Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

L-Għarbi > LEVEL 8





L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ

1] Kapaċi nsegwi sentenzi ta' kumplessità dejjem tiżdied fl-ambjent ta' klassi bi ftit għajnuna u permezz tar-ripetizzjoni.
2] Kapaċi nagħraf u niddistingwi bejn il-fonemi kollha bl-Għarbi Standard Modern (MSA).
3] Kapaċi nuża firxa ta' frażijiet u espressjonijiet ta' kumplessità dejjem tiżdied f'sessjonijiet ta' tagħlim fi gruppi u f'ambjenti vokazzjonali simulati li jinkIudu l-użu ta' midja differenti.
NITGĦALLEM KIF
4] Kapaċi nifhem mistoqsijiet kumplessi u istruzzjonijiet multipli f'attivitajiet ta' tagħlim fi grupp u permezz ta' midja diġitali.
5] Kapaċi nuża firxa ta' kumplessità dejjem tiżdied ta' frażijiet u espressjonijiet f'sessjonijiet ta' tagħlim fi gruppi u f'ambjenti vokazzjonali simulati li jinkIudu l-użu ta' midja differenti.
6] Kapaċi nifhem informazzjoni numerika ta' kumplessità dejjem tiżdied li tinkludi l-użu tal-MSA biex insolvi problemi matematiċi bħall-addizzjoni, sottrazzjoni, multiplikazzjoni u diviżjoni.
7] Kapaċi nifhem l-użu tal-MSA biex tiġi deskritta firxa ta' kumplessità dejjem tiżdied ta' kuluri, sfumaturi u forom.
8] Kapaċi nsib it-tweġibiet it-tajba għal mistoqsijiet diretti bi ftit jew xejn ripetizzjoni jew kjarifikazzjoni; kapaċi nitlob u nifhem kjarifikazzjoni. 
9] Kapaċi nuża indizji bħall-kliem ewlieni biex nidentifika l-ġist ġenerali. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
10] Kapaċi naqta' liema suġġett qed jiġi diskuss mill-kelliem billi nuża l-għarfien tiegħi tal-MSA. 
11] Kapaċi nidentifika l-ismijiet ta' nies u postijiet. 
12] Kapaċi nidentifika indizji grammatikali bħat-tempi u l-pronomi.
 L-INTERPERSONALI
13] Kapaċi nuża firxa ta' kumplessità dejjem tiżdied ta' frażijiet u espressjonijiet f'kuntesti vokazzjonali simulati li jinkIudu l-użu ta' midja differenti.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
14] Kapaċi nifhem mistoqsijiet kumplessi u istruzzjonijiet multipli f'attivitajiet ta' tagħlim kollaborattivi u koperattivi u permezz tal-użu tal-midja diġitali. 
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit

1] Kapaċi nipproduċi preżentazzjonijiet orali qosra billi nuża lingwaġġ-mudell.
2] Kapaċi nistaqsi għal kjarifikazzjoni u/jew elaborazzjoni fi qsim ta' informazzjoni u f'sitwazzjonijiet ta' mistoqsija u tweġiba, nesprimi emozzjonijiet u nqassar narrattivi diretti. 
3] Kapaċi nitkellem dwari nnifsi, l-istudji tiegħi, l-interessi tiegħi u dwar l-oħrajn permezz ta' konverżazzjoni naturali fil-klassi u attivitajiet onlajn.
  IL-KOMUNIKAZZJONI
4] Kapaċi nikkomunika ideat ta' sofistikazzjoni dejjem tiżdied.
5] Kapaċi nippronunzja l-ħsejjes kollha tal-MSA b'korrettezza fl-ambjent tal-klassi.
6] Kapaċi nuża tislimiet u firxa ta' espressjonijiet standard ta' kumplessità dejjem tiżdied biex niffaċilita l-konverżazzjoni fil-kuntest ta' klassi.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
7] Kapaċi nirriproduċi l-intonazzjoni fonetika u l-mudelli tal-istress tal-MSA b'korrettezza f'diskussjonijiet fil-klassi b'kumplessità dejjem tiżdied. 
8] Kapaċi nibdel korteżiji u nuża frażijiet użati frekwentement b'mod xieraq f'simulazzjonijiet megħjuna fil-klassi. 
9] Kapaċi nisma' kliem u espressjonijiet li jingħadu mill-għalliem/a u li kapaċi nużahom jien stess.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari

1] Kapaċi naqra u nsegwi testi kuntestwali bl-MSA miktuba bi stil dirett.  
2] Kapaċi nsegwi u nirrispondi għal testi bl-MSA ta' kumplessità dejjem tiżdied fl-ambjent tal-klassi.
3] Kapaċi nifhem u nirrispondi għal messaġġi diretti miktuba ta' kumplessità dejjem tiżdied fl-ambjent ta' klassi. 
4] Kapaċi nifhem u ninterpreta sinjali ta' kuljum u avviżi pubbliċi mwaħħla ma' bini, ħwienet u toroq.
5] Kapaċi naqra, nifhem u nirrispondi għal testi konnessi ta' kumplessità dejjem tiżdied fl-ambjent ta' klassi. 
6] Kapaċi naqra u nifhem 'realia' miktuba u adegwata fil-gazzetti jew onlajn.
7] Kapaċi nagħraf partijiet tad-diskors f'testi ta' kumplessità grammatikali dejjem tiżdied u kapaċi nuri għarfien tajjeb tal-grammatika essenzjali u termini grammatikali tal-MSA. 
8] Kapaċi nuża l-Għarbi b'mod effettiv u xieraq f'firxa ta' forums fuq l-internet f'ambjent ta' tagħlim assistit. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI
9] Kapaċi nagħraf kliem li fhimt u li ssemmew fil-klassi. 
10] Kapaċi nislet l-ideat ewlenin mit-test u nerġa' naqrahom biex nifhem id-dettall. 
11] Kapaċi nsegwi u nidentifika l-ismijiet ta' nies u postijiet u I-indizji tal-punteġġjatura. 
12] Kapaċi nuża l-għarfien tiegħi tal-MSA biex ninduna bit-tifsir mill-kuntest tas-sentenza, meta ma nkunx ċert/a mit-tifsiriet tal-kliem.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba

1] Kapaċi nikteb sentenzi magħqudin u paragrafi qosra b'korrettezza fil-kompożizzjoni u permezz tad-dettat.
2] Kapaċi nippjana u nikteb bi stil narrattiv, biex niżviluppa sekwenza ta' ideat b'forom grammatikali korretti.
3] Kapaċi nittraduċi sentenzi sempliċi mill-Għarbi għall-Ingliż jew għall-Malti bl-użu korrett ta' forom grammatikali.
4] Kapaċi nikkwota u nagħmel parafrażi minn sorsi oħra bl-Għarbi u ninkludi b'mod xieraq il-kitba tiegħi bl-Għarbi.
5] Kapaċi nuri firxa varjata ta' informazzjoni u ideat bil-kitba b'użu korrett tal-MSA.
6] Kapaċi nimla b'korrettezza formoli kumplessi, bħal passaporti jew applikazzjonijiet għall-visa, bi ftit għajnuna. 
7] Kapaċi nikteb tweġibiet ta' kumplessità dejjem tiżdied għal mistoqsijiet verbali jew miktuba f'kuntest speċifiku u nagħmel dan billi nuża b'korrettezza proża b'MSA magħqud.
8] Kapaċi nżid l-ideat waqt li qed nikteb.
9] Kapaċi nipprova ninkludi kemm nista' dettall, e.g. nuża ħafna aġġettivi meta nkun qed niddeskrivi xi ħaġa jew xi ħadd. 
10] Kapaċi nuża marki ċari, e.g. ‘l-ewwel... mbagħad’ jew ‘mill-banda l-oħra.
11] Kapaċi nesplora u ninvestiga l-istil ta' ħajja, l-isfidi u l-konnessjonijiet ta' komunitajiet u minoranzi varji Għarab madwar id-dinja.
 IL-BIDLA SOĊJALI




L-Aspett tas-Suġġett: Wirt u kultura


1] Kapaċi naqra u nifhem testi poetiċi adatti skont il-livell. 
2] Kapaċi nagħraf id-differenzi bejn l-MSA u djalett Għarbi ewlieni f'sitwazzjonijiet megħjuna mill-kuntest. 
3] Kapaċi naqra stejjer qosra gradati bl-MSA u nifhimhom, u kapaċi nuża l-MSA u/jew djalett biex nirrakkonta stejjer narrattivi sempliċi jew aneddoti. 
 IL-QARI U L-FEHIM
4] Kapaċi naqra versi qosra mill-Qur'an u nifhimhom.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
5] Kapaċi niddeskrivi kif is-sistema edukattiva nbidlet f'Malta u f'pajjiżi oħra Għarab f'dawn l-aħħar 50 sena billi nibbaża d-deskrizzjonijiet tiegħi fuq intervisti mal-ġenituri, studenti u għalliema.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
6] Kapaċi nagħti sett ta' disa' stqarrijiet fuq biċċiet separati ta' kards dwar x'jagħmel l-impjiegi aktar jew anqas attraenti e.g. il-qligħ ta' ħafna flus, il-ħidma fuq barra, l-opportunità ta' vjaġġar, l-għajnuna mogħtija lil nies oħra, xogħol interessanti, eċċ.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Grammatika

1] Kapaċi naqra testi mingħajr marki vokaliċi u napplika l-għarfien tiegħi billi nitgħallem kliem ġdid u billi nifhem bidliet morfoloġiċi. 
2] Kapaċi niżviluppa u nikkonsolida l-għarfien tal-grammatika essenzjali tal-MSA u napplika dan l-għarfien f'attivitajiet tal-klassi fis-smigħ, fit-taħdit, fil-qari u fil-kitba. 
3] Kapaċi niddistingwi l-parentela lingwistika li teżisti bejn l-Għarbi u l-Malti u nikkwota eżempji ta' karatteristiċi lessikali u grammatikali.
 IL-BIDLA SOĊJALI
4] Kapaċi 'nimmarka' test Għarbi li mhuwiex 'immarkat' bil-marki tal-vokali u b'marki oħra dijakritiċi b'mod li nuri fehim sħiħ tar-rwol tal-każ grammatikali fl-Għarbi, fl-ambjent megħjun tal-klassi. 
5] Kapaċi nifhem u nuża r-regoli segwenti tal-livell intermedju tal-grammatika tal-MSA fis-smigħ, fit-taħdit, fil-qari u fil-kitba: il-forom tan-nom; il-forom bażiċi tal-plural miksur; l-għadd imtenni; l-aġġettivi komparattivi u superlattivi; verbi bis-suffissi; it-temp perfett u imperfett; in-negazzjoni tal-verbi fil-perfett u fl-imperfett; il-modi tal-verb (imperattiv, jussiv); partiċipji preżenti; in-nom verbali; il-Forom tal-Verb: I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X; il-kombinazzjonijiet tal-verb + prepożizzjoni; il-konġunzjonijiet avvanzati; sentenzi kkondizzjonati; "kaana" u ħutha; "inna" u ħutha; in-nomi proprji; l-interġezzjonijiet u frażijiet bażiċi komuni u kliem barrani bl-MSA, fl-ambjent megħjun tal-klassi. 

6] Kapaċi nuża firxa ta' frażijiet formulajċi u espressjonijiet tal-MSA u ta' djalett ewlieni, adattati għal diskors informali.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ




Agħti r-rispons tiegħek hawn