Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

L-Ispanjol > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Introduzzjonijiet

1] Kapaċi nirriċerka, nipprepara u nagħmel preżentazzjoni fuq karriera partikolari inkluż informazzjoni fuq in-natura tal-impjieg l-importanza u r-rilevanza tiegħu fis-soċjetà tal-lum, kif ukoll il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi personali meħtieġa.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Kalendarju 

1] Kapaċi nirriċerka informazzjoni fuq pajjiż fejn jitkellmu bl-Ispanjol u nikteb artiklu fuq il-kundizzjonijiet tat-temp.
 L-IMMANIĠĠJAR  TAL-INFORMAZZJONI

2] F'kollaborazzjoni mal-oħrajn, kapaċi nipprepara tbassir tat-temp għat-televiżjoni li jqabbel it-temp fi bliet/pajjiżi differenti għal ġimgħa partikolari.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi naqra u nagħmel sommarju ta' testi biex nippreżenta t-tbassir u l-kundizzjonijiet tat-temp fi bliet/pajjiżi differenti.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Familja u l-annimali domestiċi

1] Kapaċi nikteb artiklu jew kitba fuq annimali li huma f'periklu ta' estinzjoni.
 NITGĦALLEM KIF INSIR NAF
2] Kapaċi noħloq fuljett ma' ħaddieħor fuq il-bżonnijiet u l-kura tal-annimali domestiċi.
 
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Niddeskrivi lill-Oħrajn

1] Kapaċi nisma' intervista ma' persuna distinta minn pajjiż fejn jitkellmu bl-Ispanjol u nagħmel sommarju tal-kontenut bil-kitba u/jew nuri l-abbiltà tiegħi verbalment li fhimt u li napprezza d-diversità tal-kultura u l-perspettivi fis-soċjetà.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Iskola

1] Kapaċi nipparteċipa mal-oħrajn biex nikteb artikli fuq l-iskola bl-Ispanjol għar-rivista tal-iskola. 
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI
2]  Kapaċi nipprepara preżentazzjoni fuq kif l-iskejjel jistgħu jitjiebu u jsiru aktar sostenibbli u favur l-ambjent.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
3] Kapaċi nirriċerka artikli u nikteb esej fuq tipi differenti ta' skejjel fi tlieta/erba' pajjiżi fejn jitkellmu bl-Ispanjol, u nqabbel u nagħmel kuntrast tal-iskejjel u s-sistemi edukattivi.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Opinjonijiet

1] Kapaċi nirriċerka testi u pitturi marbutin mal-ġlied tat-toru u nagħmel preżentazzjoni fuq dan is-suġġett u nenfasizza l-importanza tal-barrin f'fiestas', Spanjoli u nagħti interpretazzjoni tal-pitturi li rriċerkajt billi nuża espressjonijiet bħal ´En mi parecer el pintor quería destacar el aspecto ocioso de la corrida de toros frente a este otro que la señala como un acto cruel e inhumano.'
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Kapaċi naqra testi u artikli b'mod kritiku u analitiku marbutin mal-ġlied tat-toru li juru ideat u perspettivi differenti.
IL-BIDLA SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dar u ż-żona tal-madwar

1] Kapaċi nikteb artiklu fejn nenfasizza kwistjonijiet ambjentali bħal ' el cambio climático, la capa de ozono, la falta de recursos', u ninkludi miżuri sostenibbli li jgħinuna nikkumbattu l-problemi li jidhru billi nuża strutturi bħal ´Hay que evitar usar sprays para proteger la capa de ozono.´
 
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
2] Kapaċi nirriċerka testi fuq kwistjonijiet ambjentali fil-pajjiż tiegħi u f'pajjiżi oħra (preferibbilment f'pajjiżi fejn jitkellmu bl-Ispanjol) u nuża din l-informazzjoni biex noħloq u nippreżenta rapport li jqabbel il-protezzjoni ambjentali f'pajjiżi oħra ma' dawk fil-pajjiż tiegħi, individwalment jew f'kollaborazzjoni mal-oħrajn.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ħin Liberu

1] Kapaċi nikteb rapport fejn inqabbel reċensjonijiet fuq logħba tal-vidjow, ktieb jew film partikolari.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Vaganzi

1] Kapaċi nsegwi diskussjoni fuq il-vantaġġi/l-iżvantaġġi ta' tipi ta' vaganzi differenti, nieħu nota tal-argumenti ewlenin li jjissemmew u nagħmel sommarju tagħhom f'rapport.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rutina ta' Kuljum

1] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta avvenimenti soċjali fil-kuntest lokali ma' pajjiżi oħra fejn jitkellmu bl-Ispanjol u nikteb rapport għal rivista/gazzetta/
il-midja soċjali biex insemmi t-temi karatteristiċi u differenzi ewlenin.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Ħajja f'Saħħitha

1] Kapaċi niddiskuti kwistjonijiet marbuta ma' ikel tajjeb għas-saħħa, l-isport u l-attività fiżika u nenfasizza l-benefiċċji, inqabbel u nikkuntrasta ideat billi nuża espressjonijiet bħal 'Es importante que / Es imprescindible que / Es recomendable que / Es necesario que' + Presente de Subjuntivo, 'Se recomienda que / Se aconseja que / Se sugiere que' + Presente de Subjuntivo.
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi niddiskuti prattiċi li mhumiex  tajbin għas-saħħa billi nuża strutturi bħal ´No se debe fumar / No es aconsejable que fumes' segwiti mill-infinitiv jew il-Presente de Subjuntivo kif meħtieġ.
 NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: It-Teknoloġija

1] Kapaċi nirriċerka u nikteb artiklu jew rapport għall-ġurnal tal-iskola fuq kif iż-żgħażagħ għandhom jużaw it-teknoloġija b'mod responsabbli u sigur.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET
2] Kapaċi nirriċerka u noħloq preżentazzjoni bl-isem Presente y futuro de la tecnología fuq l-irwol tat-teknoloġija fil-futur.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Iċ-Ċittadinanza

1] Kapaċi nirriproduċi informazzjoni li ġbart minn intervista li għamilt ma' persuna attivament involuta f'organizzazzjoni tal-karità lokali jew NGO u nenfasizza x-xogħol li tagħmel organizzazzjoni bħal din u kif tibbenefika l-komunità.
2] Kapaċi nikkollabora mal-oħrajn biex nirriċerka u nipproduċi rapport fuq kwistjoni marbuta ma' problemi soċjali fil-kuntest lokali bħal: il-faqar/persuni mingħajr dar, il-qgħad, l-abbuż tad-drogi u tal-alkoħol u l-immigrazzjoni illegali.
 NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Ikel u Xorb

 1] Kapaċi nikteb reċensjoni biex niddeskrivi l-esperjenza tiegħi wara żjara f' restorant lokali, eż. ´Este restaurante superó todas las expectativas. Combina comida española con abundantes platos europeos. Ideal para un noche con amigos.'




Agħti r-rispons tiegħek hawn