Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi
Iċ-Ċiniż > LEVEL 10
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem u nuża l-lingwa biex nikkomunika l-informazzjoni u l-opinjonijiet fuq is-sitwazzjoni personali u l-ħajja ta' kuljum tiegħi u biex insir naf fuq l-oħrajn. Naf nilqa' l-isfidi li toffri l-komunikazzjoni b'lingwa oħra u kapaċi nuża t-tekniki u l-għodda li jħaffu l-fehim. Kapaċi nuri l-progress fil-ħiliet tat-taħdit billi nieħu sehem f'interazzjonijiet soċjali u billi, mill-użu ta' lingwaġġ sempliċi f'kuntesti mħejjija u prevedibbli, nuri żvilupp billi ngħaddi għal komunikazzjoni iktar kumplessa u 'reali' f'diversi kuntesti.
L-Aspett tas-Suġġett: Komunikazzjoni fit-taħdit
1] Kapaċi nuża ċ-Ċiniż mitkellem biex nagħti bidu u nsostni l-interazzjonijiet f'kuntesti familjari u mhumiex.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet u nitkellem fuq l-attivitajiet li jistgħu jkunu ta' ġid jew ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem, eż. 吸烟伤害身体.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
3] Kapaċi nitkellem fuq il-ħin liberu u l-vaganzi f'Malta, eż. 暑假的时我们有很多空闲时间:我们可以去游泳, 跳舞, 打球.
4] Kapaċi naqsam l-għarfien u nitkellem fuq il-post li ngħix fih, eż. 马耳他是一个位于地中海的岛国。没有山, 但是海很美丽.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
5] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta l-ħajja fil-belt u dik fil-kampanja.
6] Kapaċi nintervista lill-għalliema jew adulti familjari oħrajn fuq l-esperjenzi passati tagħhom, eż. 他小时候每天都骑自行车 u nirrapporta lura din l-informazzjoni lill-klassi.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
7] Kapaċi nagħmel sinteżi tal-informazzjoni rilevanti minn firxa ta' sorsi sempliċi orali u miktuba, u nippreżenta mill-ġdid il-punti ewlenin lil udjenza familjari.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
8] Kapaċi nagħti preżentazzjoni quddiem udjenza fuq suġġett familjari.
NITGĦALLEM KIF
9] Kapaċi ninvolvi ruħi f'diskussjoni fil-klassi u nwieġeb mistoqsijiet bħal 你喜欢踢足球还是打篮球? u nesprimi qbil u nuqqas ta' qbil mal-opinjonijiet ta' ħaddieħor u nagħti r-raġunijiet, eż. 对, 我也很喜欢听音乐 jew 不, 我不喜欢听音乐.
NITGĦALLEM KIF
10] Kapaċi noħloq il-prestazzjonijiet tiegħi biex naqsam l-ideat u nesprimi l-emozzjonijiet fuq esperjenzi personali li għandhom x'jaqsmu ma' temi bħar-relazzjonijiet, li nħossni aċċettat, u parti minn grupp.
NITGĦALLEM KIF
11] Kapaċi naqsam l-ideat, inżomm il-ħbiberiji u nkun involut/a b'mod attiv f'diskussjonijiet u dibattiti fi grupp fuq suġġetti ta' interess soċjali, tradizzjonali, u kulturali.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri żvilupp fil-ħiliet tas-smigħ billi minn smigħ b'fokus uniku ngħaddi għal smigħ olistiku u smigħ tas-sustanza, għal fehim usa'. Kapaċi nuri progress fil-ħiliet tas-smigħ billi mid-deċifrar ta' tlissin sempliċi u qasir bi ftit kliem li jservi ta' distrazzjoni, ngħaddi biex nuri l-fehim ta' tlissin itwal u inqas prevedibbli li jinvolvi sturutturi ta' sentenzi kumplessi u lingwa b'iktar kliem li jservi ta' distrazzjoni.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-fehim ta' u r-rispons għal-lingwa mitkellma
1] Kapaċi nosserva u nispjega d-differenzi fl-intonazzjoni, fir-ritmu u fil-ħsejjes meta n-nies ta' età, sess, u pożizzjoni soċjali differenti jitkellmu biċ-Ċiniż Mandarin bil-mod u ċar.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nagħraf id-differenzi fil-mudelli tal-ħoss u t-ton meta nisma' kelliema ta' età, sess u ambjenti reġjonali differenti.
3] Kapaċi nisma' preżentazzjonijiet orali biċ-Ċiniż Mandarin bħal intervisti u aħbarijiet, u nara spettakli bħall-Gala tal-Aħħar tas-Sena u nifhem iċ-ċajt u d-dokumentarji fuq l-attrazzjonijiet turistiċi, l-istorja u l-kultura, u nifhem is-sustanza ta' dak li qed jingħad billi niffoka fuq il-kliem familjari, eż. l-ismijiet tan-nies, il-ħin, u d-data.
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nirreaġixxi għall-morali u l-valuri li jingħataw f'serje tat-televiżjoni u programmi magħrufin ħafna, u nqis kif il-karattri prinċipali jirrappreżentaw l-esperjenza tagħhom u jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom permezz tal-interazzjoni u l-imġiba tagħhom.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi nqabbel l-eżempji tal-varjazzjonijiet tal-pronunzja 'Putonghua', eż. l-użu ta' 儿 ġewwa Beijing u l-pronunzja fin-Nofsinhar ta' ‘shi’ u ‘si’, u nagħraf u niddeskrivi d-differenzi fl-aċċent u fit-ton meta nisma' kelliema Ċiniżi minn reġjuni differenti.
6] Kapaċi nisma' l-midja kontemporanja għaż-żgħażagħ bħall-vidjows mużikali u s-serje tat-televiżjoni. Kapaċi nagħti rapport sempliċi fuq il-punti ewlenin u nesprimi dak li jogħġobni u dak li ma jogħġobnix.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri l-iżvilupp tiegħi fil-ħiliet tal-qari billi mill-qari ta' sentenzi sempliċi b'fokus uniku ngħaddi għall-fehim ta' testi b'sentenzi kumplessi bi kliem li jservi ta' distrazzjoni, u billi ngħaddi mill-interpretazzjoni ta' informazzjoni fattwali għall-fehim ta' materjal iktar kumpless u astratt.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari, il-fehim, u r-rispons għal-lingwa miktuba
1] Kapaċi nagħraf il-karattri bażiċi fil-verżjoni tradizzjonali u nqabbilhom mal-forma ssimplifikata rispettiva.
IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi naqra ftit il-lingwa Ċiniża klassika bħal 成语 bl-għajnuna tal-vokabularju, u nerġa' niktibha b'Ċiniż issimplifikat.
IL-QARI U L-FEHIM
3] Kapaċi naqra testi magħmula minn 名人名言 bl-użu ta' noti fuq il-vokabularju, u nerġa' ngħid l-istorja bl-Ingliż/Malti.
IL-QARI U L-FEHIM
4] Kapaċi nislet l-informazzjoni minn artikli tal-gazzetti sempliċi b'Ċiniż issimplifikat, bl-għajnuna ta' listi tal-vokabularju, u dizzjunarji u materjal ta' għajnuna onlajn.
IL-QARI U L-FEHIM
5] Kapaċi nispjega kif l-awturi jaġġustaw karatteristiċi ta' tipi differenti ta' testi biċ-Ċiniż skont l-udjenza u l-iskop.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem u nuża l-lingwa biex nikkomunika l-informazzjoni u l-opinjonijiet fuq is-sitwazzjoni personali u l-ħajja ta' kuljum tiegħi kif ukoll biex insir naf fuq l-oħrajn. Naf nilqa' l-isfidi tal-komunikazzjoni b'lingwa oħra u kapaċi nuża tekniki u għodod biex ikunu ta' għajnuna għall-fehim. Kapaċi norganizza l-kitba tiegħi sabiex tkun koerenti u tesprimi l-ħsibijiet tiegħi b'mod ordinat u loġiku. Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi minn sentenzi sempliċi miktuba bi strutturi sempliċi tal-lingwa ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.
L-Aspett tas-Suġġett: Komunikazzjoni bil-kitba
1] Kapaċi nuża ċ-Ċiniż miktub biex nagħti bidu u nsostni l-interazzjonijiet f'kuntesti familjari u mhumiex.
IL-KITBA
2] Kapaċi nesprimi l-opinjonijiet u naqsam l-informazzjoni fuq il-ħajja f'postijiet u pajjiżi differenti billi nuża lingwaġġ li jsaħħaħ il-fehim u li jinvolvi lill-qarrejja, eż. 明天我们有中国历史的考试, 所以我应该在家里呆.
IL-KITBA
3] Kapaċi niddiskuti u naqsam l-informazzjoni fuq il-ħajja fl-iskola jew fil-familja, billi nuża kliem mgħallem bħal 学校, 老师, 好朋友 u 一家人, nappoġġja pożizzjoni jew opinjoni u nagħti iktar dettalji, eż. 我很好的朋友不但喜欢打球, 而且也很喜欢看书, 我除了踢足球以外, 还学外语。我觉得很多不同的活动非常重要.
NITGĦALLEM KIF
4] Kapaċi niddeskrivi lin-nies skont id-dehra, il-personalità, u l-imġiba tagħhom, eż. 保罗很热情.
IL-KITBA
5] Kapaċi nikteb slogans jew messaġġi fuq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' ġid jew ta' ħsara għas-saħħa, eż. 吸烟伤害身体! 慢跑是一种很好的锻炼!
IL-KITBA
6] Kapaċi nikteb testi qosra fuq il-ħin liberu u l-vaganzi f'Malta, eż. 在马耳他, 狂欢节的彩车总是装饰得很优雅.
7] Kapaċi nagħti rendikont kreattiv fuq esperjenza immaġinarja ma' viżitaturi Ċiniżi lill-komunità lokali, eż. nilqa' student Ċiniż jew nieħu grupp turisti jżuru attrazzjoni turistika f'Malta.
IL-KITBA
8] Kapaċi nikteb stejjer li jiġbdu l-attenzjoni tal-qarrejja, eż. nibda storja bi 你知道吗, inqiegħed l-avvenimenti f'sekwenza, u nuża lingwaġġ deskrittiv biex nistabbilixxi x-xena.
IL-KITBA
9] Kapaċi nikteb fuq ċelebrazzjonijiet reliġjużi, tradizzjonali, u kulturali f'Malta u fiċ-Ċina, eż. 在马耳他我们通常和家人度圣诞节.
IL-KITBA
10] Kapaċi nikteb fuq is-saħħa u l-kundizzjoni fiżika fiċ-Ċina u fil-mediċina Ċiniża tradizzjonali, eż. 为了健康,我每天去跑步.
IL-KITBA
11] Kapaċi nagħmel sinteżi u nirrapporta d-dettalji ta' avvenimenti kulturali li seħħew fil-passat miġbura minn sorsi varji miktuba u/jew orali, bħal bċejjeċ minn vidjow, reklami, ġurnali, u l-internet.
IL-KITBA
12] Kapaċi nikkomponi testi immaġinattivi biex niddeskrivi esperjenzi li jinvolvu nies u postijiet immaġinarji.
KONJITTIVA

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem l-importanza tat-taħdit b'lingwa barranija u li t-tagħlim ta' lingwa differenti jipprovdi intuwitu tal-modi ta' ħajja, u ta' ħsieb ta' nies oħra. B'hekk nista' napprezza d-differenzi u nirrikonoxxi x-xebh mal-mod ta' ħajja tiegħi stess.
L-Aspett tas-Suġġett: Apprezzament u fehim tal-lingwa Ċiniża
1] Kapaċi nirrifletti fuq il-valuri u n-normi kulturali tiegħi, u nidentifika kif dawn jistgħu jirrelataw għal dawk ta' kelliema żgħażagħ nattivi Ċiniżi, eż. liema valuri jikkaratterizzaw is-soċjetajiet Ċiniżi u Maltin?
2] Kapaċi nesplora l-kuntesti u l-implikazzjonijiet tat-termini użati biex nidentifika lill-oħrajn, eż. 老外, 华侨, 华裔, 大陆人, 华人, 中国人, 少数民族.
3] Kapaċi nispjega kif l-awturi jaġġustaw il-karatteristiċi ta' tipi differenti ta' testi biċ-Ċiniż skont l-udjenza u l-iskop, u kapaċi napplika dan l-għarfien.
4] Kapaċi nispjega kif il-lingwa Ċiniża tadatta għat-tibdil soċjali u teknoloġiku.
IL-KITBA
5] Kapaċi nidentifika u niddiskuti l-kuntesti fejn '繁体字 u 简体字' huma użati f'komunitajiet fejn jiġi mitkellem iċ-Ċiniż illum, u nesplora l-użu ta' dawn l-iskritti bħala espressjoni tal-identità lokali kemm fiċ-Ċina kontinentali, u kemm f'Hong Kong u t-Tajwan, jew f'tempji lokali, fir-reklami, u fil-gazzetti lokali.
IL-BIDLA SOĊJALI
6] Kapaċi nispjega n-natura ta', u nagħti raġunijiet għall-proċess ta' simplifikazzjoni fiċ-Ċina kontinentali. Kapaċi nidentifika xi karattri, kemm fil-verżjoni tradizzjonali, u kemm f'dik issimplifikata, eż. 马-馬; 国-國; 个-個.
7] Kapaċi neżamina kif l-adattament tal-kliem jirrifletti u jħeġġeġ il-bidla, eż. l-ugwaljanza tas-sessi hija riflessa f'kif jitqiegħed il-kliem biex jiġi rikonoxxut is-sess femminili.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf li lingwi differenti għandhom strutturi u regoli differenti, u kapaċi nuża dan biex inkun nista' nibni espressjonijiet li għandhom tifsira, u b'hekk niżgura li qed niġi mifhum/a u li qed nifhem lill-oħrajn.
L-Aspett tas-Suġġett: It-Traduzzjoni
1] Kapaċi nuża dizzjunarji onlajn u materjal ta' għajnuna ieħor biex nidentifika t-tifsir ta' kliem bħal 元 f'kuntesti bħal 元宵節.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
2] Kapaċi nittraduċi firxa ta' testi biċ-Ċiniż f'karattri ssimplifikati u nidentifika kif xi kunċetti jistgħu jinqalbu għall-Ingliż u/jew għall-Malti u kif oħrajn ma jistgħux.
3] Kapaċi neżamina testi biċ-Ċiniż maġenb it-traduzzjoni tagħhom bl-Ingliż u nidentifika l-isfidi li niltaqgħu magħhom l-aktar meta nittraduċu l-kultura, bħal: 'X'jintilef fit-traduzzjoni? Għaliex ma nistgħux nittraduċu kelma b'kelma?'
IL-KITBA
4] Kapaċi noħloq testi bilingwi, nidentifika x-xebh bejn is-sintassi u l-vokabularju Ċiniż, u Ingliż u/jew Malti, nispjega kif dan ix-xebh jista' jintuża meta jiġu trasferiti kunċetti kulturali miċ-Ċiniż għall-Ingliż u/jew għall-Malti.
IL-KITBA
5] Kapaċi nittraduċi t-tifsira maħsuba ta' interazzjoni billi nevita t-traduzzjonijiet letterali, ngħidu aħna, il-medjazzjoni ta' rispons għal kumpliment bħal 你的中文很好! ---- 哪里哪里!
IL-KITBA
6] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta aspetti tal-ħajja Ċiniża u Maltija, nidentifika liema fenomeni u ideat ma jinqalbux kif ġieb u laħaq bejn iż-żewġ kulturi.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf li lingwi differenti għandhom strutturi u regoli differenti, u dan jista' jgħinni nibni espressjonijiet li fihom tifsira, u jiżguraw li qed niġi mifhum/a u li qed nifhem lill-oħrajn. Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi mill-kitba ta' sentenzi sempliċi bi strutturi tal-lingwa sempliċi ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Grammatika
1] Kapaċi niżviluppa l-ideat b'modi differenti ta' kif ma niddependix fuq il-livell ta' formalità jew enfasi, eż. 我不是…; 我哪儿有…?; 我没有办法…; 我不能…; 不行; 别; 不准)
IL-LINGWA ESPRESSIVA
2] Kapaċi nifforma sentenzi billi nqiegħed il-prepożizzjoni 比 qabel verb biex nesprimi paragun ma' predikat verbali, eż. 你比她知道得多; 他们汉语比我们说得流利.
3] Kapaċi nuża l-prepożizzjoni 比 biex nesprimi d-differenzi bejn żewġ affarijiet jew persuni billi nqiegħed il-komplement tal-kwantità wara l-element prinċipali tal-predikat, eż. 这本书比那本书贵20块钱; 我们学校比他们学校多90个学生.
4] Kapaċi nuża l-kelma 一点儿 biex nuri differenza żgħira bejn żewġ affarjiet jew persuni, u l-kelma 多了 biex nuri differenza akbar, eż. 这件毛衣比那件贵一点儿; 这个电脑比那个新多了.
5] Kapaċi nifforma sentenzi kondizzjonali billi nuża l-binja tal-propożizzjoni 如果…就, eż. 如果明天天气不好, 我们就不去了; 如果有问题, 你就打电话找找.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuri l-iżvilupp tal-ħiliet tal-kitba tiegħi billi minn sentenzi sempliċi, bi strutturi tal-lingwa sempliċi, ngħaddi għal modi ta' espressjoni iktar kumplessi.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-karattri - Hanzi
1] Kapaċi nirrelata tagħrif minn qabel ta' forom u funzjonijiet ta' karattri li nkun tgħallimt biex nasal għal informazzjoni fuq il-ħoss u t-tifsir ta' karattri li ma jidhrux, kemm fil-verżjoni ssimplifikata u kemm f'dik tradizzjonali.
PERSONALI
2] Kapaċi nagħraf numru limitat ta' karattri tradizzjonali u nqabbilhom mal-verżjoni ssimplifikata tagħhom.
IR-REQQA
3] Kapaċi niddekowdja l-karattri billi nanalizza l-istruttura tagħhom u n-numru ta' komponenti, waqt li nagħraf il-komponenti familjari u r-relazzjoni tagħhom fi ħdan il-karattru.