Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Iċ-Ċiniż > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem u nuża l-lingwa biex nikkomunika l-informazzjoni u l-opinjonijiet fuq is-sitwazzjoni personali u l-ħajja ta' kuljum tiegħi u biex insir naf fuq l-oħrajn. Naf nilqa' l-isfidi li toffri l-komunikazzjoni b'lingwa oħra u kapaċi nuża t-tekniki u l-għodda li jħaffu l-fehim. Kapaċi nuri l-progress fil-ħiliet tat-taħdit billi nieħu sehem f'interazzjonijiet soċjali u billi, mill-użu ta' lingwaġġ sempliċi f'kuntesti mħejjija u prevedibbli, nuri żvilupp billi ngħaddi għal komunikazzjoni iktar kumplessa u 'reali' f'diversi kuntesti. 

L-Aspett tas-Suġġett: Komunikazzjoni fit-taħdit

1] Kapaċi nagħmel differenza bejn l-erba' toni u l-frekwenzi tal-ħoss fil-lingwa Ċiniża: frekwenza għolja, frekwenza medja ta' fuq, frekwenza medja, frekwenza medja t'isfel u frekwenza baxxa. 
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nirriproduċi l-ħsejjes taċ-Ċiniż b'mod preċiż.

IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
3] Kapaċi nirriproduċi l-ħsejjes taċ-Ċiniż b'attenzjoni partikulari għall-inizjali u l-finali tal-morfemi singulari, tal-fonemi, tal-fonetika u t-tlissin fit-taħdit.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi ninteraġixxi mal-istudenti sħabi u mal-għalliem/a biex naqsam l-informazzjoni billi nuża sentenzi bi struttura korretta
. Kapaċi norganizza u nesprimi l-ideat.
5]  Kapaċi nuża kliem familjari biex nissuġġerixxi u nagħmel il-pjanijiet, eż.  你想来我家吗?, 你星期天打算干什么?
6]  Kapaċi nuża iktar kliem interrogattiv bħal  什么时候', 几, 为什么.

7] Kapaċi nibni sentenzi sempliċi biex nippreżenta l-informazzjoni fuq l-interessi personali, eż.
 我喜欢看书, 听音乐, 也喜欢跳舞.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

8] Kapaċi nintroduċi lil sħabi u l-qraba lill-oħrajn billi ngħid isimhom, kemm għandhom żmien, il-lingwi li jitkellmu, u n-nazzjonalità tagħhom, eż. 这是我很好的朋友。她会说汉语.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
9] Kapaċi ngħodd mill-100 sal-1,000.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

10] Kapaċi nagħti informazzjoni fuq l-istudji tiegħi u l-pjanijiet għall-futur, eż. 我喜欢学外语。我的梦想是当老师.
11] Kapaċi nitkellem fuq ir-rutini u l-attivitajiet ta' kuljum fid-dar bl-użu ta' kliem fuq il-ħin, eż. 我每天七点起床, 刷牙, 吃早饭,上课.
12] Kapaċi nitkellem fuq l-edukazzjoni tiegħi u l-pjanijiet tal-futur bl-użu ta' sentenzi bi struttura iktar kumplessa, eż. 我想在大学学汉语, 因为对中国文化, 历史感兴趣.
13] Kapaċi nitkellem fuq il-vaganzi u d-destinazzjonijiet favoriti tiegħi, eż. 我七月放假。我爱跟我家人一起去西西里旅行.
14]  Kapaċi nitkellem fuq attivitajiet ta' mistrieħ u nuża kliem ta' tranżizzjoni, eż.每星期六我喜欢在家里看电视, 因为.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
15] Kapaċi nitkellem fuq ir-raħal/belt, il-pajjiż tiegħi
 u nibni ftit sentenzi sempliċi u qosra fuq l-Ewropa.
16] Kapaċi niddeskrivi t-temp, eż. 
 今天是阴天, 也下雨.
17] Kapaċi nislet informazzjoni fattwali minn sorsi miktuba sempliċi u nirrapporta din l-informazzjoni oralment bl-użu ta' frażijiet mgħallma
.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV

18] Kapaċi nosserva informazzjoni fattwali minn konverżazzjonijiet sempliċi u qosra, u nirrapporta din l-informazzjoni oralment bl-użu ta' vokabularju u frażijiet li nkun tgħallimt.
19] Kapaċi nippreżenta oralment testi qosra u sempliċi biċ-Ċiniż bl-użu ta' kliem li nkun tgħallimt u sentenzi mfassla b'attenzjoni għat-ton u għall-intonazzjoni.
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri żvilupp fil-ħiliet tas-smigħ billi minn smigħ b'fokus uniku ngħaddi għal smigħ olistiku u smigħ tas-sustanza, għal fehim usa'.  Kapaċi nuri progress fil-ħiliet tas-smigħ billi mid-deċifrar ta' tlissin sempliċi u qasir bi ftit kliem li jservi ta' distrazzjoni, ngħaddi biex nuri l-fehim ta' tlissin itwal u inqas prevedibbli li jinvolvi sturutturi ta' sentenzi kumplessi u lingwa b'iktar kliem li jservi ta' distrazzjoni. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-fehim ta' u r-rispons għal-lingwa mitkellma 

1] Kapaċi nagħmel differenza bejn sillabi u kliem simili billi nisma' l-intonazzjoni u l-aċċent b'attenzjoni partikulari.
2] Kapaċi nislet informazzjoni muftieħ minn stejjer sempliċi, kanzunetti, u taqbiliet qosra li jingħadu biċ-Ċiniż Mandarin bil-mod u b'mod ċar, u nista' nagħraf il-mudelli tar-ritmu u tal-ħoss.
3] Kapaċi nsegwi konverżazzjonijiet sempliċi biċ-Ċiniż u nidentifika numru limitat ta' kliem u frażijiet biċ-Ċiniż li ma jinqalbux għall-Ingliż u għall-Malti kif ġieb u laħaq, b'sinjali kuntestwali. 
4] Kapaċi nara partijiet minn films bis-sottotitoli u nirrapporta l-punti ewlenin
.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
5] Kapaċi nislet informazzjoni fattwali minn konverżazzjonijiet sempliċi u qosra u nirrapporta din l-informazzjoni oralment b'vokabularju mgħallem fil-klassi
.
6] Kapaċi naqsam ma' udjenza familjari; informazzjoni fuq nies, postijiet, u avvenimenti minn firxa limitata ta' materjal għas-smigħ biċ-Ċiniż sakemm in-nies jitkellmu bil-mod u ċar.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
7] 
Kapaċi naqra stejjer qosra u nerġa' ngħid l-istorja billi nuża frażijiet familjari.
IL-QARI U L-FEHIM




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri l-iżvilupp tiegħi fil-ħiliet tal-qari billi mill-qari ta' sentenzi sempliċi b'fokus uniku ngħaddi għall-fehim ta' testi b'sentenzi kumplessi bi kliem li jservi ta' distrazzjoni, u billi ngħaddi mill-interpretazzjoni ta' informazzjoni fattwali għall-fehim ta' materjal iktar kumpless u astratt. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari, il-fehim, u r-rispons għal-lingwa miktuba

1] Kapaċi nislet informazzjoni rilevanti minn testi u djalogi qosra, u miktuba fuq oġġetti familjari, nies, u interessi personali.
IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi nidentifika informazzjoni muftieħ minn testi miktuba, bħal skedi taż-żmien, kalendarji, ittri, ktejbiet, u riklami.
3] Kapaċi naqra menù sempliċi biċ-Ċiniż
.
4] 
Kapaċi nislet informazzjoni rilevanti minn passaġġi qosra miktuba u nirrapporta din l-informazzjoni biċ-Ċiniż fi kliemi, u f'sentenzi sempliċi miktuba.
IL-QARI U L-FEHIM
5] Kapaċi nidentifika karattri komuni biċ-Ċiniż u kliem bil-pinyin.
IL-QARI U L-FEHIM
6] Kapaċi naqra testi qosra u sempliċi bħall-komiks u kartuns, u nqabbel it-tabelli u t-taħdit mal-karattri, eż. 真的吗?真倒霉!哎呀!.
IL-QARI U L-FEHIM
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem u nuża l-lingwa biex nikkomunika l-informazzjoni u l-opinjonijiet fuq is-sitwazzjoni personali u l-ħajja ta' kuljum tiegħi kif ukoll biex insir naf fuq l-oħrajn. Naf nilqa' l-isfidi tal-komunikazzjoni b'lingwa oħra u kapaċi nuża tekniki u għodod biex ikunu ta' għajnuna għall-fehim. Kapaċi norganizza l-kitba tiegħi sabiex tkun koerenti u tesprimi l-ħsibijiet tiegħi b'mod ordinat u loġiku. Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi minn sentenzi sempliċi miktuba bi strutturi sempliċi tal-lingwa ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.

L-Aspett tas-Suġġett: Komunikazzjoni bil-kitba

1] Kapaċi nuża verbi, nomi u aġġettivi f'sentenzi li għandhom struttura sempliċi biex nirreġistra xi osservazzjonijiet.
IR-REQQA
2] Kapaċi nifforma sentenzi sempliċi miktuba f'kuntesti familjari.
3] Kapaċi nikteb fuq il-familja u l-ħbieb tiegħi, inkluż isimhom, l-età, u l-lingwi li jitkellmu, eż. 我很好的朋友是英国人。她爱中国文化.
IL-KITBA
4] 
Kapaċi nikteb in-numri biċ-Ċiniż mill-100 sal-1,000.
IL-KITBA
5] Kapaċi nikteb u nsaqsi għan-numri tat-telefown, eż. 你的电话号码是多少
6] 
Kapaċi nikteb fuq is-suġġetti li nistudja l-iskola u l-pjanijiet li għandi għall-futur, eż. 我很想要在大学学中国历史, 文化。我想成为翻译.
NITGĦALLEM KIF

7] Kapaċi nikteb sentenzi fuq il-ħajja fid-dar, l-attivitajiet, u r-rutina ta' kuljum, eż. 我每天七点起床, 刷牙,吃早饭, 上课.
8] Kapaċi nikteb fuq attivitajiet ta' mistrieħ, u nuża l-koġunzjonijiet biex insaħħaħ il-fehim, eż. 明天早上我有一个约会, 所以不可以打篮球.
IL-KITBA
9] Kapaċi nikteb fuq is-suġġetti u l-lezzjonijiet, ix-xogħol tad-dar, u l-attivitajiet fl-iskola, u x'jidhirli minnhom, eż. 科学很有意思.
10] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi fuq id-dar, il-kamra tiegħi, u kmamar oħra.
11] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi fuq l-ikel u x-xorb, u nniżżel lista tax-xiri, eż. 牛奶, 面包, 鸡肉.
12] Kapaċi napplika l-grammatika Ċiniża u struttura sempliċi tas-sentenzi biex norganizza u nesprimi l-intenzjonijiet u l-ideat tiegħi f'test miktub.
PRATTIKA

13] Kapaċi norganizza l-ideat bl-użu ta' espressjonijiet u frażijiet li jimmarkaw is-senkwenza, eż. 第一,第二… 
PRATTIKA
14] 
Kapaċi nislet informazzjoni fattwali minn sorsi sempliċi miktuba u nirrapporta din l-informazzjoni f'forma sempliċi miktuba bl-użu ta' karattri mgħallmin fil-klassi.

15] Kapaċi nikkorrispondi ma' sħabi tal-klassi biex nagħmlu arranġamenti għall-attivitajiet ta' sports u mistrieħ.
16] Kapaċi nsib kliem muftieħ f'testi informattivi qosra miktuba, nagħmel sinteżi tal-punti ewlenin u nirrapporta lil udjenza familjari f'messaġġ sempliċi miktub.
17] Kapaċi nikkomponi bċejjeċ immaġinattivi, niddeskrivi l-karattri u l-avvenimenti f'sekwenza, bi strutturi ta' sentenzi li nkun tgħallimt.
IL-KITBA
18] Kapaċi nikteb testi deskrittivi qosra fuq ir-raħal u l-ambjent fejn ngħix, eż. 在马耳他旅游方便。夏天的天气比热.
IL-KITBA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem l-importanza tat-taħdit b'lingwa barranija u li t-tagħlim ta' lingwa differenti jipprovdi intuwitu tal-modi ta' ħajja, u ta' ħsieb ta' nies oħra. B'hekk nista' napprezza d-differenzi u nirrikonoxxi x-xebh mal-mod ta' ħajja tiegħi stess.

L-Aspett tas-Suġġett: Apprezzament u fehim tal-lingwa Ċiniża

1] Kapaċi nidentifika karattri u kliem komuni Ċiniżi bil-pinyin, u nagħraf l-istruttura bażika tagħhom.
2] 
Kapaċi nispjega kif in-nies jużaw lingwi differenti sabiex jikkomunikaw u jinteraġixxu f'ambjent multikulturali.
IR-REQQA
3] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi tal-lingwa formali użata wkoll f'kuntesti familjari, bħal fl-iskola.
IL-KITBA
4] Kapaċi nagħraf u nuża ftit mill-karatteristiċi tal-ordni tal-kliem fiċ-Ċiniż u nispjega l-użu ta' karatteristiċi grammatikali speċifiċi fiċ-Ċiniż modern.
IR-REQQA
5] Kapaċi nidentifika l-użu ta' frażijiet Ingliżi f'interazzjonijiet biċ-Ċiniż, eż. 88 jew 拜拜, għal bye bye.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf li lingwi differenti għandhom strutturi u regoli differenti, u kapaċi nuża dan biex inkun nista' nibni espressjonijiet li għandhom tifsira, u b'hekk niżgura li qed niġi mifhum/a u li qed nifhem lill-oħrajn.

L-Aspett tas-Suġġett: It-Traduzzjoni

1] Kapaċi nittraduċi kliem u termini importanti ta' kuljum miċ-Ċiniż għall-Ingliż u/jew il-Malti, u bil-maqlub. 
IL-KITBA
2] Kapaċi nuża r-riżorsi biex insib l-ekwivalenti bl-Ingliż u/jew bil-Malti ta' kliem u termini ta' kuljum, u ta' espressjonijiet komuni biċ-Ċiniż u bil-maqlub.
3] Kapaċi nittraduċi testi sempliċi li jintużaw fil-ħajja ta' kuljum, nidentifika l-kliem u l-frażijiet li ma jinqalbux kif ġieb u laħaq għall-Ingliż u/jew għall-Malti, bl-użu ta' dizzjunarju bilingwi.

IL-KITBA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf li lingwi differenti għandhom strutturi u regoli differenti, u dan jista' jgħinni nibni espressjonijiet li fihom tifsira, u jiżguraw li qed niġi mifhum/a u li qed nifhem lill-oħrajn. Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi mill-kitba ta' sentenzi sempliċi bi strutturi tal-lingwa sempliċi ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Grammatika

1] Kapaċi nikteb sentenzi bl-użu ta' frażijiet prepożizzjonali, eż. 我爸爸在公司工作; 我跟保罗去书店.
IR-REQQA
2] Kapaċi nikteb sentenzi b'oġġetti doppji, eż. 我给你一本书.
3] Kapaċi nikteb sentenzi bil-verbi 
会, 能, 可以, 应该 biex nesprimi l-abbiltà, il-possibbiltà u r-rieda, eż. 我奶奶不会用电脑; 你可以介绍你学校吗? 你不应该去那儿.
4] 
Kapaċi nikteb sentenzi bi frażijiet serjali tal-verb, eż. 我去书店买书.
5] 
Kapaċi noħloq mistoqsijiet alternattivi bl-użu tal-konġunzjoni 还是eż. 你说汉语还是说法语?
IR-REQQA
6] Kapaċi nagħraf numru limitat ta' kliem tal-kejl, eż. 只, 台, 辆, 场.
7] Kapaċi nuża l-verbi 
要, 想, 愿意 biex nenfasizza l-intenzjoni jew it-tama u r-rieda biex nagħmel xi ħaġa, eż. 我要吃炒面; 我想去中国吃炒面; 你愿意参加聚会吗?
8] 
Kapaċi nifforma sentenzi bl-użu tal-partiċella   biex nindika li l-azzjoni hija kompluta, eż. 我买了六个苹果; 我们看了两部电影.
9] Kapaċi nuża l-pronom 
大家 biex nindika lil kulħadd f'żona jew grupp partikulari, eż. 大家好; 请大家进来; 我告诉大家一件事儿.
10] 
Kapaċi nuża l-intensifikaturi, bħal 很, 非常, 最
11] 
Kapaċi nuża kliem marbut mal-post, bħal 里边, 外边, 左边, 右边, 上边,下边, 前边, 后边, 南边, 北边 biex nesprimi d-direzzjoni u l-post, eż. 邮局在前边; 左边的床是我的; 学校外边有很多人.
12] Kapaċi nifforma sentenzi sempliċi bi predikat nominali,
 . 小雨今年十二岁了.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi minn sentenzi sempliċi, bi strutturi tal-lingwa sempliċi, ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-karattri - Hanzi

1] Kapaċi napplika l-għarfien ta' karattri li nkun rajt biex nitgħallem naqra u nikteb karattri ġodda, u niżviluppa strateġiji għat-tagħlim, eż. nagħmel il-konnessjonijiet bejn il-karattri bir-radikali komuni 你、他、们.
IT-TAGĦLIM PERSONALI
2] Kapaċi nispjega r-raġunijiet għall-proċess ta' simplifikazzjoni fiċ-Ċina kontinentali. Għandi għarfien bażiku tal-karattri, kemm fil-verżjoni tradizzjonali u kemm f'dik issimplifikata,
 eż. 马-馬; 国-國; 个-個
IR-REQQA




Agħti r-rispons tiegħek hawn