Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

L-Istorja > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nillokalizza, nagħżel, ninterpreta u nevalwa l-informazzjoni dwar l-esperjenza umana fil-passat u fil-preżent, u kapaċi naħseb b'mod kritiku u kreattiv dwar il-kwistjonijiet umanistiċi. 

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Riċerka Storika: L-Użu tas-Sorsi, inkluż il-Mod ta' kif inhi miktuba l-Istorja. It-Tagħlim dwar l-Avvenimenti, il-Persuni u r-Reġjuni tal-Passat. 

1] Kapaċi nqabbel u nevalwa mistoqsijiet dwar il-passat u nieħu d-deċiżjonijiet dwar liema mistoqsijiet se nistaqsi.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nqabbel tipi differenti ta' sorsi, nevalwahom u nqabbel l-użi tagħhom fil-kuntest ta' inkjesti storiċi differenti dwar kwistjonijiet fil-passat. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
3] Kapaċi nidentifika, inqabbel u nevalwa tipi differenti ta' sorsi, nagħżilhom sew għal skopijiet differenti. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta u nevalwa s-sorsi b'mod kritiku biex nifforma konklużjonijiet dwar il-passat, filwaqt li nidentifika l-konsistenza u l-inkonsistenti bejniethom. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
5] Kapaċi nqabbel u nevalwa s-sorsi, inklużi dawk relatati ma' komunitajiet żgħar u kapaċi napprezza li l-affidabbiltà tagħhom tiddependi fuq il-mistoqsijiet li qed jintużaw biex jintwieġbu, filwaqt li nqis l-għan oriġinali tagħhom. Kapaċi nagħmel dan mingħajr ma nittraskura l-importanza tal-oriġini tas-sorsi, i.e. is-sorsi primarji kontra s-sorsi sekondarji, f'termini tal-konklużjonijiet li jistgħu jinħarġu minnhom. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
6] Kapaċi niddistingwi bejn gradi differenti ta' ċertezza meta niġi biex nagħmel il-konklużjonijiet dwar il-passat u kapaċi napprezza li xi mistoqsijiet huma eħfef minn oħrajn biex jintwieġbu. 
 PRATTIKA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nesplora u nevalwa s-similarità u d-differenzi kif ukoll il-bidla u l-kontinwità, kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent. 

L-Aspett tas-Suġġett: It-Terminoloġija u l-Kunċetti li Jrawmu l-Ħiliet Storiċi

1] Kapaċi nirranġa f'ordni partikolari l-avvenimenti, il-perjodi u l-eri bi preċiżjoni, bl-użu ta' terminoloġija storika addattata maż-żmien.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT 
2] Kapaċi nuża l-kunċetti bħad-durata (l-iskeda taż-żmien) u nidentifika u nispjega mudelli fuq skala kbira fil-passat. Kapaċi nistaqsi l-valur tal-kunċett f'termini tal-bidla li qed tiġi studjata. 
 KONJITTIVA
3] Kapaċi nqabbel perjodi fil-passat f'termini tal-karatteristiċi tagħhom, noħroġ kuntrasti bejn perjodi differenti u nifhem li t-titli tal-perjodu u l-karatteristiċi jistgħu jiġu diskussi u evalwati. Kapaċi nipperċepixxi li huma jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
4] Kapaċi niddiskuti u nevalwa n-natura u l-livell tal-bidla fil-passat u nagħraf li jista' jkun hemm diskussjoni u nuqqas ta' ftehim dwar kif titkejjel il-bidla. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
5] Kapaċi nuża l-kunċetti biex nikklassifika u norganizza l-kawżi u l-konsegwenzi tal-avvenimenti storiċi u l-bidliet u kapaċi nifhem li r-relevanza ta' fatturi differenti tista' tkun diskussa. Eż. il-mod ta' kif kienet tintuża l-art. 
 NITGĦALLEM KIF
6] Kapaċi nevalwa l-irwoli tal-kawżi storiċi u l-konsegwenzi li ġabu l-bidla billi nesplora kif ġew interrelatati u kif influwenzaw lil xulxin. Napprezza li dak li jiġri f'pajjiż mhuwiex iżolat, iżda huwa riżultat ta' ġrajjiet rapidi jew gradwali fil-pajjiżi tal-madwar. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
7] Kapaċi nargumenta li s-sinifikat tal-aspetti differenti tal-passat huwa dibattibbli, bħal meta jkun hemm preġudizzju, u huwa possibbli li jkun hemm nuqqas ta' ftehim dwar kif għandu jitkejjel is-sinifikat tat-tali aspetti. 
NITGĦALLEM KIF
9] Mill-konklużjonijiet, kapaċi nidentifika karatteristiċi persistenti bejn perjodu u ieħor.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħseb b'mod kritiku u kreattiv dwar il-kwistjonijiet morali u etiċi fil-passat u fil-preżent u dwar il-modi diversi kif dawn il-kwistjonijiet jistgħu jinftiehmu. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ideat, il-Valuri, it-Twemmin u l-Imġiba tal-Bnedmin. Nissimpatizzaw mal-Protagonisti. 

1] Kapaċi nqabbel l-azzjonijiet tan-nies fil-passat u nispjega dawn l-azzjonijiet fil-kuntest, billi nirrelatahom mal-valuri u t-twemmin tagħhom u ma' dak li kien magħruf fiż-żmien. 
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nispjega li l-valuri u t-twemmin kienu differenti fil-passat, bħalma hu l-każ fil-preżent u kapaċi nqabbel il-mod differenti kif gruppi u nies differenti fil-passat kienu differenti fil-valuri u t-twemmin tagħhom.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi nesplora modi kif it-twemmin, il-valuri u l-fatti stabbiliti jibqgħu kostanti, kif ukoll il-modi kif dawn jinbidlu minn żmien għal żmien biex jaslu għal soluzzjoni kontemporanja. 
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
4] Kapaċi nidentifika, inqabbel u nikkuntrasta d-differenzi fl-interpretazzjoni b'diversi modi, kif ukoll nirrelata l-elementi tagħhom flimkien, eż. nuri kif l-evidenza użata hija fformata mill-iskop ta' interpretazzjoni. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
5] Kapaċi nispjega d-differenzi fl-interpretazzjoni storika f'diversi modi kif ukoll nirrelata l-interpretazzjonijiet għall-kuntest storiku ta' żmienhom. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
6] Kapaċi nevalwa l-interpretazzjonijiet storiċi b'diversi modi u nqis id-differenzi fl-iskop tagħhom meta nagħmel ġudizzji dwarhom. Nagħti l-attenzjoni dovuta lill-isfond tal-persuna li tkun qed tagħmel il-pretensjoni. 
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet dwar l-esperjenza umana fil-passat u fil-preżent u nibni u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi permezz tar-riċerka.

L-Aspett tas-Suġġett: Kif nista' nikkomunika dak li tgħallimt? Niftakar, Inqassar, Nirreġistra, Nargumenta, Nippreżenta, Naħdem fuq ir-rispons, Nitgħallem, It-Tagħlim dwar kif Nitgħallem.

1] Kapaċi niftakar u nagħżel mill-fatti, mir-riflessjonijiet u mill-konklużjonijiet tiegħi b'mod effettiv, invarja l-eżempji u l-ammont ta' dettall li nuża b'risposta għat-tip ta' mistoqsijiet li qed inwieġeb. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nqassar il-fatti, ir-riflessjonijoiet u l-konklużjonijiet tiegħi li jkolli f'moħħi b'mod effettiv, bl-użu ta' kunċetti storiċi li jinkludu kunċetti kontemporanji bħad-drittijiet ċivili, id-dritt tal-awtodeterminazzjoni u d-drittijiet tal-minorità. Kapaċi nqassar u nispjega l-argumenti storiċi ta' nies oħra filwaqt li nagħdirhom. 
IL-LINGWA ESPRESSIVA
3] Kapaċi nuża kunċetti storiċi biex norganizza u nanalizza s-suġġetti li qed nistudja u biex inqabbel l-argumenti tiegħi stess ma' dawk żviluppati minn persuni oħrajn. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nuża l-kunċetti u l-lingwa b'mod ċar u preċiż biex niżviluppa l-argumenti tiegħi u wkoll biex inqabbel l-argumenti ma' dawk ta' oħrajn.
 PRATTIKA
5] Kapaċi nuża l-kunċetti storiċi b'mod preċiż biex niżviluppa argumenti storiċi u nqabbel u nevalwa l-argumenti tal-oħrajn. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
6] Kapaċi nuża l-kunċetti storiċi b'mod effettiv biex nibni l-argumenti u l-analiżi u biex inqabbel it-tweġibiet ma' problemi storiċi. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
7] Kapaċi norganizza l-affarijiet skont il-kuntest storiku, nagħti preżentazzjonijiet b'modi differenti u nevalwa l-argumenti tiegħi stess u l-argumenti tal-oħrajn f'dibattiti u f'diskussjonijiet. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
8] Jien flessibbli biex intejjeb l-argumenti wara r-rispons u l-ideat friski. 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
9] Kapaċi nespandi aktar l-istudji tiegħi billi nesponi lili nnifsi għall-approċċi differenti għall-fatti storiċi u nassoċjahom mal-esperjenzi ta' ħajti. Konxju/a tal-ħtieġa li nevita l-għaqal b'lura u biex nagħder il-persuni u s-sitwazzjoni tagħhom.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV




Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nillokalizza, nagħżel, ninterpreta u nevalwa l-informazzjoni dwar l-esperjenza umana fil-passat u fil-preżent, u kapaċi naħseb b'mod kritiku u kreattiv dwar il-kwistjonijiet umanistiċi.

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Riċerka Storika: L-Użu tas-Sorsi, inkluż il-Mod ta' kif inhi miktuba l-Istorja. It-Tagħlim dwar l-Avvenimenti, il-Persuni u r-Reġjuni tal-Passat. (L-Istorja Ġenerali)

1] Kapaċi nillokalizza sorsi differenti u nevalwaw l-importanza tagħhom ma' riċerka storika, billi niddeterina jekk fihomx biżżejjed informazzjoni affidabbli biex nissostanzja l-konklużjonijiet.
2] Kapaċi nifformula mistoqsijiet dwar il-passat u nuża varjetà ta' sosri biex inwieġeb dawn il-mistoqsijiet, filwaqt li nindika kwalunkwe nuqqasijiet li s-sorsi jista' jkun fihom.
3] Kapaċi niskopri limitazzjonijiet fi ħdan is-sorsi, biex niddistingwi bejn livelli ta' ċertezza fir-riċerka storika tiegħi, u ninduna li xi mistoqsijiet huma aktar diffiċli biex tweġibhom minn oħrajn.
4] Kapaċi nsib alternattiva għas-sorsi li qed nuża, li huma wkoll affidabbli u informattivi, anke jekk is-sorsi aktar ġodda fihom opinjonijiet differenti mill-għanijiet inizjali.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​Kapaċi nesplora u nevalwa s-similarità u d-differenzi kif ukoll il-bidla u l-kontinwità, kemm fil-passat kif ukoll fil-preżent.

L-Aspett tas-Suġġett: It-Terminoloġija u l-Kunċetti li Jrawmu l-Ħiliet Storiċi. (L-Istorja Ġenerali)

1] Kapaċi nqabbel perjodi fil-passat, f'termini tal-fatturi karatteristiċ tagħhom, u nuri l-kuntrasti bejn il-perjodi differenti.
2] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta l-bidla u t-termini użati biex niddeskriviha matul l-iskedi u l-postijiet ġeografiċi differenti.
3] Kapaċi niskopri u nikklassifika l-kawżi u l-konsegwenzi ta' attivitajiet storiċi u nagħmel konnessjonijiet bejn attivitajiet lokali u globali.
4] Kapaċi nibni argumenti biex insostni li l-attivitajiet storiċi speċifiċi tal-passat jistgħu jiġu rrifjutati.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi naħseb b'mod kritiku u kreattiv dwar il-kwistjonijiet morali u etiċi fil-passat u fil-preżent u dwar il-modi diversi kif dawn il-kwistjonijiet jistgħu jinftiehmu.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Ideat, il-Valuri, it-Twemmin u l-Imġiba tal-Bnedmin. Nissimpatizzaw mal-Protagonisti. (L-Istorja Ġenerali)

1] Kapaċi nqabbel l-azzjonijiet tan-nies fil-passat u nispjega l-azzjonijiet tagħhom f'kuntest, skont il-valuri, it-twemmin u l-għarfien tagħhom f'dak iż-żmien.
2] Kapaċi nanalizza t-twemmin, il-valuri u l-korpi ta' għarfien tal-iskeda li qed tiġi studjata, u niddetermina l-limitu sa fejn il-varjazzjonijiet jeżistu mal-preżent.
3] Kapaċi niskopri l-ideat tal-lum (presentism) u fallaċji oħra fl-interpretazzjoni tal-passat, u nargumenta jekk, u sa fejn, tali fallaċji jippreżentaw perspettiva mibdula tal-passat.
4] Kapaċi nevalwa interpretazzjonijiet u rappreżentazzjonijiet storiċi billi nqabbel l-allegazzjonijiet magħmula minn personalitajiet differenti, ma' dokumenti storiċi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet dwar l-esperjenza umana fil-passat u fil-preżent u nibni u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi permezz tar-riċerka.

L-Aspett tas-Suġġett: Kif nista' nikkomunika dak li tgħallimt? Niftakar, Inqassar, Nirreġistra, Nargumenta, Nippreżenta, Naħdem fuq ir-rispons, Nitgħallem, It-Tagħlim dwar kif Nitgħallem. (L-Istorja Ġenerali)

1] Kapaċi nizviluppa analiżi u kritika preċiża permezz tal-użu ta' kunċetti storiċi.
2] Kapaċi norganizza l-għarfien tiegħi ta' attivitajiet tal-passat b'mod effettiv biex nippreżenta argumenti u dibattiti storikament aċċettabbli, filwaqt li nkun nista' niskopri xi d-difetti fl-espożizzjonijiet tiegħi.
3] Kapaċi nuża metodi ta' riċerka li tgħallimt biex niżvela informazzjoni storika ulterjuri jew biex insostni argumenti aktar effettivi u għonja.
4] Kapaċi nuża l-għarfien tiegħi tal-passat biex noħloq rabtiet mal-preżent.




Agħti r-rispons tiegħek hawn