Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Iċ-Ċiniż > LEVEL 9





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem u nuża l-lingwa biex nikkomunika l-informazzjoni u l-opinjonijiet fuq is-sitwazzjoni personali u l-ħajja ta' kuljum tiegħi u biex insir naf fuq l-oħrajn. Naf nilqa' l-isfidi li toffri l-komunikazzjoni b'lingwa oħra u kapaċi nuża t-tekniki u l-għodda li jħaffu l-fehim. Kapaċi nuri l-progress fil-ħiliet tat-taħdit billi nieħu sehem f'interazzjonijiet soċjali u billi, mill-użu ta' lingwaġġ sempliċi f'kuntesti mħejjija u prevedibbli, nuri żvilupp billi ngħaddi għal komunikazzjoni iktar kumplessa u 'reali' f'diversi kuntesti. 

L-Aspett tas-Suġġett: Komunikazzjoni fit-taħdit

1] Kapaċi nintroduċi lili nnifsi, lil sħabi tal-klassi, lill-ħbieb u 'l-adulti familjari, eż. 这位是林小雨; 这是我班的同学; 这是王老师.
2] Kapaċi nilqa' lin-nies u nuża frażijiet u espressjonijiet korretti meta niltaqa' ma' xi ħadd għall-ewwel darba, eż. 我很高兴认识你.
3] Kapaċi naqsam l-informazzjoni, l-ideat u l-opinjonijiet, u nuża kliem interrogattiv bħal  为什么, 怎么, 怎么样  sabiex nislet iktar informazzjoni.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nitkellem fuq ċelebrazzjonijiet reliġjużi, tradizzjonali, u kulturali f'Malta u fiċ-Ċina, eż
. 圣诞节, 春节
5] Kapaċi nitkellem fuq is-saħħa u l-kundizzjoni fiżika, eż. 我每天吃苹果, 因为蔬菜很重要.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

6] Kapaċi nesprimi l-iskumdità, eż. 我肚子疼.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
7] Kapaċi niddeskrivi l-post fejn ngħix, eż. 
 我在瓦来塔住。这是马耳他的首都.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
8] Kapaċi niddeskrivi d-dehra u l-personalità tan-nies, eż. 
 保罗很热情.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
9] Kapaċi nitkellem fuq ix-xogħol u l-professjonijiet tal-membri tal-familja, eż. 
 我妈妈是大夫, 我爸爸是老师.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

10] Kapaċi norganizza l-ideat bl-użu ta' kliem fuq il-ħin, bħal 的时候, 以前 u kliem li jissensel, eż. 先…然后. 
IR-REQQA

11] Kapaċi nuża l-verbi biex nesprimi l-abbiltà, eż. 可以, 要, 会, 应该 u l-intenzjoni, eż. 希望, 想,打算.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

12] Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet fuq il-ħajja fl-iskola u fil-familja, persuni familjari, esperjenzi u avvenimenti personali, eż. 小雨很热情 u nesprimi l-preferenzi, eż. 我想看‘活着因为听说这本书很有意思.
13] Kapaċi niġġustifika l-opinjonijiet tiegħi billi nagħti r-raġunijiet u eżempji speċifiċi  比如
NITGĦALLEM KIF

14] Kapaċi nissuġġerixxi attivitajiet lil sħabi tal-klassi, bħal 中文角 sabiex inħeġġeġ it-tagħlim taċ-Ċiniż fil-klassi jew fl-iskola u waqt li jkun hemm qbil fuq il-ħin u l-post ta' din l-attività, .  我们可以每星期三练习说汉语。我们在教室, 或者在电脑室见面, 行吗
15] Kapaċi nsib kliem muftieħ f'testi qosra informattivi miktubin, nagħmel sinteżi tal-punti ewlenin, u nirrapporta oralment lil udjenza familjari bl-użu ta' vokabularju li nkun tgħalIimt fil-klassi u li jidher fit-testi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV

16] Kapaċi nfittex l-informazzjoni fuq persuni, postijiet u avvenimenti magħrufin minn sorsi orali u miktuba, u nirrapporta din l-informazzjoni bl-użu ta' frażijiet u vokabularju mgħallem fil-klassi.
17] Kapaċi nħejji preżentazzjonijiet qosra fuq persuni, postijiet, jew avvenimenti magħrufin, eż马耳他的天气, 马耳他旅游景点 u nippreżentahom bl-għajnuna viżwali.
  
 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri żvilupp fil-ħiliet tas-smigħ billi minn smigħ b'fokus uniku ngħaddi għal smigħ olistiku u smigħ tas-sustanza, għal fehim usa'.  Kapaċi nuri progress fil-ħiliet tas-smigħ billi mid-deċifrar ta' tlissin sempliċi u qasir bi ftit kliem li jservi ta' distrazzjoni, ngħaddi biex nuri l-fehim ta' tlissin itwal u inqas prevedibbli li jinvolvi sturutturi ta' sentenzi kumplessi u lingwa b'iktar kliem li jservi ta' distrazzjoni. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-fehim ta' u r-rispons għal-lingwa mitkellma 

1] Kapaċi niddiskrimina d-differenzi fil-ħsejjes u fit-toni, u fil-mudelli tat-taħdit meta n-nies jitkellmu bil-mod u ċar.
2] Kapaċi nislet il-punti muftieħ minn interazzjonijiet bejn vuċijiet li mhumiex familjari b'veloċitajiet jew livelli ta' ċarezza differenti sabiex niżviluppa l-ħiliet tal-fehim.
3] Kapaċi niddiskrimina bejn ħsejjes mismugħa f'diskorsi orali, eż. ‘qin’ kontra ‘qing’ u ‘chi’ kontra ‘qi’.

4] Kapaċi neżamina t-tifsiriet differenti tal-kliem li jaqsmu ħsejjes simili, eż. il-bosta tifsiriet tal-ħoss ‘shi’ u kif nagħmel differenza bejn  同音词 u 近音词 f'kuntesti differenti, eż. 眼睛 kontra 眼镜; 词典 kontra 字典.
5] 
Kapaċi nislet informazzjoni fuq in-nies, il-postijiet u l-istili ta' ħajja minn firxa ta' informazzjoni mitkellma sakemm il-kelliem/a jitkellem/titkellem bil-mod u ċar. 
6] Kapaċi nitkellem quddiem udjenza familjari
; informazzjoni fattwali fuq in-nies, il-postijiet, u l-avvenimenti minn firxa ta' materjal biċ-Ċiniż.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri l-iżvilupp tiegħi fil-ħiliet tal-qari billi mill-qari ta' sentenzi sempliċi b'fokus uniku ngħaddi għall-fehim ta' testi b'sentenzi kumplessi bi kliem li jservi ta' distrazzjoni, u billi ngħaddi mill-interpretazzjoni ta' informazzjoni fattwali għall-fehim ta' materjal iktar kumpless u astratt. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari, il-fehim, u r-rispons għal-lingwa miktuba

1] Kapaċi nirrelata l-għarfien tal-karattri li jkolli minn qabel u nifhem il-ħoss u t-tifsira ta' karattri li ma jidhrux, fil-verżjoni ssimplifikata.
2] Kapaċi naqra d-djalogi b'Ċiniż issimplifikat fuq avvenimenti kemm fil-passat u kemm fil-futur, u nislet informazzjoni muftieħ.
3] Kapaċi nsegwi direzzjonijiet miktuba lejn diversi postijiet fil-belt.
4] Kapaċi naqra rapport tat-temp biċ-Ċiniż u nislet informazzjoni muftieħ fuq il-jiem, il-ħinijiet, it-temperatura, u l-kundizzjonijiet tat-temp.
5] Kapaċi naqra testi qosra u nanalizza l-istrutturi tas-sentenzi u l-komponenti tal-grammatika li jkun uża l-awtur.
IL-QARI U L-FEHIM
6] Kapaċi naqra stejjer sempliċi fuq karattri u avvenimenti f'diversi forom sempliċi miktuba, u nikteb is-sinteżi tiegħi.
IL-QARI U L-FEHIM
7] Kapaċi nispjega kif l-organizzazzjoni u l-istruttura ta' test sempliċi Ċiniż ivarja skont l-udjenza u l-iskop.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem u nuża l-lingwa biex nikkomunika l-informazzjoni u l-opinjonijiet fuq is-sitwazzjoni personali u l-ħajja ta' kuljum tiegħi kif ukoll biex insir naf fuq l-oħrajn. Naf nilqa' l-isfidi tal-komunikazzjoni b'lingwa oħra u kapaċi nuża tekniki u għodod biex ikunu ta' għajnuna għall-fehim. Kapaċi norganizza l-kitba tiegħi sabiex tkun koerenti u tesprimi l-ħsibijiet tiegħi b'mod ordinat u loġiku. Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi minn sentenzi sempliċi miktuba bi strutturi sempliċi tal-lingwa ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.

L-Aspett tas-Suġġett: Komunikazzjoni bil-kitba

1] Kapaċi naqra biċċa qasira u sempliċi li tiddeskrivi l-ħin u l-post ta' azzjoni, u sekwenza ta' avvenimenti.
IL-KITBA
2] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi fuq avvenimenti fil-preżent, fil-passat, u fil-futur.
3] Kapaċi nesprimi l-opinjoni tiegħi fuq avvenimenti li seħħew.
4] Kapaċi naqsam l-informazzjoni, l-ideat, u l-opinjonijiet, u nuża mistoqsijiet interrogattivi bħal 
为什么, 怎么, 怎么样 biex niġbor iktar informazzjoni.
IL-KITBA
5] Kapaċi nikteb ittra qasira jew ittra elettronika lil ħabib/a tal-pinna Ċiniż/a u nintroduċi ruħi, eż. 我叫马力,是马耳他人, 很喜欢交朋友.
IL-KITBA
6] Kapaċi nikteb fuq l-edukazzjoni u l-pjanijiet futuri tiegħi bl-użu ta' xi koġunzjonijiet, eż. 我想在大学学汉语, 因为对中国文化, 历史感兴趣.
7] 
Kapaċi nikteb fuq il-vaganzi u d-destinazzjonijiet favoriti, eż. 我七月放假。我爱跟我家人一起去西西里旅行.
IL-KITBA
8] Kapaċi norganizza l-ideat bl-użu ta' kliem tal-ħin bħal 的时候, 以前 u kliem li jissensel bħal 先…然后
IL-KITBA
9] Kapaċi nuża xi wħud mill-verbi biex nesprimi l-abbiltà, eż. 可以, 要,会, 应该 u l-intenzjoni, eż. 希望, 想, 打算.
IR-REQQA
10] Kapaċi ninvolvi ruħi f'korrispondenza sempliċi mal-għalliem/a u ma' sħabi tal-klassi biex nagħti l-ideat u nieħu sehem fl-attivitajiet.
NITGĦALLEM KIF
11] Kapaċi nikteb sentenzi sempliċi fuq il-post fejn ngħix, eż. 我在瓦来塔住。这是马耳他的首都.
12] 
Kapaċi nikteb fuq ix-xogħol u l-professjonijiet tal-membri tal-familja tiegħi, eż. 我妈妈是护士, 我爸爸是工程师.
IL-KITBA
13] Kapaċi nikkorrispondi mal-oħrajn permezz tal-ittri elettroniċi messaġġi qosra, naqsam informazzjoni personali, nagħmel il-pjanijiet u nitlob għall-informazzjoni, eż你今年多大了?你喜欢学习外语吗
KOMPETENZI FIL-KOMUNIKAZZJONI
14] 
Kapaċi nikteb bċejjeċ qosra biċ-Ċiniż fuq l-ikel li jogħġobni u li ma jogħġobnix, u nagħti r-raġunijiet għaliex.
15] 
Kapaċi nikteb fuq is-saħħa u l-kundizzjoni fiżika, eż. 为了健康,我每天去跑步.
IL-KITBA
16] Kapaċi nesprimi l-iskumdità, eż. 我感冒了,头疼.
IL-KITBA
17] Kapaċi nikteb lill-għalliem/a  tiegħi u lil sħabi tal-klassi biex nippjanaw xi attivitajiet.
18] Kapaċi nislet l-informazzjoni minn sorsi sempliċi miktuba, u nirrapporta din l-informazzjoni f'forma sempliċi miktuba.
IL-KITBA
19] Kapaċi nislet l-informazzjoni fuq persuni magħrufin, postijiet, u avvenimenti minn sorsi orali u miktubin, u nirrapporta din l-informazzjoni fi bċejjeċ sempliċi miktuba bl-użu ta' frażijiet u vokabularju li jkunu ġew mgħallma fil-klassi.
IL-KITBA
20] Kapaċi nipprepara preżentazzjonijiet qosra miktuba bl-użu ta' varjetà ta' sorsi fuq persuni magħrufa, postijiet, u avvenimenti, eż. 马耳他的天气, 马耳他旅游景点.
21] Kapaċi nqabbel u nesprimi l-opinjoni tieg
ħi fuq l-esperjenzi ta' żgħażagħ Ċiniżi u Maltin relatati mal-familja, mal-mistrieħ, u mal-iskola bi strutturi mfassla u mgħallma, u listi tal-vokabularju, eż. 我觉得 7:30上学太早。 我不坐地铁上学, 我坐公共汽车上学.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem l-importanza tat-taħdit b'lingwa barranija u li t-tagħlim ta' lingwa differenti jipprovdi intuwitu tal-modi ta' ħajja, u ta' ħsieb ta' nies oħra. B'hekk nista' napprezza d-differenzi u nirrikonoxxi x-xebh mal-mod ta' ħajja tiegħi stess.

L-Aspett tas-Suġġett: Apprezzament u fehim tal-lingwa Ċiniża

1] Napprezza r-rwol tal-miti, tal-leġġendi u ta' 成语 fiċ-Ċiniż modern.
2] Nagħraf id-differenzi bejn il-forom miktuba u orali taċ-Ċiniż.
3] Kapaċi nispjega kif l-organizzazzjoni, u l-istruttura ta' test sempliċi Ċiniż tvarja skont l-udjenza u l-iskop, u kapaċi napplika dan l-għarfien.
 
4] Kapaċi nispjega kif il-lingwa Ċiniża tadatta għat-tibdil soċjali u teknoloġiku.

IL-KITBA
5] Kapaċi nqis ir-rwol tal-vuċi, tal-frekwenza tal-ħoss u tal-intonazzjoni biex inħeġġeġ l-involviment tal-oħrajn fl-interazzjonijiet, eż.  你可以 kontra 你一定要; 我可能 kontra 我会.
6] Kapaċi nesplora l-firxa u d-differenzi ta' diversi djaletti fil-komunitajiet li jitkellmu biċ-Ċiniż.

7] Naf li l-minoritajiet etniċi fiċ-Ċina għandhom il-lingwi tagħhom.
8] 
Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta, u nesprimi l-opinjonijiet fuq l-esperjenzi ta' żgħażagħ Ċiniżi u Maltin f'relazzjoni mal-familja, mal-mistrieħ, u l-iskola bl-użu ta' sentenzi mfassla u listi ta' vokabularju mgħallma, eż.  我觉得 7:30上学太早。 我不坐地铁上学, 我坐公共汽车上学.
IL-KITBA
9] Kapaċi niddiskuti kif il-lingwi jinfluwenzaw lil xulxin u kif il-kunċetti barranin, speċjalment dawk li ġejjin mill-Ingliż, huma rappreżentati fiċ-Ċiniż modern, eż. 可口可乐 għal Cola-Cola, 热狗 għal hot dog u forom ibridi bħal 因特网 għal internet.
IL-KITBA
10] Kapaċi nispjega aspetti tal-lingwa u l-kultura Ċiniża li huma 'ġodda' u nosserva kif ir-relazzjonijiet jinfluwenzaw il-lingwi użati.
IL-KITBA
11] Kapaċi nirriċerka d-djaletti varji mitkellma fil-komunitajiet lokali Ċiniżi u nifhem għaliex is-sottotitoli bil-karattri jiġu tipikament miżjuda fil-films u programmi tat-televiżjoni Ċiniżi.
IL-QARI U L-FEHIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf li lingwi differenti għandhom strutturi u regoli differenti, u kapaċi nuża dan biex inkun nista' nibni espressjonijiet li għandhom tifsira, u b'hekk niżgura li qed niġi mifhum/a u li qed nifhem lill-oħrajn.

L-Aspett tas-Suġġett: It-Traduzzjoni

1] Kapaċi noħloq it-testi bilingwi tiegħi għas-sinjali, messaġġi, u posters.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
2] Kapaċi nagħmel differenza fl-użu ta' kliem differenti ta' kejl biċ-Ċiniżi
 bħal 位 u  meta nqabbel is-sentenzi biċ-Ċiniż, eż. 一个人 u 一位游客
IL-QARI U L-FEHIM
3] Kapaċi ninterpreta testi sempliċi u qosra miċ-Ċiniż għall-Ingliż u/jew għall-Malti, u bil-maqlub. Kapaċi nuża sinjali u ġesti kuntestwali biex nesprimi l-kliem u l-frażijiet biċ-Ċiniż li ma jinqalbux għall-Ingliż jew għall-Malti kif ġieb u laħaq
.
4] Kapaċi nittraduċi frażijiet kollokjali komuni u frażijiet kulturalment speċifiċi minn kuntesti Ċiniżi għal dawk Maltin u bil-maqlub.

Kapaċi nidentifika t-trażżin kuntestwali u niddiskuti alternattivi bħal 'Kilt?'  吃了吗? biex tilqa' lil xi ħadd minflok 'Hello' '你好! ' ; u nesplora dak illi normalment jintilef fit-traduzzjoni, eż. nittraduċu 春节 bħala 'Festival tar-Rebbiegħa' jew 'L-Ewwel tas-Sena Ċiniża', għaliex? 
5] Kapaċi naqra sinjali biligwi biċ-Ċiniż li jinsabu f'postijiet u zoni komuni bħal ristoranti, ħwienet, skejjel, u sptarijiet, u nista' niddetermina t-traduzzjoni Ingliża u/jew Maltija u raġunijiet possibbli għal tali interpretazzjonijiet



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf li lingwi differenti għandhom strutturi u regoli differenti, u dan jista' jgħinni nibni espressjonijiet li fihom tifsira, u jiżguraw li qed niġi mifhum/a u li qed nifhem lill-oħrajn. Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi mill-kitba ta' sentenzi sempliċi bi strutturi tal-lingwa sempliċi ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Grammatika

1] Kapaċi naqsam l-informazzjoni, l-ideat, u l-opinjonijiet, u nuża mistoqsijiet interrogattivi bħal 为什么, 怎么, 怎么样 biex niġbor iktar informazzjoni.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
2] Kapaċi nesprimi t-tempi differenti biċ-Ċiniż, 
eż. il-partiċella biex nindika l-kompletezza; biex nindika l-ksib ta' riżultat mixtieq; biex nindika l-intenzjoni; l-użu tan-negazzjoni tal-verb 没有 biex nindika l-passat negattiv; u 正在 biex nindika azzjoni li għadha qed isseħħ.
IR-REQQA
3] Kapaċi nifforma sentenzi bl-użu tal-prepożizzjoni
  biex inqabbel il-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' żewġ affarijiet, eż. 这件衬衫比那件衬衫漂亮; 小云比他忙.
4] 
Kapaċi nuża espressjonijiet differenti taż-żmien u avvenimenti f'sekwenza fiż-żmien, eż.  先…然后…; 一…就…; 了…就…; 以前…以后.
IR-REQQA
5] Kapaċi nuża l-verbi biex nesprimi l-modalità, eż. 可以, 要, 会, 应该 u l-intenzjoni, eż. 希望, 想, 打算.
IR-REQQA
6] Kapaċi nissekwenza u ngħaqqad l-ideat permezz tal-konġunzjonijiet, 
eż.  不但…而且…;虽然…但是…
IL-LINGWA ESPRESSIVA
7] Kapaċi nagħmel paraguni bl-użu ta' 
比, eż. 中国比 马耳他大.
8] Kapaċi nifforma sentenzi bl-użu tal-binja 
虽然…但是/可是, li tfisser 'għalkemm' fl-Ingliż, u tgħaqqad żewġ dikjarazzjonijiet kontradittorji, eż.  他虽然学汉语的时间不长, 但是说得很好.
9] 
Kapaċi nagħraf numru ikbar ta' kliem tal-kejl, eż. 间, 把, 套Kapaċi nuża l-kelma interrogattiva 怎么 biex nistaqsi fuq il-kawża ta' xi ħaġa, eż. 你怎么还不起床?
10] Kapaċi nuża konġunzjonijiet f'par, 因为…所以… biex ngħaqqad żewġ propożizzjonijiet f'sentenza b'kawża-effett kumplessa, eż. 因为小雨感冒了, 所以她没有来了课.
11] Kapaċi nuża l-binja 的时候 wara verb, frażi verbali jew frażi b'suġġett-predikat biex nindika l-perjodu ta' żmien meta jseħħu azzjoni jew avveniment, eż. 上课的时候, 老师让我们多说汉语; 去图书馆的时候, 别忘了带你的借书证.
12] Kapaċi nuża l-partiċella strutturali
  bejn il-verb u l-komplement ta' stat biex niddeskrivi jew nikkummenta fuq l-istat miksub ta' azzjoni, eż. 我来得很早; 你说中文说得非常好.
13] Kapaċi nikteb in-numri mill-100 sal-10,000 f'karattri, eż.  九百九十九.
IR-REQQA
14] Kapaċi nuża l-partiċella 
 biex nirrappreżenta kwantitajiet dubjużi, eż. 这些书,那些老师, 哪些电影,一些人.
15] Kapaċi nuża komplement li jkejjel il-ħin f'sentenza biex nindika t-tul ta' azzjoni jew stat, u nuża l-frażi interrogattiva
 多长时间 biex nistaqsi mistoqsija, eż. 我在英国住了三年; 你外语考了多长时间?
16] Kapaċi nuża l-prepożizzjonijiet 
 u  biex nindika l-bidu u t-tmiem ta' azzjoni, eż. 我从中国来马耳他; 从这儿到那儿很远.
17] 
Kapaċi nuża l-prepożizzjoni  biex nuri d-distanza minn punt għal ieħor, eż. 离这儿很远.
18] 
Kapaċi nesplora l-użu ta' avverbji bħal  正,在 jew 正在 biex niddeskrivi l-azzjonijiet li għadhom mhumiex kompluti u li għadhom għaddejjin, eż. 他还在睡觉; u l-forma negattiva tagħhom bi 没在eż. 我没在做练习.
19] Kapaċi nuża l-partiċella tal-aspett 
过 immedjatament wara verb f'sentenza biex nuri li azzjoni seħħet fil-passat u biex nenfasizza esperjenza fil-passat, eż. 他们来过中国, 他们知道这个地方; 我朋友足球踢得很好, 他参加过很多比赛.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi minn sentenzi sempliċi, bi strutturi tal-lingwa sempliċi, ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-karattri - Hanzi

1] Kapaċi nirrelata għarfien minn qabel ta' forom u funzjonijiet ta' karattri li nkun tgħallimt biex nifhem l-informazzjoni fuq il-ħoss u t-tifsir ta' karattri li ma jidhrux fil-verżjoni ssimplifikata
PERSONALI

2] Kapaċi napplika l-fehim ta' radikali familjari u komponenti fonetiċi biex nasal għall-ħoss u t-tifsira ta' karattri oħra meta naqra ngħajjat.
PERSONALI
3] Kapaċi niddeskrivi karattri lill-għalliem/a u lil studenti oħrajn billi nsemmi l-komponenti tagħhom f'sekwenza, 
eż. ‘raġel bilwieqfa’ 亻 fuq ix-xellug, ‘siġra’ 木  fuq il-lemin =.
IR-REQQA




Agħti r-rispons tiegħek hawn