Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

It-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni > LEVEL 8





L-Aspett tas-Suġġett: Sistemi ta' Multimedia u Kompjuters

1] Kapaċi niddistingwi bejn bosta Sistemi Operattivi e.ż. WindowsTM, LinuxTM u AndroidTM.
2] Kapaċi nidentifika l-livelli bażiċi ta' Sistema Operattiva e.ż. Kernel, softwer tal-applikazzjoni u softwer tas-sistema.
3] Kapaċi nidentifika d-differenzi ewlenin bejn l-istallazzjoni u t-tneħħija ta' applikazzjonijiet fuq l-ambjenti ta' Sistemi Operattivi differenti
e.ż. App StoreTM, Play StoreTM, Linux Open RepositoryTM u Microsoft StoreTM.
4] Billi nosserva l-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta u d-drittijiet tal-awtur kapaċi nuża applikazzjoni 'open source' għall-editjar tal-awdjo e.ż. Audacity biex inwettaq il-kompiti li ġejjin:
Naqra 'sound wave' 
• Napplika effett fuq 'sound wave' biex innaqqas il-ħoss
• Naqta' biċċiet minn 'sound wave' biex noħloq 'sound wave' tal-awdjo ġdida
• Nesporta l-awdjo tiegħi f'mp3 u formati oħrajn
• Intella' l-awdjo tiegħi fuq servizz 'open source' tad-diski e.ż. SoundCloudTM.
5] Billi nosserva l-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta u d-drittijiet tal-awtur kapaċi nuża softwer b'xejn għall-editjar tal-vidjo biex inwettaq il-kompiti li ġejjin: 
• Neditja vidjo e.ż. ta' attività skolastika 
• Inżid it-test mal-vidjo
• Napplika effetti differenti f'partijiet differenti tal-vidjo
• Nissinkronizza l-vidjo mal-awdjo
• Nesporta l-vidjo billi nuża metodu ta' kompressjoni
• Intella' l-vidjo tiegħi bħala vidjo privat fuq sit għat-tqassim tal-vidjows e.ż. YouTubeTM.
 PERSONALI
6] Kapaċi nuża softwer ta' editjar WYSIWYG HTML biex noħloq sit web sempliċi ta' mhux anqas minn żewġ paġni konnessi flimkien, marbutin b'menu tan-navigazzjoni li jinkludi fih ritratti li jkunu ġew mogħtijin f'daqs ieħor.  
 PRATTIKA
7] Kapaċi noħloq mudell 3D bl-użu ta' softwer b'sors miftuħ e.ż. Google SketchupTM li jinkludi
• Il-modifika tal-forom primittivi
• Il-kombinazzjoni u t-tnaqqis ta' żewġ primittivi
• L-applikazzjoni tal-materjali.
 PERSONALI



L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Riċerka, l-Etika Diġitali u l-Ikkowdjar

1] Kapaċi nipproponi modi kif innaqqas il-firda diġitali e.ż. jitnaqqas il-faqar tal-informazzjoni, titqajjem kuxjenza dwar iċ-ċensura tal-informazzjoni u l-għoti ta' aċċess globali għar-riżorsi.
2] Kapaċi nuri, permezz ta' għażla ta' mezz ta' komunikazzjoni li rrid, il-bidla kostanti fil-karatteristiċi tar-robotika u l-Intelliġenza Artifiċjali fl-industrija tal-films tul iż-żminijiet. 
3] Kapaċi niddiskuti l-implikazzjonijiet li se jkollhom l-avvanz fir-riżorsi tal-Intelliġenza Artifiċjali u s-Sistemi ta' Intelliġenza Avvanzata fuq l-umanità u d-dinja tax-xogħol. 
4] Kapaċi niddiskuti l-impatt ta' Għodod tal-Midja Soċjali Anonimi fuq reati kriminali e.ż. Bullying fuq l-Internet, ir-Rikatti Diġitali, Sextortion eċċ.
5] Kapaċi niddistingwi bejn riċerka kwantitattiva u kwalitattiva.
6] Kapaċi niddeskrivi l-proċess ta' intervista biex niġbor dejta kwalitattiva e.ż. l-intervista u r-rekordjar, it-traskrizzjoni, l-ikkowdjar u l-estrapolazzjoni/ipoteżi.
7] Kapaċi nippjana, infassal u noħloq kwestjonarju għal xenarju speċifiku bl-użu ta' softwer għall-kwestjonarji e.ż. Google DocsTM u nippreżenta s-sejbiet empiriċi fuq spreadsheet.
8] Kapaċi nuża l-HTML 'text editor' biex noħloq sit web sempliċi dwar proġett ambjentali tal-iskola. 
9] Kapaċi ninkorpora ġewwa waħda mill-paġni li ħloqt, vidjo minn sors estern.
10] Kapaċi nivvaluta b'mod etiku l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn li ġejjin: 
• Titjib Bijomekkaniku/ Modifika tal-Ġisem
• Estensjoni tal-Mortalità
• Ir-Rwol tar-Robotika fis-Soċjetà.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN




Agħti r-rispons tiegħek hawn