Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

Home Economics > LEVEL 9





L-Aspett tas-Suġġett: L-Ikel, in-Nutrizzjoni u s-Saħħa

1] Kapaċi niddiskuti l-impatt ta' għażliet staġjonali u ta' ikel sostenibbli.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Kapaċi nqabbel il-kwalità ta' ikel ta' konvenjenza mal-ekwivalenti frisk tiegħu, u napplika linji gwida għall-użu effettiv ta' ikel ta' konvenjenza fl-ippjanar ta' ikliet permezz ta' riżultati prattiċi.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
3] Nifhem il-kwistjoni tal-ippakkjar tal-ikel.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi ninterpreta affarijiet bħad-data rakkomandata sa meta għandu jinbiegħ prodott u addittivi fuq it-tikketti ta' ikel ippakkjat, b'referenza għal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel.
 
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
5] Kapaċi nidentifika u nispjega l-metodi varji ta' preservazzjoni tal-ikel.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
6] Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi tal-iffriżar ta' ikel id-dar u napplika dan b'mod effettiv.
  IT-TAGĦLIM SOĊJALI
7] Kapaċi nispjega r-rwol tal-iġjene fl-ikel u napplika dawn il-prinċipji biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni u tħassir tal-ikel minn mikrorganiżmi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
8] Kapaċi nidentifika mard batterjali li jista' jwassal għall-kontaminazzjoni u tħassir tal-ikel jekk ikun involut fil-preparazzjoni tal-ikel.
 

9] Kapaċi nidentifika liema fatturi jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' mikrorganiżmi fuq l-ikel u kif dan jista' jiġi evitat.
10] Naf dwar is-sintomi ta' avvelenament mill-ikel u x'għandu jsir jekk dan iseħħ.
11] Konjxu/konxja li kulturi differenti jħarsu lejn l-ikel b'modi differenti.
IL-BIDLA SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​

L-Aspett tas-Suġġett: L-Għarfien Finanzjarju

1] Kapaċi ninvestiga u nipprijoritizza l-passi li għandhom jiġu segwiti fix-xiri ta' dar.
 KONJITTIVA
2] Kapaċi niddiskuti assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni oħra u nagħti eżempji tat-tnejn.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
3] Kapaċi nesplora suġġetti bħall-valur tal-flus, is-self u d-dejn.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI



L-Aspett tas-Suġġett: Is-Sigurtà u l-Immaniġġjar tar-Riskju

1] Kapaċi nidentifika modi ta' kif tagħmel dar sigura.
                                                                                                                                                                     



L-Aspett tas-Suġġett: Interventi Prattiċi

1] Kapaċi nieħu deċiżjonijiet infurmati wara li nagħżel l-informazzjoni relevanti bl-użu tal-ICT, il-Matematika, l-Ekonomija u xjenzi oħra fejn ikun hemm bżonn.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi napplika l-għarfien u l-ħiliet tiegħi f'sitwazzjonijiet fejn irrid nuri fehim profond billi naħseb b'mod kritiku, nevalwa l-evidenza u nsolvi l-problemi.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi nuża sew u b'mod sigur l-apparat u t-teknoloġija ġdida fil-Laboratorju tal-Ikel.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nippjana b'mod effettiv, nagħmel baġit u nixtri l-ingredjenti għal varjetà ta' kompiti. Kapaċi nuri l-ħiliet tal-immaniġġjar tal-ħin u tax-xogħol biex nipprepara ikel u xorb adattat.
 INTERPERSONALI



L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dar u l-Benesseri tal-Familja

1] Nifhem il-bżonnijiet bażiċi ta' dar u s-servizzi kkunsidrati bħala essenzjali għall-għajxien tal-lum.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nagħmel lista ta' fatturi li jinfluwenzaw fl-għażla ta' dar.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
3] Nifhem ir-relazzjoni bejn l-attività tal-bniedem u l-funzjoni tat-tqassim u d-disinn ta' dar.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4] Kapaċi nissuġġerixxi modi prattiċi li juru kif sorsi varji ta' stress fil-familja jistgħu jiġu mmaniġġjati.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi nikseb fehmiet minn persuni oħra dwar kwistjonijiet bħal ħiliet tat-trobbija tat-tfal, aspetti ta' mmaniġġjar tal-ħajja tal-familja u l-bidla fir-rwoli fil-familja.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
6] Kapaċi nidentifika sorsi ewlenin ta' informazzjoni u appoġġ ipprovduti lill-familji.



L-Aspett tas-Suġġett: L-Immaniġġjar Sostenibbli u l-Użu Effettiv tar-Riżorsi

1] Nifhem il-kwistjonijiet favur u kontra s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fil-komunitajiet, eż. il-pannelli solari.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Konxju/konxja tal-ħsara li ċerti kimiċi li jintużaw fid-dar u oħrajn użati fl-apparati domestiċi kellhom fuq is-saff tal-ożonu.
 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
3] Kapaċi nevalwa l-materjali użati fl-ippakkjar u nagħżel dawk li jilħqu r-rekwiżiti estetiċi u ta' funzjonalità imma li jikkawżaw l-inqas impatt fuq l-ambjent.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Għandi għarfien tal-prinċipji ta' disinn għal kċina effiċjenti, sigura u li tiffranka l-enerġija, kif ukoll l-aħjar għażla ta' dawl, ventilazzjoni, kisi ta' ħitan u l-art u tal-bank tal-kċina.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
5] Kapaċi nagħmel analiżi kritika u infurmata tal-bżonn u l-użu ta' apparati li jiffrankaw ix-xogħol fil-kċina.
  IT-TAGĦLIM SOĊJALI
6] Nifhem il-prinċipji xjentifiċi bażiċi fil-proċess tal-ħasil.
 
NITGĦALLEM INKUN JIEN
7] Kapaċi nieħu deċiżjonijiet li jkollhom l-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent, b'mod speċjali meta nagħżel apparati sostenibbli, eż. magni tal-ħasil.
8] Kapaċi nagħmel distinzjoni bejn drappijiet naturali u sintetiċi.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
9] Kapaċi ninterpreta l-kodiċi internazzjonali tal-kura tat-tessuti fuq it-tikketti.
Il-QARI U L-FEHIM
10] Kapaċi nieħu ħsieb il-ħwejjeġ b'impatt minimu fuq l-ambjent.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN




Agħti r-rispons tiegħek hawn