Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija
It-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni > LEVEL 9
L-Aspett tas-Suġġett: Jien Imprenditur Diġitali
1] Kapaċi nikkollabora, nirriċerka u noħloq prodott ġdid relatat mat-teknoloġija biex insolvi problema realistika.
2] Kapaċi niddeskrivi l-benefiċċji tal-istrutturi ta' 'crowd funding' u tal-pjattaformi għall-imprendituri diġitali żgħar u mikro biex iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.
3] Kapaċi nikkollabora f'tim ta' erba' persuni (massimu).
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
4] Kapaċi nirriċerka l-oriġinalità tal-prodott tiegħi u nagħmel analiżi tal-offerti attwali fis-suq.
5] Kapaċi nlesti dokument li jispeċifika d-definizzjoni tal-problema, il-proċess tad-disinn, ir-riżorsi u l-iskeda taż-żmien.
6] Kapaċi nagħmel disinn ta' prodott ġdid billi noħloq mudell 2D/3D.
PRATTIKA
7] Kapaċi nirriklama l-prodott tiegħi fuq il-midja stampata e.ż. powster, riklam fuq rivista, fuljett.
8] Kapaċi nippreżenta l-prodott tiegħi lil udjenza u nispjega l-użu prattiku tal-prodott.
9] Kapaċi noħloq vidjo istruttiv qasir li jispjega kif jaħdem il-prodott, intellgħu bħala vidjo privat fuq YoutubeTM u nippreżentah lill-istess udjenza teknoloġika.