skopijiet bħal deskrizzjoni, argumentazzjoni, tqabbil, narrazzjoni, eċċ. meta nkun qed naħdem f'attivitajiet ta' tagħlim kollaborattiv.
6] Kapaċi nimla bl-MSA firxa ta' dokumenti kumplessi u formali b'korrettezza bi ftit jew xejn għajnuna, u kapaċi ndaħħal data testwali u numerika f'firxa varjata ta' applikazzjonijiet tal-ICT.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
7] Kapaċi nsegwi u nirrispondi għal mistoqsijiet kumplessi b'ħafna partijiet jew mistoqsijiet inferiti bl-użu korrett ta' proża bl-MSA konness sew f'kuntesti ta' tagħlim kollaborattiv u/jew simulazzjonijiet tal-ħajja reali.
8] Kapaċi nikteb draft inizjali u kapaċi nirrevedih bl-użu ta' strateġiji differenti biex niċċekkja x-xogħol miktub tiegħi u biex nikteb it-tieni draft.  
9] Kapaċi nsaqsi ħabib/a jew għalliem/a biex jaqra/taqra x-xogħol miktub tiegħi. 
10] Kapaċi nirrevedi l-istrateġiji li użajt u li ma ħadmux biex intejjibhom għal darba oħra.
11] Kapaċi naqra t-test sal-aħħar biex nara jekk jagħmilx sens.



L-Aspett tas-Suġġett: Wirt u kultura

1] Kapaċi nirriċerka u nuri l-istorja tal-preżenza Għarbija f'Malta u l-modi li bihom din influwenzat il-kultura, it-tagħlim u l-oqsma tal-għerf lokalment u mad-dinja. 
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nsegwi "clips" qosra minn programmi televiżivi dwar temi familjari minn pajjiżi Għarab differenti.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi nuża Għarbi standard biex nikkomunika b'mod effettiv ma' kelliema nattivi f'ambjenti kulturali u soċjali, e.ż. ikliet barra, avvenimenti sportivi, mużewijiet, "galleries" u esibizzjonijiet u f'ambjenti ta' post tax-xogħol simulati jew b'għajnuna. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4] Kapaċi naqra xogħlijiet qosra magħżula ta' letteratura Għarbija moderna b'fehim tal-varjazzjonijiet u nispjegahom lil nies li mhumiex kelliema tal-Għarbi. 
5] Kapaċi naqbad u nifhem idjomi kollokjali, figuri tat-taħdit u proverbji biex nidħol f'konverżazzjonijiet ma' kelliema nattivi.  
6] Kapaċi naqra partijiet mill-Qur’an u mill-Bibbja bl-Għarbi tal-anqas b'livell tajjeb ta' fehim.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
7] Kapaċi nara films u programmi televiżivi Għarab u niddiskutihom ma' oħrajn fil-klassi.
 NITGĦALLEM KIF



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Grammatika

1] Kapaċi naqra testi estiżi b'korrettezza, f'kitbiet mhux immarkati bin-Naskh u bir-Ruq’a, nikteb b'korrettezza u b'mod li jinqara billi nuża dawn il-kitbiet, biex nidentifika u naqra testi bażiċi f'kitbiet oħrajn, inklużi kitbiet antiki u ornamentali. 
2] Kapaċi niżviluppa u nikkonsolida permezz tal-prattika l-fehim tiegħi ta' grammatika essenzjali tal-MSA. 
3] Kapaċi nidentifika r-reIazzjoni tal-Għarbi ma' lingwi oħra Semitiċi u mhux Semitiċi fejn jidħol l-użu ta' kliem relatat, kliem missellef u influwenzi oħra. 
4] Kapaċi nipproduċi testi estiżi u mhux immarkati bl-MSA b'mod li juri fehim tar-rwol tal-każ grammatikali 'moħbi' f'testi mhux immarkati. 
5] Kapaċi nikkonsolida l-grammatika kollha li tgħallimt sal-lum u nuri li tgħallimt fis-smigħ, fit-taħdit, fil-qari u fil-kitba f'kuntesti kollaborattivi u koperattivi tal-klassi kif ukoll f'kuntesti aktar megħjuna u nkun kompetenti fil-karatteristiċi tal-grammatika tal-MSA fil-livell intermedju għoli u fl-avvanzat, primarjament: plurali miksurin avvanzati u forom tal-plural miksur; il-konġunzjoni fi ħdan in-numru, il-ġens, il-modi u l-forom tal-verb ta' verbi doppji, verbi neqsin, verbi assimilattivi, verbi moħfija, verbi dgħajfin, verbi dgħajfin doppjament, verbi b'erba' radikali jew aktar; prepożizzjonijiet avvanzati; numri kardinali u ordinali avvanzati. 
6] Kapaċi niddistingwi bejn sintassi frażali tad-djaletti Għarab u s-sintassi tal-MSA bbażata fuq il-każ grammatikali, u nkun kunfidenti meta nisma' u nlissen l-ekwivalenti djalettali tal-karatteristiċi segwenti: il-pronunzja; l-intonazzjoni; il-forom alternattivi tal-"irrid" skont id-djalett studjat; l-użu tal-pronunzja tal-artiklu bid-djalett; l-użu u l-pronunzji tas-suffissi femminili bid-djalett; il-metodi ta' negazzjoni tal-verbi bid-djalett li tvarja skont id-djalett studjat; il-marki tat-temp preżent u tal-futur bid-djalett li jvarjaw skont id-djalett studjat; il-marki tal-possessiv minflok l-"idhafa" tal-MSA jew il-frażi kostrutta; il-partiċipji attivi u n-negazzjoni.




Agħti r-rispons tiegħek hawn