Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Ir-Russu > LEVEL 7





L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit

1] Kapaċi, niltaqa', nilqa', insellem u nuża espressjonijiet eż. Здравствуйте!, Доброе утро!, Добрый день!, Добрый вечер!, Привет!, До свидания!, Пока!
2] Kapaċi nintroduċi lili nnifsi, ngħid kemm għandi żmien, meta' nagħlaq snini, x'inhi n-nazzjonalità tiegħi u fejn noqgħod.
3] Kapaċi nuża forom differenti ta' kif nindirizza lil ħaddieħor biex nitkellem mal-ħbieb, mal-għalliema u ma' nies li ma nafx, bl-użu ta' modi formali u informali ta' indirizz u ta' lingwa. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
4] Kapaċi napoloġizza, nesprimi gratitudni, u nifraħ lil ħaddieħor, bir-Russu, bl-użu ta' frażijiet xierqa għall-kuntest soċjali  eż. Извините. Спасибо. Поздравляю.
5] Kapaċi nitkellem fil-qosor fuqi nnifsi.
6] Kapaċi nintroduċi lill-qraba u lill-ħbieb tiegħi bl-użu ta' kliem relatat mal-età, man-nazzjonalità u mar-residenza. 
7] Naf kif insaqsi mistoqsijiet sempliċi.
8] Kapaċi nifhem u nwieġeb mistoqsijiet sempliċi. 
9] Kapaċi nikkomunika ma' oħrajn u nibni djalogu qasir bir-Russu, bl-użu ta' lingwa sempliċi. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI



L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ

1] Kapaċi nsegwi ordnijiet sempliċi. 
2] Kapaċi nifhem kliem, espressjonijiet u proposti sempliċi mitkellma u familjari li jirrelataw miegħi u mal-ambjent soċjali u kulturali tiegħi.
3] Kapaċi nagħraf figuri ta' taħdit differenti, bħal sentenzi interrogattivi, dikjarattivi u imperattivi. 
4] Kapaċi nagħraf indizji ta' djalogu u nipparteċipa f'konversazzjonijiet qosra b'mod xieraq.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari

1] Kapaċi naqra testi qosra u sempliċi bir-Russu b'mod mexxej  eż. istruzzjonijiet fuq pakketti jew informazzjoni għall-viżitaturi.
2] Kapaċi nuża dizzjunarju bilingwi. 
IT-TAGĦLIM PERSONALI



L-Aspett tas-Suġġett:  Il-Kitba

1] Kapaċi nikteb l-ittri Russi minuskoli u majjuskoli.
2] Kapaċi nipprovdi dettalji ta' pussess fil-ktieb tiegħi tat-taħriġ eż. isem, klassi, suġġett.
3] Kapaċi nikteb kliem u sentenzi sempliċi.
4] Kapaċi noħloq kartolina.
 PRATTIKA
5] Kapaċi noħloq kards sempliċi ta' awguri u nikteb indirizz. 
6] Kapaċi nikteb testi qosra dwari nnifsi, dwar familti u dwar ħbebi.



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kompetenza Soċjokulturali

1] Kapaċi naħdem fi gruppi: inqassam ir-responsabbiltajiet, nikkalkula l-ammont ta' ħin u ta' xogħol, nikseb informazzjoni ġenerali u niddetermina l-valur tagħha. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
2] Kapaċi nieħu sehem fi rwoli soċjali differenti fi kwalunkwe sitwazzjoni. 
3] Nirrispetta lil nies oħrajn u napprezza li nies differenti għandhom opinjonijiet differenti. 



L-Aspett tas-Suġġett: Il-Grammatika 

1] Naf żewġ klassijiet tan-nom: l-animat u l-inanimat eż. Что это? Это класс.
Это азбука. Это окно. Кто это?
Это ученик. Это учительница.

2] Naf in-nomi fis-singular u fil-plural eż. гриб - грибы, мяч - мячи, лампа - лампы, девочка - девочки, окно - окна, море - моря.
3] Naf it-tliet modi tal-ġens tan-nom: il-maskil eż. брат (он, мой), il-femminil eż. брат (он, мой), in-newtru eż. письмо (оно, моё).
4] Naf tliet deklinazzjonijiet tan-nomi: l-ewwel eż. мама, семья, it-tieni eż. мальчик, дождь, it-tielet eż. слово, море.
5] Naf sitt każijiet tan-nomi: in-nominattiv, il-ġenittiv, l-akkużattiv, id-dattiv, il-lokattiv u l-istrumentattiv. 
6] Naf il-forom irregolari komuni tan-nomi eż друзья, дома.
7] Naf kif nuża l-aġġettivi f'forom twal fil-każijiet kollha fis-singular u fil-plural u l-aġġettivi bil-prefiss 'не'.
8] Naf kif nuża l-forom tal-avverbju bis-suffiss 'o' eż. быстро.
9] Naf kif nuża l-pronomi personali fil-każijiet kollha. 
10] Naf kif nuża l-pronomi possessivi fin-nominattiv, fis-singular u fil-plural eż. его, её, их.
11] Naf kif nuża t-tempi differenti tal-verbi eż. preżent, imperfett u perfett, passat u futur imperfett.
12] Naf kif nuża l-infinittivi.
13] Naf kif nuża l-verbi riflessivi. 
14] Naf kif nuża l-imperattivi komuni eż.  Дай, дайте u l-ordnijiet tal-klassi biss.
15] Naf l-użu standard tal-verbi ходить, идти, пойти u ездить, ехать, поехать.
16] Naf kif nuża l-kostruzzjonijiet impersonali eż. Надо (=нужно) fit-temp preżent u Можно fit-temp preżent. 
17] Naf il-ħin u d-dati bir-Russu: il-format tal-arloġġ bl-24 siegħa eż. 8.30 19.25; il-ġranet u x-xhur; informazzjoni personali importanti bħal għeluq tas-snin, in-numru tat-telefown, l-indirizz; dati importanti oħrajn. 
18] Naf kif nuża n-negazzjoni: in-negazzjoni sempliċi bl-użu ta' не, нет + il-ġenittiv.
19] Naf kif nuża n-numri u l-kwantità: in-numri kardinali fin-nominattiv, il-każijiet l-oħra għall-użu komuni, numri ordinali għad-dati, in-numri ordinali meta nirreferi għan-numri tas-sulari . на первом этаже.




Agħti r-rispons tiegħek hawn