Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija
It-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni > LEVEL 7
L-Aspett tas-Suġġett: L-ICT fid-dinja tal-lum
1] Kapaċi nirrakkonta l-istorja tat-teknoloġija u l-Internet u nsemmi wħud mill-kontributuri li ffurmaw il-pajsaġġ tal-ICT tal-lum e.ż. Alan Turing, Joan Clarke, Tim Berners Lee, CERN u oħrajn.
2] Kapaċi niddeskrivi l-influwenza li kellhom it-Tieni Gwerra Dinjija u l-militar fuq it-teknoloġija e.ż. il-magna "Enigma" u l-ħolqien tas-supercomputers.
3] Kapaċi niddeskrivi l-evoluzzjoni tal-pajsaġġ teknoloġiku tal-lum u l-avvenimenti li sawruh e.ż. il-Gwerra tas-Sistemi Operattivi, il-Gwerra tal-Brawżers, il-Homebrew Computer Club u r-Rivoluzzjoni tal-Midja Soċjali.
4] Kapaċi nispjega x'inhu kompjuter u nelenka r-raġunijiet għalfejn il-persuni għandhom bżonn il-kompjuters.
5] Kapaċi niddistingwi bejn it-tipi u l-użi differenti tal-kompjuters, li huma s-supercomputers, il-cluster computers, il-mainframes, il-gaming rigs, il-workstations, il-laptops, it-tablets, l-ismartphones u l-wearables (kompjuters li jistgħu jintlibsu).
6] Kapaċi niddiskuti fi grupp dwar l-impatti tan-netwerking soċjali fuq l-istil ta' ħajja tal-lum.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
7] Kapaċi niddeskrivi x'inhi marka diġitali, kif taffettwa lili u lill-prospetti ta' impjieg tiegħi.
8] Kapaċi nidentifika modi kif jistgħu jitħassru l-marki diġitali.
9] Kapaċi nidentifika u nagħraf minn xulxin it-tipi differenti ta' tagħmir ta' input e.ż. capacitative touchscreen, keyboards mekkaniċi u tagħmir bijometriku.
10] Kapaċi nidentifika u niddistingwi minn xulxin it-tipi differenti ta' tagħmir tal-output e.ż. stampaturi 3D, ologrammi u t-tipi differenti ta' teknoloġija tal-iskrins.
11] Kapaċi nidentifika u niddistingwi minn xulxin it-tipi differenti ta' apparat tal-ħżin e.ż. solid-state hard disk, unitajiet ta' qari ottiku u riżorsi tal-ħżin onlajn.
12] Kapaċi niddetermina, nikklassifika, niddeskrivi, nagħraf u nuża l-oġġetti bl-istess mod kif jagħmel kompjuter (id-Dinja Oġġettiva).
13] Kapaċi naħdem fi grupp biex nippjana u noħloq logħba li tuża oġġetti, 'triggers' u skor, bl-użu ta' lingwa tal-ipprogrammar viżwali e.ż. KoduTM.
INTERPERSONALI
14] Kapaċi noħloq kanzunetta diġitali b'ħafna 'tracks' bl-għajnuna ta' freeware u kampjuni lesti minn qabel e.ż. Soundation StudioTM.
PRATTIKA

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Robotika, l-Awtomazzjoni u Introduzzjoni għas-Sistemi tal-Kompjuter
1] Kapaċi noħloq animazzjoni qasira li tiddeskrivi l-passatemp favorit tiegħi bl-użu ta' softwer ta' animazzjoni onlajn b'xejn e.ż. Pivot
SickfigureTM, StykzTM, Anim8orTM, SynfigTM, AnimationishTM, Flip Boom
ClassicTM, StoryboardTM,
ALiceTM, BlenderTM, AniboomTM.
PERSONALI
2] Kapaċi npinġi mudell sempliċi ta' input-ipproċessar-output e.ż.il-Von Neumann Block Model.
3] Kapaċi niddistingwi bejn unitajiet ta' ħżin.
4] Kapaċi niddistingwi bejn il-memorja ewlenija u l-ħżin sekondarju u nindika l-karatteristiċi tagħhom e.ż. il-volatilità.
5] Kapaċi niddistingwi bejn rwoli speċifiċi fit-teknoloġija u oqsma relatati mal-kompjuters e.ż. produtturi tal-logħob, produtturi tal-awdjo u l-vidjo, hackers u speċjalisti tas-sigurtà, intrattenituri diġitali u inġiniera tar-robotika.
6] Kapaċi noħloq 'mind-map' biex nispjega kunċett ta' logħba oriġinali.
7] Kapaċi niddeskrivi kif jaħdem stampatur 3D u fejn jintuża.
8] Kapaċi niddistingwi bejn Mudellar Sterjolitografiku u Mudellar "Fused Deposition" fl-istampar 3D .
9] Kapaċi nfittex u nniżżel mudell stampabbli 3D minn 'open source'. e.ż. ThingiverseTM.
10] Kapaċi nuża stampatur 3D biex nistampa mudell 3D b' 'open source' imniżżel.
11] Kapaċi niddeskrivi kif jaħdem l-IoT (Internet of Things) u kif se jaffettwali ħajti.
12] Kapaċi naħdem f'tim biex noħolqu robot li jista' jagħmel kompitu sempliċi.
IT-TAGĦLIM KREATTIV