Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Iċ-Ċiniż > LEVEL 7





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem u nuża l-lingwa biex nikkomunika l-informazzjoni u l-opinjonijiet fuq is-sitwazzjoni personali u l-ħajja ta' kuljum tiegħi u biex insir naf fuq l-oħrajn. Naf nilqa' l-isfidi li toffri l-komunikazzjoni b'lingwa oħra u kapaċi nuża t-tekniki u l-għodda li jħaffu l-fehim. Kapaċi nuri l-progress fil-ħiliet tat-taħdit billi nieħu sehem f'interazzjonijiet soċjali u billi, mill-użu ta' lingwaġġ sempliċi f'kuntesti mħejjija u prevedibbli, nuri żvilupp billi ngħaddi għal komunikazzjoni iktar kumplessa u 'reali' f'diversi kuntesti. 

L-Aspett tas-Suġġett: Komunikazzjoni fit-taħdit

1] Kapaċi nirriproduċi l-erba' toni distinti tal-lingwa Ċiniża u nagħraf kif dawn jistgħu jibdlu t-tifsir tal-kliem . ,, ,   骂.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nwieġeb b'diversi forom ta' tislimiet mal-ħbieb u mal-adulti li naf, skont l-età jew il-professjoni, . 你好, 您好, 老师 好 jew il-ħin tal-ġurnata, eż你早, 晚安.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Kapaċi nuża frażijiet fissi biex nirringrazzja, nitlob apoloġija, u nistaqsi l-permess mingħand il-ħbieb u l-għalliema, eż.
 我可以上厕所吗?; 我有一个问题; 请问, 这个词是什么意思?: 不明白; 谢谢.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nagħti informazzjoni personali fuq l-isem u n-nazzjonalità, eż. 
 我叫…; 我爸爸妈妈是马耳他人, niċċara xi ħaġa . 对不起, 我听不懂, 你说什么?  u nistaqsi mistoqsijiet sempliċi, . 你有英汉词典吗?
5] Kapaċi nuża l-partiċella tal-mistoqsija iva-jew-le  '吗'
u l-istruttura tas-sentenza '是不是'.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

6] Kapaċi nuża xi kliem interrogattiv familjari u frekwenti bħal 什么, 谁, 哪儿. 
7] Kapaċi nifforma sentenzi sempliċi bl-użu tal-possessiv, eż. 这是我的词典, 这是我们的老师.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
8] Kapaċi nagħti informazzjoni personali, bħall-isem, l-età, in-nazzjonalità, l-iskola, u l-livell tas-sena ma' studenti minn skejjel oħra f'Malta u barra, eż. 
 你好, 我叫Maya, 我是马耳他人, 我学汉语.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
9] 
Kapaċi ngħodd miz-0 sal-100 u ngħid in-numri tat-telefown.  
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

10] Kapaċi nagħti informazzjoni bażika fuq l-iskola, il-klassi, u l-għalliema tiegħi,我学校很大.
11] Kapaċi nitkellem fuq is-suġġetti li nħobb l-iktar u fuq dawk li ma nħobbx, eż.
 我很喜欢汉语, 但是不很喜欢数学.
12] Kapaċi niddeskrivi d-dar tiegħi, il-kamra
tiegħi, u kmamar oħra.
13] Kapaċi nistaqsi u ngħid x'ħin hu, eż. 
几点了
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

14] Kapaċi ngħid id-data (is-sena, ix-xahar, il-jum), il-jiem tal-ġimgħa, u l-istaġun.
15] Kapaċi ngħid dak li nħobb niekol u nixrob, eż. 这个蛋糕很好吃。我最喜欢比萨饼.
16] Kapaċi ngħid liema passatemp u sport inħobb, eż. 
 我的爱好是踢足球.
17] Kapaċi naqsam ideat personali u nesprimi opinjonijiet fuq l-esperjenzi li għandhom x'jaqsmu mal-ħajja fid-dar u r-rutina, l-iskola u l-edukazzjoni, id-dieta u l-ikel bl-użu ta' sentenzi mfassla sew
.
NITGĦALLEM KIF
18] Kapaċi naqsam l-ideat, inżomm il-ħbiberiji u nkun involut/a b'mod attiv f'konverżazzjonijiet u diskussjonijiet fi grupp fuq suġġetti ta' interess personali, soċjali, u kulturali bl-użu ta' termini u frażijiet mgħallma
.
19] Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet fuq karattri immaġinarji jew definiti u avvenimenti mismugħa minn firxa ta' sorsi sempliċi orali u/jew miktuba bl-użu ta' kliem li nkun tgħallimt u frażijiet sempliċi mfassla.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri żvilupp fil-ħiliet tas-smigħ billi minn smigħ b'fokus uniku ngħaddi għal smigħ olistiku u smigħ tas-sustanza, għal fehim usa'.  Kapaċi nuri progress fil-ħiliet tas-smigħ billi mid-deċifrar ta' tlissin sempliċi u qasir bi ftit kliem li jservi ta' distrazzjoni, ngħaddi biex nuri l-fehim ta' tlissin itwal u inqas prevedibbli li jinvolvi sturutturi ta' sentenzi kumplessi u lingwa b'iktar kliem li jservi ta' distrazzjoni. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-fehim ta' u r-rispons għal-lingwa mitkellma 

1] Għandi għarfien tan-natura partikulari tal-Mandarin mitkellem u nista' nqabbel u nikkuntrasta l-ħsejjes Ċiniżi, Maltin, u Ingliżi.
2] Kapaċi nagħmel differenza bejn l-erba' toni distinti tal-Mandarin mitkellem u nidentifika l-bidla fit-tifsir tal-kliem li sseħħ meta jinbidel it-ton.

3] Kapaċi nagħmel differenza bejn ħsejjes u toni meta nisma' ċ-Ċiniż Mandarin mitkellem,  eż. distinzjoni bejn 我买 / 我卖东西, jew bejn 亲吻 (qīnwěn) u 请问 (qǐngwèn).
4] Kapaċi nifhem tajjeb il-punti ewlenin minn djalogi qosra u sempliċi ħafna fuq oġġetti familjari u interessi personali meta n-nies jitkellmu biċ-Ċiniż Mandarin bil-mod u ċar.
5] 
Kapaċi nislet il-punti ewlenin minn testi qosra u sempliċi mitkellma biċ-Ċiniż minn firxa limitata ta' suġġetti, eż. il-ħajja fil-familja, fid-dar, u l-iskola.
6] 
Kapaċi nikseb informazzjoni speċifika billi niffoka fuq karatteristiċi tal-vuċi, ġesti, u l-għażla tal-kliem, ngħidu aħna l-għarfien tal-livell ta' entużjażmu jew in-nuqqas tiegħu f'min qed jitkellem,  eż. 我一点儿也不喜欢… imqabbel ma' 我不喜欢…
7] Kapaċi nieħu sehem fi djalogu qasir u sempliċi ma' student/a ieħor/oħra filwaqt li nisma' l-informazzjoni, nistaqsi, u nwieġeb, biex naqsam l-informazzjoni fuq dak li jogħġobna u dak li ma jogħġobniex.




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri l-iżvilupp tiegħi fil-ħiliet tal-qari billi mill-qari ta' sentenzi sempliċi b'fokus uniku ngħaddi għall-fehim ta' testi b'sentenzi kumplessi bi kliem li jservi ta' distrazzjoni, u billi ngħaddi mill-interpretazzjoni ta' informazzjoni fattwali għall-fehim ta' materjal iktar kumpless u astratt. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari, il-fehim, u r-rispons għal-lingwa miktuba

1] Kapaċi nagħraf il-karattri Ċiniżi bħala forma ta' kitba b'tifsira u l-pinyin bħala s-sistema fonetika uffiċjali għat-traskrizzjoni tal-karattri Ċiniżi għall-alfabett Latin tal-ħsejjes tal-Mandarin mitkellem.
IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi nidentifika karattri komuni Ċiniżi u kliem bil-pinyin.
3] Kapaċi niddiskrimina l-karatteristiċi ewlenin tal-fonoloġija Ċiniża; neżamina il-firxa wiesgħa ta' ħsejjes, u nagħraf kif sillabi u toni mitkellma jiġu rappreżentati fil-pinyin, billi nispelli l-kliem bil-pinyin, jew naqra ngħid kliem u sentenzi bil-pinyin, nagħti importanza lill-pronunzja, lit-ton u l-intonazzjoni.
IL-QARI U L-FEHIM
4] Kapaċi nislet il-punti ewlenin minn testi miktuba qosra u sempliċi ħafna, u djalogi fuq oġġetti familjari, nies, u interessi personali.
IL-QARI U L-FEHIM
5] Kapaċi nislet informazzjoni muftieħ minn diversi testi familjari bħal ktejjeb sempliċi tax-xiri, nifhem frażijiet partikulari u nikkalkula l-prezz finali bl-għajnuna tad-dizzjunarji, għodod lingwistiċi onlajn, u listi tal-vokabularju.
IL-QARI U L-FEHIM
6] Kapaċi nislet informazzjoni muftieħ minn stejjer qosra u sempliċi fuq il-ħajja ta' kuljum.
IL-QARI U L-FEHIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem u nuża l-lingwa biex nikkomunika l-informazzjoni u l-opinjonijiet fuq is-sitwazzjoni personali u l-ħajja ta' kuljum tiegħi kif ukoll biex insir naf fuq l-oħrajn. Naf nilqa' l-isfidi tal-komunikazzjoni b'lingwa oħra u kapaċi nuża tekniki u għodod biex ikunu ta' għajnuna għall-fehim. Kapaċi norganizza l-kitba tiegħi sabiex tkun koerenti u tesprimi l-ħsibijiet tiegħi b'mod ordinat u loġiku. Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi minn sentenzi sempliċi miktuba bi strutturi sempliċi tal-lingwa ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.

L-Aspett tas-Suġġett: Komunikazzjoni bil-kitba

1] Kapaċi nikteb uħud mill-karattri biċ-Ċiniż l-iktar li jintużaw f'forma ssimplifikata, u nuża l-ordni tad-daqqiet korretta.
IR-REQQA
2] 
Kapaċi nidentifika l-ordni tal-kliem tas-sentenzi biċ-Ċiniż modern, u nista' nqabbel u nikkuntrasta mal-Malti u l-Ingliż.
IR-REQQA
3] Kapaċi nuża l-pinyin bħala għajnuna għat-tagħlim tal-Mandarin mitkellem.

IR-REQQA
4] Kapaċi nikteb kliem bil-pinyin fuq il-kompjuter u nsib il-karattri rispettivi tiegħu.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
5] Kapaċi nikkomponi testi immaġinattivi qosra bl-użu ta' karattri sempliċi u sentenzi qosra bl-ordni tal-kliem korretta.

IL-KITBA
6] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi biex nippreżenta informazzjoni fuq oġġetti familjari, nies, u interessi personali.
IL-KITBA
7] Kapaċi nikteb fuq il-membri tal-familja tiegħi, inkluż isimhom, l-età, u l-lingwa li jitkellmu, eż. 我家有四个人。我妈妈爸爸说马耳他语.
IL-KITBA
8] Kapaċi nikteb in-numri biċ-Ċiniż miz-0 sal-100, eż. 三个人
IR-REQQA
9] Kapaċi nikteb in-numri tat-telefown.
10] Kapaċi nikteb sentenzi bażiċi, u nagħti l-informazzjoni fuq l-iskola, il-klassi, u l-għalliema, eż. 我学校很大.
11] 
Kapaċi nikteb fuq is-suġġetti tal-iskola li jogħġbuni l-iktar u fuq dawk li ma jogħġbunix, eż. 我很喜欢汉语, 但是不很喜欢数学.
12] 
Kapaċi nikteb kartolini, ittri elettroniċi, u messaġġi qosra fuq il-belt/raħal, u l-pajjiż tiegħi.

IL-KITBA
13] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi u niddeskrivi t-temp, eż. 今天下雨, 很冷.
14] 
Kapaċi nikteb fuq il-passatempi u l-isport favorit tiegħi, eż. 我的爱好是踢足球, 我也很喜欢打篮球.

IL-KITBA
15] Kapaċi nesprimi opinjonijiet fuq karattri u avvenimenti mismugħa minn firxa ta' sorsi orali sempliċi bl-użu ta' kliem mgħallem u frażijiet sempliċi mfassla.
16] Kapaċi nirrapporta punti muftieħ minn testi qosra u sempliċi miktuba, u djalogi fuq oġġetti familjari, nies, u interessi personali b'numru ristrett ta' karattri.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem l-importanza tat-taħdit b'lingwa barranija u li t-tagħlim ta' lingwa differenti jipprovdi intuwitu tal-modi ta' ħajja, u ta' ħsieb ta' nies oħra. B'hekk nista' napprezza d-differenzi u nirrikonoxxi x-xebh mal-mod ta' ħajja tiegħi stess.

L-Aspett tas-Suġġett: Apprezzament u fehim tal-lingwa Ċiniża

1] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi tal-lingwa Ċiniża Mandarin, ngħidu aħna r-rwoli tal-pinyin, u l-karattri u l-istruttura bażika tas-sentenza fiċ-Ċiniż.
IR-REQQA
2] Kapaċi nispjega li ċ-Ċiniż Mandarin hija lingwa mitkellma minn komunità kbira ħafna fiċ-Ċina u f'numru ta' pajjiżi oħra, jiġifieri fost il-komunitajiet Ċiniżi, eż. fl-Amerika ta' Fuq u fl-Awstralja.
3] Nagħraf li ċ-Ċiniż hija lingwa minuri f'Malta iżda lingwa importanti fiċ-Ċina u fix-Xlokk tal-Asja. Naf ukoll li ċ-Ċiniż Mandarin jiġi mitkellem u mgħallem ukoll f'diversi skejjel fl-Ewropa, bħal fir-Renju Unit, fl-Amerika, fl-Awstralja, u f'pajjiżi oħra
4] 
Kapaċi nidentifika wħud mir-radikali u nużahom biex nifhem xi karattri Ċiniżi mhux magħrufin.
5] 
Kapaċi nidentifika d-differenzi bejn l-erba' toni fiċ-Ċiniż.

6] Kapaċi nidentifika karattri u kliem Ċiniżi komuni bil-pinyin.
7] Nagħraf il-karatteristiċi tal-lingwa formali użata f'kuntesti familjari, bħal fl-iskola.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf li lingwi differenti għandhom strutturi u regoli differenti, u kapaċi nuża dan biex inkun nista' nibni espressjonijiet li għandhom tifsira, u b'hekk niżgura li qed niġi mifhum/a u li qed nifhem lill-oħrajn.

L-Aspett tas-Suġġett: It-Traduzzjoni

1] Kapaċi nidentifika kliem jew sentenzi ekwivalenti jew simili biċ-Ċiniż għal oġġetti jew termini familjari bl-Ingliż u/jew bil-Malti.
IL-KITBA
2] Kapaċi nidentifika karattri u kliem komuni Ċiniżi bil-pinyin u nagħraf l-istruttura u t-tifsira bażika tagħhom.
3] Kapaċi nittraduċi t-tifsira ta' kliem u termini ta' kuljum li jirrelataw ma' suġġetti ta' interess miċ-Ċiniż għall-Ingliż u/jew għall-Malti u bil-maqlub.

IL-KITBA
4] Kapaċi nittraduċi testi sempliċi bl-Ingliż u/jew bil-Malti għaċ-Ċiniż, filwaqt li niffoka fuq it-tifsira globali tas-silta, u nidentifika kif l-aħjar ninterpreta l-kliem muftieħ, bħall-użu tal-verb 是 wara l-ewwel, it-tieni u t-tielet pronom personali; in-numri bil-kliem tal-kejl; is-sentenzi bil-partiċipju possessiv 的, u l-plurali.
5] Kapaċi nfittex karattri u kliem li mhumiex familjari f'dizzjunarji bilingwi u nuża wħud mid-dizzjunarji u għodod tat-traduzzjoni onlajn.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
6] Kapaċi nittraduċi xi tabelli pubbliċi fir-ristoranti bħal ngħidu aħna 进站口 għal 'dħul',  售票厅 għal 'sala fejn jinbiegħu l-biljetti' u s-sinjali  u
  għal 'irġiel' u 'nisa' fit-tojlits.
IL-KITBA
7] Kapaċi nuża frażijiet ta' korteżija f'kuntesti xierqa, bħal 请问 u 对不起!
IL-KITBA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf li lingwi differenti għandhom strutturi u regoli differenti, u dan jista' jgħinni nibni espressjonijiet li fihom tifsira, u jiżguraw li qed niġi mifhum/a u li qed nifhem lill-oħrajn. Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi mill-kitba ta' sentenzi sempliċi bi strutturi tal-lingwa sempliċi ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Grammatika

1] Jiena familjari mat-toni u mal-ħsejjes taċ-Ċiniż. 
2] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi ħafna biċ-Ċiniż, eż.
我很好, 我不好,我们都很好.

IL-KITBA
3] Kapaċi nistaqsi l-mistoqsijiet  "Iva-le" bl-użu tal-partiċella 吗, eż. 你好吗? 你要茶吗?
IL-KITBA
4] Kapaċi nuża l-verb tkun 是, . 我是马耳他人.
5] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet sempliċi, eż.
 那是谁? 你性什么? 厕所在哪儿? 你们是哪国人?
IL-KITBA
6] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi bl-użu ta' kliem interrogattiv familjari frekwenti, eż. 什么, 谁, 哪儿,几, 什么时候, 为什么
7] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet, u nuża tifsila ta' sentenza alternattiva għal 'ma', eż. 你是不是中国人? 你忙不忙?
8] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet sempliċi bil-partiċella 呢, eż. 我很好, 你呢?
9] Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet sempliċi u nuża 好吗? u 可以吗?, . 我用你的词典, 好吗?现在去, 可以吗?
10] Kapaċi nistaqsi fuq in-numri u l-ammonti, billi nuża l-pronomi interrogattivi, bħal 几 u 多少, eż. 你家有几口人? 你学校有多少学生?
11] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi bl-użu ta' verb, 
eż. 你要咖啡吗? 我们学习汉语; 我不知道.
IR-REQQA
12] Kapaċi nesprimi l-possessjoni,
 eż. 我的书.
IR-REQQA
13] Kapaċi nesprimi l-possessjoni bl-użu tal-verb   u l-forma negattiva tiegħu bi  没, . 我有朋友; 我没有时间.
14] 
Kapaċi nuża l-avverbji f'sentenzi qosra u sempliċi, eż. 我也说英语: 我们都是马耳他人.
15] 
Kapaċi nuża firxa ta' verbi tal-azzjoni biex niddeskrivi l-interessi u avvenimenti, bħal 踢足球, 游泳, 上网, 唱歌, 听音乐, 看书.
16] 
Kapaċi nagħraf u nuża numru limitat ħafna ta' kliem tal-kejl, eż. 张, 个, 支, 本.
17] 
Kapaċi nesprimi d-data u l-jiem tal-ġimgħa, . 2015年5月2号, 星期六.
IR-REQQA

18]  Kapaċi nifforma sentenzi bl-użu ta' kliem li jesprimi ż-żmien bħala avverbji, bħal 现在, 今天, 明年 biex nuri l-ħin ta' meta sseħħ azzjoni jew stat, eż. 你明天有时间吗? 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi minn sentenzi sempliċi, bi strutturi tal-lingwa sempliċi, ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-karattri - Hanzi

1] Kapaċi nidentifika l-iktar radikali li jintużaw b'mod komuni bil-karattri Ċiniżi fil-verżjoni ssimplifikata. 
2] Kapaċi nagħraf il-firxa tat-tipi tad-daqqiet li jintużaw fil-karattri u niktibhom, waqt li nimxi mad-direzzjoni u l-ordni, il-bilanċ u l-proporzjon tad-daqqiet.
IR-REQQA

3] Kapaċi napplika l-għarfien tal-karattri li naf biex nitgħallem naqra u nikteb karattri ġodda.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
4] Kapaċi nagħmel dizzjunarju sempliċi tiegħi Ċiniż - Ingliż/Malti.

5] Kapaċi nesplora kif kunċetti ġodda huma interpretati biċ-Ċiniż, eż. 短信, 电脑, 鼠标 网站 u 博客.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
6] Kapaċi nittajpja l-kliem bil-
pinyin fuq tastiera tal-kompjuter u kapaċi nsib il-karattri rispettivi.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM





Agħti r-rispons tiegħek hawn