Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

Home Economics > LEVEL 10





L-Aspett tas-Suġġett: L-Ikel, in-Nutrizzjoni u s-Saħħa

1] Kapaċi nirriċerka u nippjana ikliet għal individwi f'ċirkustanzi speċifiċi li jinkludu: l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, l-istat ta' saħħa, ix-xogħol u l-istil ta' ħajja. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
2] Naf kif ikolli aċċess għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea dwar it-tikketti tal-ikel.
  L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
3] Kapaċi nispjega l-aspetti nutrittivi miżjuda fi ħxejjex prodotti permezz tal-bijoteknoloġija.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi nispjega r-rwol tal-enzimi fid-diġestjoni u l-użu ta' ċerti enzimi f'xi preparamenti tal-ikel.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​

L-Aspett tas-Suġġett: L-Għarfien Finanzjarju

1] Kapaċi nifhem il-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea dwar id-drittijiet tal-konsumatur.
2] Kapaċi nfassal baġit għal familja bl-użu ta' għodod adattati.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
3] Kapaċi nipprovdi eżempji ta' poloz differenti, bħal dawk fuq il-ħajja, is-saħħa, il-karozza u d-dar.
 PRATTIKU



L-Aspett tas-Suġġett: Is-Sigurtà u l-Immaniġġjar tar-Riskju

1] Naf kif ikolli aċċess għal informazzjoni dwar il-Liġi Ewropea dwar is-Sigurtà. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI



L-Aspett tas-Suġġett: Interventi Prattiċi

1] Kapaċi nikkomunika b'mod effettiv bil-fomm, bil-forma miktuba u bl-użu tal-ICT, li juru kemm jiena konxju/konxja tal-udjenza u l-għan tiegħi.
  IT-TAGĦLIM SOĊJALI
2] Kapaċi mmexxi tim.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi nuri awtoġestjoni billi naħdem b'mod sistematiku, nippersisti fuq biċċa xogħol, nevalwa u ntejjeb dak li nkun għamilt.
 NITGĦALLEM KIF
4] Kapaċi nippjana b'mod effettiv, nagħmel baġit u nixtri ingredjenti għal varjetà ta' kompiti li joffru sfida.
 
 PRATTIKU
5] Kapaċi nuri ħiliet kulinari avvanzati kif ukoll ħiliet avvanzati ta' tqassim ta' ħin u xogħol fil-preparazzjoni ta' ikel u xorb adattati.
6] Kapaċi nuri ħiliet kreattivi fil-preżentazzjoni ta' ikel iddekorat u mżejjen.
 PRATTIKU



L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dar u l-Benesseri tal-Familja

1] Kapaċi nagħmel suġġerimenti għall-ippjanar ta' partijiet speċifiċi tad-dar, l-użu tal-materjali, il-kmamar, l-apparati u l-faċilitajiet għall-individwi, fosthom għal dawk ta' età żgħira ħafna, l-anzjani u dawk b'diżabbiltà.
 IL-BIDLA SOĊJALI
2] Nifhem kwistjonijiet tal-familji, bħall-kura ta' qraba, ġlied bejn l-aħwa u familji akkwiżiti, u nifhem l-istrateġiji biex tmexxi f'sitwazzjonijiet bħal dawn.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
3] Nifhem il-bżonnijiet soċjali u emozzjonali ta' bosta gruppi fis-soċjetà tagħna, b'mod partikolari dawk ta' età żgħira ħafna, nies b'diżabbiltà, ċittadini anzjani u dawk li ma jistgħux joħorġu mid-dar.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4] Kapaċi nissuġġerixxi u nippjana attivitajiet adattati għalihom.
 PRATTIKU
5] Kapaċi nispjega fid-dettall l-għajnuna pprovduta mill-Istat f'fażijiet differenti tal-ħajja.
IL-LINGWA ESPRESSIVA



L-Aspett tas-Suġġett: L-Immaniġġjar Sostenibbli u l-Użu Effettiv tar-Riżorsi

1] Kapaċi nispjega kif il-bini għandu juża l-materjali adattati għall-klima, jew biex iżommu s-sħana jew biex jiffriskaw il-bini jew għat-tnejn.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
2] Kapaċi niġġustifika kif l-użu tal-bijoteknoloġija, eż. fi ħxejjex ĠM, jgħin lill-bdiewa jżidu fil-produzzjoni tagħhom, minħabba inqas użu ta' pestiċidi u tnaqqis fl-użu tal-art għall-produzzjoni tal-ħxejjex.
 KONJITTIVA
3] Kapaċi niddiskuti l-implikazzjonijiet negattivi tat-teknoloġija ĠM.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4] Kapaċi niddiskuti l-mikrobijoloġija ambjentali bażika fit-tniġġis tal-ilma, fit-trattament tal-ilma u fid-dranaġġ.
  NITGĦALLEM KIF
5] Kapaċi nispjega dwar l-immaniġġjar u t-trattament tal-iskart domestiku u dak industrijali.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
6] Kapaċi nispjega kif jiġu ġġenerati prodotti sekondarji mill-iskart, bħall-kompost u l-bijodiżil.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
7] Kapaċi niddisinja kċina effiċjenti, sigura u li tiffranka l-enerġija kif ukoll nissuġġerixxi l-aħjar għażla għad-dawl, ventilazzjoni, kisi ta' ħitan u l-art u għall-bank tal-kċina.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
8] Kapaċi nagħti suġġerimenti għax-xiri ta' apparat li hemm bżonn għal bosta xogħlijiet li jsiru fil-Laboratorju tal-Ikel.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
9] Kapaċi nagħmel suġġerimenti favur l-ambjent waqt ix-xiri tal-aħjar freezer għal familja speċifika.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
10] Kapaċi nagħmel suġġerimenti għal xiri ta' prodotti u servizzi li jkollhom impatt minimu fuq l-ambjent.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
11] Kapaċi nirrakkomanda l-użu ta' tessuti adattati u kif jistgħu jiġu kkordinati l-kuluri għal ġewwa.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN




Agħti r-rispons tiegħek hawn