Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

Il-Ġermaniż > LEVEL 9





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Introduzzjonijiet

1] Kapaċi nwieġeb b'mod xieraq f'sitwazzjonijiet soċjali differenti meta niltaqa' ma' ħaddieħor, u nuża modi formali u informal biex nindirizzahom, inkluż talbiet u ordnijiet aktar kumplessi u lingwaġġ edukat.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nintroduċi lili nnifsi u lil ħaddieħor b'kunfidenza u ngħid xi ħaġa dwari u dwarhom.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
3] Kapaċi nitkellem dwar il-flus fil-but (pocket money) u nispjega kif naqla' l-flus minn xogħol  part-time. 
 PRATTIKA
4] Kapaċi nuża vokabolarju u strutturi marbuta ma' xogħlijiet/professjonijiet u nuri t-tisħiħ tiegħi fin-numri, fl-opinjonijiet, fl-aġġettivi, f'firxa ta' verbi u verbi modali regolari u irregolari u nuża l-pronomi fl-akkużattiv u d-dativ tajjeb eż.. 'Mir geht es gut!' Ich möchte nicht als Lehrerin arbeiten. Ich finde den Job anstrengend.
5] Kapaċi niddiskuti ma' ħaddieħor l-flus fil-but (pocket money) u kif nonfoqhom. Nagħmel dan billi nuża  'kaufen, verdienen, ausgeben'u nuri t-tisħiħ tiegħi fil-lingwa għall-affarijiet li jogħġbuni u ma jogħġbunix u l-preferenzi tiegħi.
  IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
6] Kapaċi nifhem testijiet b'lingwaġġ l-aktar familjari u fuq il-flus fil-but (pocket money) ta' ħaddieħor u/jew impjiegi part-time.
7] Kapaċi nikteb test sempliċi dwar il-flus fil-but (pocket money) /ix-xogħol part-time tiegħi niddeskrivi x'nagħmel biex naqla' l-flus u b'hekk nuri t-tisħiħ tiegħi fil-lingwa u l-vokabolarju marbut ma' xogħol fid-dar u l-membri tal-familja u nuża prepożizzjonijiet u espressjonijiet li juru l-għan eż. 'Um mein Taschengeld zu verdienen, muss ich…'
8] Kapaċi nitkellem fuq x'nixtieq nagħmel meta nitlaq mill-iskola u nistaqsi Iil ħaddieħor fuq l-intenzjonijiet tal-karriera tagħhom eż. 'Ich möchte als Architekt arbeiten'.
 INTERPERSONALI
9] Kapaċi ngħid x'suġġetti neħtieġ nistudja għall-karriera tal-għażla tiegħi u nistaqsi lil ħaddieħor x'suġġetti jeħtieġu jistudjaw huma.
10] Kapaċi nuża frażijiet bħal  'einen Kurs machen, auf die Uni gehen, im Ausland arbeiten' u kliem bħal- 'nach, später, dann, eines Tages, danach, anschließend'.
11] Kapaċi nifhem testi dwar tipi ta' għażliet differenti ta' karrieri.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kalendarju

1] Kapaċi nikkomunika faċilment fuq it-temp u kwalunkwe okkażjoni/attività speċjali billi nitkellem dwar l-esperjenzi personali tiegħi, billi nuża espressjonijiet u prepożizzjonijiet tal-ħin, kif ukoll it-temp it-tajjeb.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi nuża prepożizzjonijiet marbuta ma' postijiet u dati, billi nuża l-każijiet fl-akkużattiv u d-dativ u s-suffissi tajbin tan-nomi  eż.''vor zwei Jahren, fünf Jahre lang'; Kapaċi nuri t-tisħiħ tiegħi fl-espressjonijiet ta' rutina/żmien eż. gewöhnlich,normalerweise, selten.
3] Kapaċi nisma' t- tbassir tat-temp dettaljat bil-Ġermaniż u nifhem il-biċċa l-kbira minnu.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Familja, l-Annimali Domestiċi u l-Ħbieb 

1] Kapaċi nifhem testi marbuta mal-familja u l-annimali domestiċi inkluż l-lingwa bażika fil-ġenittiv.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Niddeskrivu lil ħaddieħor 

1] Kapaċi nuża l-lingwa tajjeb biex niddeskrivi lili nnifsi u lil ħaddieħor b'rispett.
 LINGWAĠĠ ESPRESSIV
2] Kapaċi nuża l-Iingwa b'mod kreattiv u addattat biex nikteb deskrizzjonijiet fuqi nnifsi u fuq ħaddieħor, mingħajr ma nuri  nuqqas ta' rispett eż. kapaċi noħloq profil onlajn; kapaċi nwieġeb lil 'Annoncen'.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
3] Kapaċi nisma' deskrizzjoni ta' persuna jew persuni bil-Ġermaniż u nifhem ħafna minnha. 
 IL-QARI U L-FEHIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Iskola

1] Kapaċi nitkellem u nikteb fuq l-affarijiet li jogħġbuni u ma jogħġbunix fuq l-iskola tiegħi.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nisma' kelliema -Ġermaniżi u nifhimhom sew meta jitkellmu fuq l-iskola fil-Ġermanja. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
3] Kapaċi nifhem testi fuq is-sistema skolastika Ġermaniża.
 IL-QARI U L-FEHIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Opinjonijiet

1] Kapaċi nitkellem faċilment fuq x'jogħġobni u x'ma jogħġobnix.
2] Kapaċi nitkellem faċilment fuq x'jogħġobni u x'ma jogħġobnix  u nagħmel mistoqsijiet relatati; filwaqt li napprezza u nirrispetta l-ideat u/jew perspettivi differenti.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
3] Kapaċi nikteb ittri formali/informali biex nesprimi x'jogħġobni u x'ma jogħġobnix, u nagħti r-raġunijiet għall-opinjoni tiegħi, billi nuża konjugazzjonijiet  eż. denn, weil, dass
 IL-KITBA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dar u ż-Żona tal-Madwar 

1] Kapaċi ngħid x'nagħmel biex nipproteġi l-ambjent u nistaqsi lil ħaddieħor x'qed jagħmlu huma. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Kapaċi nuri t-tisħiħ fl-espressjonijiet ta' karatteristiċi ġeografiċi bħal 'der Berg, das Meer, der See, der Wald'. 
3] Kapaċi nuża vokabolarju marbut mal-ambjent  eż. 'die Umwelt, die Umweltverschmutzung, die Wiederverwertung, das Recycling, das Naturschutzgebiet'.
 NITGĦALLEM KIF
4] Kapaċi nifhem testi sempliċi b'lingwaġġ l-aktar familjari fuq kwistjonijiet ambjentaIi fil-pajjiż tiegħi u f'pajjiżi oħra.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
5] Kapaċi nikkollabora ma' ħaddieħor biex nirriċerka, nipproduċi u nippreżenta powster/preżentazzjoni bil-Ġermaniż fuq il-protezzjoni tal-ambjent.
 NITGĦLLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Vaganzi 

1] Kapaċi nifhem testi b'lingwaġġ l-aktar familjari fuq destinazzjonijiet għal vaganzi. 
2] Kapaċi nitkellem fuq vaganza/vaganzi fil-passat u nifhem lil ħaddieħor  meta jitkellmu fuq vaganzi fil-passat u naf meta nuża fil-perfett u fl-imperfett  eż. ma' 'haben', 'sein' u verbi modali.
3] Jiena familjari mal-lingwaġġ marbut ma' tipi differenti ta' vaganzi u akkomodazzjoni tal-vaganzi, bħal 'Urlaub auf dem Bauernhof', 'Campingurlaub', 'Kreuzfahrt'.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi niddeskrivi l-vjaġġ ideali tiegħi billi nuża  'Ich will nach Österreich fahren, um mein Deutsch zu verbessern. Ich möchte nach Holland fliegen, weil…' 
 IL-KITBA
5] Kapaċi nuża sit elettroniku Ġermaniż biex nibbukkja vaganza u biex nibbukkja l-akkomodazzjoni.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
6] Kapaċi nifhem testi b'lingwaġġ l-aktar  familjari marbut ma' attivitajiet fuq vaganza.
7] Kapaċi nikteb test qasir fuq vaganza reċenti, u nagħmel użu tajjeb fil-perfett u l-imperfett.
 IL-KITBA
8] Kapaċi nirriċerka u nipproduċi, f'kollaborazzjoni ma' ħaddieħor, reklam/preżentazzjoni li tippromwovi destinazzjoni għal vaganza, reali jew immaġinarja, bil-Ġermaniż.
 IL-PRATTIKA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rutina ta' Kuljum

1] Kapaċi nitkellem fuq xi xtrajt għalija jew għal ħaddieħor u nistaqsihom xi xtraw, billi nagħmel użu tajjeb mill-pronomi personali fil-każ fl-akkużattiv u d-dativ, kif ukoll fil-passatt (perfett) eż.'Ich habe ihr einen Schal gekauft'.
2] Kapaċi niddiskuti x'hemm x'tagħmel f'ġurnata/ħin partikulari billi nuża vokabolarju bħal 'Was gibt es zu tun? Es läuft ein guter Film im Kino. Es gibt ein interessantes Judoturnier, ein wichtiges Fußballspiel'. 
3] Kapaċi norganizza laqgħa ma' persuni oħra u  nuri t-tisħiħ tiegħi fil-frażijiet tal-ħin u prepożizzjonijiet tal-postijiet, okkażjonijiet u trasport eż. 'wollen. Treffen wir uns um…am/an der…'; u lingwaġġ sempliċi tan-negozzjar eż. 'willst du, möchtest du…?'
 LINGWAĠĠ ESPRESSIV
4] Kapaċi niddiskuti ma' ħaddieħor kif nasal f'postijiet soċjali u x'beħsiebna nilbsu jiena u huma eż. Was trägst du?'
5] Kapaċi nuri t-tisħiħ tiegħi fl-użu ta' espressjonijiet tat-trasport, ħwejjeġ, kuluri, aġġettivi eċċ.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
6] Kapaċi niddeskrivi okkażjoni soċjali riċenti u nistaqsi lil ħaddieħor fuq  okkażjonijiet soċjali li attendew bili nuża l-lingwa fil-perfett u fl-imperfett.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
7]Kapaċi nifhem testi sempliċi b'lingwaġġ familjari fuq attivitajiet soċjali u l-midja soċjali.
8] Kapaċi nikteb test qasir fuq attività soċjali riċenti li attendejt.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Ħajja f'Saħħitha

1] Kapaċi ngħid li ma niflaħx u x'għandi, billi nuża lingwaġġ aktar kumpless.
2] Kapaċi nitkellem b'ħeffa fuq kif inħossni u kapaċi nistaqsi b'ħeffa lil ħaddieħor kif iħossuhom,  billi nuża vokabolarju marbut mas-suġġett.
3] Kapaċi nagħmel appuntament ma' tabib jew dentist.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: It-Teknoloġija 

1] Kapaċi niddiskuti tipi differenti ta' midja soċjali mal-oħrajn billi nuża l-lingwaġġ tal-midja soċjali eż. 'posten, kommentieren, der Beitrag, über Facebook kontaktieren, auf ‘Twitter’ sein, jdm auf ‘Twitter’ folgen, Soziale Medien sind nützlich'.
2] Kapaċi nagħraf testi bażiċi bil-Ġermaniż ta' ‘kliem imqassar’, bħal 'LG'.
 L-IMMANIĠĠJARTA L- INFORMAZZJONI 
3] Kapaċi nuża dizzjunarju onlajn Ġermaniż-Ingliż b'mod  effettiv.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL- INFORMAZZJONI
4] Kapaċi nifhem testi bażiċi marbuta mal-użu tal-Internet u l-midja.
5] Kapaċi nikteb fuq kif nuża t-teknoloġija fil-ħajja tiegħi billi nuri t-tisħiħ tiegħi fil-verbi, 'wollen, sollen, müssen, dürfen, mögen, können'.
6] Kapaċi nabbona/nirreġistra fuq websajt Ġermaniża u/jew   newsletter.
 IL-MIDJA DIĠITALI
7] Waħdi, jew f'kollaborazzjoni mal-oħrajn, kapaċi ntella' l-profil tal-klassi tiegħi tal-lingwa bil-Ġermaniż, biex nagħmel kuntatt ma' studenti oħra tal-Ġermaniż madwar id-dinja.
 L-IMMANIĠJAR TAT-TAGĦLIM
8] Kapaċi nuża t-teknoloġija faċilment biex  nikkomunika, bil-Ġermaniż, ma' studenti oħra tal-Ġermaniż u napprezza l-kulturi, il-perspettivi u l-opinjonijiet differenti tagħhom.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Kwistjonijiet Soċjali u ż-Żgħażagħ 

1] Kapaċi nifhem testi b'lingwaġġ l-aktar familjari fuq kwistjonijiet soċjali u taż-żgħażagħ bħal problemi fost il-membri tal-familja, problemi l-iskola u l-qgħad, eż. 'Probleme in der Familie, Probleme in der Schule, Arbeitslosigkeit'. 
2] Kapaċi nuża l-lingwa biex inwieġeb b'mod xieraq għal  kwistjonijiet u sitwazzjonijiet bħal dawn eż. 'Ich verstehe mich nicht gut mit meinem Bruder,
Ich finde meine Mitschüler/innen unfreundlich, Ich habe Angst, dass ich keine Ar
beit finde'.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: ​L-Ikel u x-Xorb

1] Kapaċi nistaqsi għal mejda u menù meta nordna l-ikel u x-xorb f'ristorant jew f'kafetterija u kapaċi nitkellem faċilment fuq l-ikel.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi niddeskrivi/nitkellem fuq it-togħmiet  eż. 'Diese Suppe ist salzig; Dieser Kaffee ist zu stark'.
3] Kapaċi nikkummenta fuq l-ikel, biex nagħti kumpliment jew nagħmel ilment . 'Der Kaffee ist lauwarm; Diese Nudeln sind zu weich', billi nikkonsolida l-użu tal-aġġettivi.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nikteb tweġiba qasira bil-Ġermaniż għal sitwazzjonijiet/ djalogi sempliċi/ kitbiet qosra/fuljetti/reklami fuq suġġetti relatati mas-servizzi f'ristorant billi nuża t-tempi tajbin fil-preżent u fil-passat.
 IL-KITBA
5] Kapaċi nitkellem b'mod li jinftiehem minn kelliem nattiv imdorri jitratta ma' barranin fuq suġġetti marbuta ma' servizzi tal-catering f'lukandi u ristoranti.




Agħti r-rispons tiegħek hawn