Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Is-Saħħa u l-Edukazzjoni Fiżika

Home Economics > LEVEL 8





L-Aspett tas-Suġġett: L-Ikel, in-Nutrizzjoni u s-Saħħa

1] Kapaċi nidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għal stil ta' ħajja b'saħħitha.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
2] Nifhem liema hu l-ikel bażiku prinċipali u l-funzjoni essenzjali tiegħu fil-ġisem tal-bniedem. 
3] Kapaċi napplika dan fuq livell prattiku.
 PRATTIKU
4] Għandi fehim komprensiv tar-rwol tal-makro u mikronutrijenti fid-dieta.
5] Kapaċi napplika dan l-għarfien biex nistabbilixxi l-użu tagħhom fid-dieta.
 PRATTIKU
6] Għandi fehim ċar tal-linji gwida kurrenti. Naf li hu importanti li wieħed ikun konxju tad-daqs tal-porzjon meta jagħżel l-ikel u x-xorb.
7] Kapaċi napplika dan l-għarfien fuq livell prattiku.
 PRATTIKU
8] Kapaċi nifhem il-bżonnijiet tad-dieta tiegħi. Kapaċi nippjana rutina għal kuljum ta' ikel adattat.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
9] Nifhem il-bżonnijiet dijetetiċi ta' nies fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja.
10] Nifhem il-bżonnijiet dijetetiċi ta' nies bi stili ta' ħajja differenti, bi bżonnijiet dijetetiċi u bi preferenzi speċifiċi, fosthom dawk morda u konvalexxenti. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
11] Nifhem l-effetti tal-konsum żejjed jew nieqes ta' ċertu ikel u xorb, il-kawżi tal-malnutrizzjoni u l-obeżità, l-inċidenza u ċ-ċans ta' prevenzjoni fis-soċjetà tagħna.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
12] Konxju/konxja tad-disturbi alimentari u l-effetti ta' dawn fuq il-persuna.
13] Konxju/konxja tal-valuri enerġetiċi tal-ikel u kapaċi nqabbilhom.
14] Kapaċi nispjega dieti veġetarjani.
15] Naf dwar tipi differenti ta' sostituti tal-laħam li tista' ssib fis-suq.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
16] Naf dwar allerġiji u intolleranzi differenti għall-ikel.
17] Kapaċi napplika dan l-għarfien fuq livell prattiku.
 PRATTIKU
18] Kapaċi nispjega l-proċess ta' kif jiġi diġerit l-ikel min-nies u kif l-ikel jiġi assorbit fil-ġisem.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
19] Naf dwar ir-rwol tat-tisjir fil-preparazzjoni tal-ikel għad-diġestjoni, bħat-trattib tal-laħam.
20] Nifhem ir-rwol tas-sħana u t-temperatura u l-effetti irriversibbli tat-tisjir.
21] Nifhem kif l-enerġija - fil-forom differenti tagħha - tintuża fit-tisjir.
 NITGĦALLEM KIF
22] Kapaċi niddeskrivi l-prinċipji bażiċi ta' metodi differenti ta' tisjir u ninvestiga l-effett fuq id-dehra, it-togħma, il-konsistenza u l-valur nutrittiv tal-ikel.  
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
23] Kapaċi nispjega l-prinċipji ta' bosta metodi ta' kif isiru l-kejkijiet.
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
24] Naf iżjed metodi ta' kif isiru l-kejkijiet u nista' nadatta u nbiddel riċetti bażiċi. Kapaċi nispjega l-prinċipji xjentifiċi ta' bosta metodi. 
IT-TAGĦLIM KREATTIV
25] Kapaċi nispjega l-kundizzjonijiet meħtieġa u l-proċessi involuti fit-tisjir bil-ħmira.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
26] Nifhem il-valur ta' prodotti friski.
 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
27] Kapaċi nispjega d-differenzi bejn ikel organiku u dak li mhux, u dwar ħxejjex ĠM.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
28] Kapaċi nispjega bijoteknoloġija sempliċi użata fl-ikel, bħal fil-ġbejniet.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
29] Kapaċi nidentifika ikel li jitħassar malajr, kif għandu jinżamm u jiġi użat.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
30] Kapaċi nagħmel lista ta' ikel u ħelu tradizzjonali Malti.
 NITGĦALLEM KIF
31] Nifhem u naf napplika l-kunċett tal-inġinerija tar-riċetti biex nipprovdi alternattivi għal riċetti tradizzjonali Maltin li huma iżjed tajbin għas-saħħa.
32] Kapaċi nagħti eżempji ta' ikel minn kulturi oħra.
IL-BIDLA SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​

L-Aspett tas-Suġġett: L-Għarfien Finanzjarju

1] Kapaċi nispjega l-importanza li wieħed ikun konsumatur infurmat.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Nifhem il-firxa ta' fatturi li jinfluwenzaw l-għażliet u d-deċiżjonijiet tal-konsumatur.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi niddiskuti d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-konsumaturi. Naf liema azzjoni għandha tittieħed meta persuna tfittex rimedju.
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
4] Kapaċi nispjega l-importanza tal-immaniġġjar tajjeb u bis-sens tal-flus u tal-ibbaġitjar.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
5] Kapaċi nagħmel lista ta' sorsi ta' dħul u nfiq possibbli għal familja.
 PERSONALI
6] Kapaċi nagħmel lista ta' prijoritajiet li jridu jiġu kkunsidrati meta jiġi ppjanat baġit għal familja.
7] Konxju/konxja li xi familji għandhom riżorsi finanzjarji differenti u li familji bi dħul baxx għalhekk għandhom riżorsi u għażliet limitati.
 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI 
8] Kapaċi nidentifika miżuri li juru kif familji bi dħul baxx jistgħu jagħmlu għażliet tajbin għas-saħħa fil-limiti tal-baġit tagħhom.
9] Kapaċi nagħmel lista u niddiskuti forom differenti ta' reklami.
 IL-KOLLABORAZZJONI
10] Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' tipi differenti ta' ħwienet u ta' prattiċi tax-xiri.
IL-KOLLABORAZZJONI
11] Kapaċi nqabbel prodotti f'termini ta' kwalità, kwantità, prezz u ppakkjar, biex nagħmel l-aħjar għażla.
 KONJITTIVA
12] Nifhem id-differenzi bejn xiri pjanat u dak impulsiv u nifhem il-perikli relatati ma' dan.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
13] Kapaċi nagħmel lista u niddiskuti metodi differenti ta' ħlas.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
14] Kapaċi nispjega modi li bihom il-krettu jista' jintuża b'mod responsabbli.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
15] Naf id-differenza bejn kontijiet varji tal-banek.



L-Aspett tas-Suġġett: Is-Sigurtà u l-Immaniġġjar tar-Riskju

1] Kapaċi nagħraf il-perikli potenzjali għas-sigurtà fid-dar, fit-triq u f'postijiet tal-logħob.
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nipprevieni inċidenti fid-dar, fit-triq u f'postijiet tal-logħob.
 NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi nassoċja l-ideat ta' aċċessibbiltà u sigurtà. Kapaċi nagħmel lista' ta' miżuri li għandhom jittieħdu barra jew ġewwa d-dar u li jippromwovu dar iżjed aċċessibbli u sigura, b'mod partikolari għat-tfal u għall-anzjani.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
4] Kapaċi nuri li naf insegwi proċeduri bażiċi tal-Ewwel Għajnuna għal bosta ġrieħi sempliċi.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



L-Aspett tas-Suġġett: Interventi Prattiċi

1] Kapaċi nirriċerka u nuża informazzjoni b'mod effettiv biex ninvestiga kwistjonijiet relevanti permezz tal-użu tal-Matematika u l-ICT fejn hemm bżonn.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
2] Kapaċi naħdem b'mod effettiv bħala membru ta' tim.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
3] Kapaċi naħdem f'bosta rwoli bħala membru ta' tim.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
4] Kapaċi nfassal b'mod effettiv Pjan ta' Tħejjija (Preparation Sheet) għal kull kompitu mogħti.
 PRATTIKU
5] Nifhem l-immaniġġjar tal-ħin u tax-xogħlijiet.
6] Nifhem x'hemm bżonn għal għażla ta' ikel tajjeb għas-saħħa, għall-ħażna tiegħu u l-preparazzjoni, it-tisjir u t-tqassim, u biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni u tħassir.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
7] Nimxi mar-regoli tal-iġjene u s-sigurtà.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
8] Kapaċi nuża, kif suppost u b'mod sigur, bosta għodod u apparat fil-Laboratorju tal-Ikel.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
9] Nifhem kwistjonijiet ta' kura u żamma tal-apparat u l-postijiet ta' fejn isir ix-xogħol.
10] Kapaċi niddeskrivi u nieħu ħsieb b'mod effiċjenti l-użu ta' friġġ.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
11] Kapaċi nuża metodi ta' whisking u creaming biex nipprepara varjetà ta' kejkijiet tajbin għas-saħħa.
 KONJITTIVA
12] Kapaċi nuża bosta metodi ta' kif isiru l-kejkijiet biex nipprepara varjetà ta' ikel.
 KONJITTIVA
13] Kapaċi nagħmel għaġina tal-butir li tista' tintuża kemm għal platti ħelwin kif ukoll għal dawk li mhumiex.
 KONJITTIVA
14] Kapaċi nippjana, nipprepara, inservi u nevalwa kolazzjon tajjeb għas-saħħa.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
15] Kapaċi nippjana, nixtri l-ingredjenti u nipprepara ikel u xorb adattati għal kompiti differenti.
 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
16] Kapaċi nwettaq kompiti prattiċi billi nuża metodi differenti ta' tisjir.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
17] Kapaċi nipprepara, insajjar u nservi ikliet għal nies fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja u nies bi stili ta' ħajja differenti u bi bżonnijiet u preferenzi speċifiċi tad-dieta, fosthom morda jew konvalexxenti.
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
18] Kapaċi nippjana, nipprepara, inservi u nevalwa verżjonijiet iżjed tajbin għas-saħħa ta' riċetti tradizzjonali Maltin wara li nkun irranġajthom.
 IL-KOLLABORAZZJONI
19] Kapaċi nipprepara, insajjar u nservi ikel, ħelu u mhux, li jinvolvi t-tisjir bil-ħmira.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
20] Kapaċi nqabbel u nanalizza r-riżultati ta' kwalitajiet sensorji fi prodotti tal-ikel, bħad-dehra, eż. il-kulur u l-għamla, u t-togħma, eż. ħelwa, morra, mielħa jew aċiduża.

 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dar u l-Benesseri tal-Familja

1] Kapaċi nispjega r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-individwi f'familja.
 IL-BIDLA SOĊJALI
2] Kapaċi niddibatti u nisfida l-isterjotipi marbuta mas-sessi, ir-rwoli fid-dar u l-ideat ta' familja.
 IL-BIDLA SOĊJALI
3] Nifhem l-iżvilupp morali, psikoloġiku u intellettwali ta' membri tal-familja.
4] Kapaċi nagħmel lista tal- fatturi li jaffettwaw il-ħajja tal-familja u d-dinamika tar-relazzjonijiet fil-familja.
5] Kapaċi nagħmel lista ta' bosta ħiliet u responsabbiltajiet fit-trobbija tat-tfal.
6] Kapaċi nidentifika l-iżvilupp u l-bżonnijiet intellettwali, psikoloġiċi, emozzjonali, fiżiċi u soċjali tat-tfal tul it-tfulija tagħhom.
7] Nifhem il-bidliet li jgħaddu minnhom l-adolexxenti.
8] Kapaċi niddiskuti modi li bihom l-adolexxenti jistgħu juru r-responsabbiltà tagħhom lejn il-familja, il-komunità, l-iskola u fil-ħin liberu tagħhom.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
9] Konxju/konxja tal-bżonnijiet fiżiċi, psikoloġiċi, emozzjonali u soċjali tal-anzjani fi ħdan il-familja u l-komunità.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
10] Kapaċi nagħmel suġġerimenti ta' kif dawn il-bżonnijiet jistgħu jintlaħqu.
 NITGĦALLEM KIF
11] Kapaċi niddiskuti d-diffikultajiet li jiffaċċjaw persuni b'diżabbiltà u l-familji tagħhom. Kapaċi nissuġġerixxi modi ta' kif jistgħu jintegraw fil-komunità.
 NITGĦALLEM KIF
12] Nifhem xi tfisser li tgħix b'mod indipendenti u nista' nagħti eżempji ta' dan.
 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
13] Kapaċi nidentifika NGOs u entitajiet tal-gvern li jgħinu lill-familja b'mod sħiħ kif ukoll lill-membri individwali ta' familja.



L-Aspett tas-Suġġett: L-Immaniġġjar Sostenibbli u l-Użu Effettiv tar-Riżorsi

1] Kapaċi nispjega dwar l-importanza tal-iffrankar tal-enerġija u l-ilma fid-dar.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
2] Kapaċi nidentifika eżempji lokali ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u dawk li mhumiex. Kapaċi niddiskuti ż-żewġ għażliet.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
3] Kapaċi nagħmel lista ta' apparati li jiffrankaw ix-xogħol, li tista' ssib fil-Laboratorju tal-Ikel.
4] Nifhem l-użu ta' bosta apparati fil-Laboratorju tal-Ikel u kapaċi nużahom b'mod kompetenti, effiċjenti u sostenibbli.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Naf dwar il-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati meta persuna tixtri apparati li jiffrankaw ix-xogħol.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
6] Konxju/konxja tal-importanza li jintgħażlu oġġetti u servizzi li għandhom l-inqas impatt fuq l-ambjent.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
7] Nifhem il-periklu għas-saħħa tal-iskart domestiku.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
8] Kapaċi nispjega d-differenza bejn skart organiku, inorganiku, likwidu u solidu, u kapaċi nagħmel lista tal-benefiċċji meta persuna tissepara l-iskart fuq il-post.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
9] Kapaċi nissuġġerixxi metodi ta' kif jistgħu jiġu implimentati l-5Rs.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
10] Kapaċi nsemmi l-effetti sekondarji tal-iskart.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR




Agħti r-rispons tiegħek hawn