Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Lingwi

L-Ispanjol > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Introduzzjonijiet

1] Kapaċi nistaqsi jekk persuna tafx lil xi ħadd u nippreżentaha lill-oħrajn, eż. '¿Conoces a Miguel? Ven te lo presento.'
2] Kapaċi nitlob lil persuna oħra tintroduċini lill-oħrajn, eż. '¿Me presentas a tu prima?'
3] Kapaċi nagħti merħba lil xi ħadd meta jżuru post partikolari billi nuża espressjonijiet bħal 'Bienvenido/a, es bueno tenerte aquí, estás en tu casa.'
4] Kapaċi nagħmel apoloġija, u nagħti raġuni billi nuża espressjonijiet bħal 'Perdón / Disculpa/e / Lo siento + es que'.
5] Kapaċi nwieġeb għal apoloġija billi nuża espressjonijiet bħal 'No importa, No te preocupes, No pasa nada'.
6] Kapaċi ngħid grazzi billi nuża strutturi bħal 'Gracias por todo, Gracias por el regalo / tu ayuda, Te lo agradezco muchísimo.'
7] Kapaċi nifraħ lil ħaddieħor billi nuża espressjonijiet bħal 'bien hecho, buen trabajo, enhorabuena', u nesprimi x-xewqat lil ħaddieħor billi nuża strutturi fissi bħal  'Que te vaya bien, Que tengas suerte, Que te mejores pronto, Que tengas un buen viaje.' 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: ​Il-Kalendarju 

1] Kapaċi nagħraf u nuża numri sa 1,000,000 b'kunfidenza.
2] Kapaċi niddiskuti t-temp fi Spanja u f'pajjiżi oħra fejn jitkellmu bl-Ispanjol inkluż karatteristiċi ġeografiċi li jaffettwaw il-klima f'dawn il-pajjiżi, eż. 'Meseta, España verde, Amazonas, clima tropical'.
 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
3] Kapaċi nuża espressjonijiet tat-temp, negattivi u kwalifikaturi, eż. 'nunca hace mucho frío, ha dejado de nevar/ya no nieva más.'
4] Kapaċi nagħraf u nqabbel dati speċjali u anniversarji fil-kalendarju Malti ma' dati speċjali u anniversarji fil-kalendarju ta' pajjiżi fejn jitkellmu bl-Ispanjol, u nuri li nixtieq nitgħallem fuq kulturi oħra billi nuża vokabolarju bħal 'tradicionalmente, es famoso, un día especial, la tradición es que'.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
5] Kapaċi nuri li nifhem testi fuq dati/okkażjonijiet speċjali f'pajjiżi fejn  jitkellmu bl-Ispanjol, u nuri l-abbiltà tiegħi tal-qari biex nikseb għarfien, u li nixtieq nitgħallem fuq kulturi u pajjiżi differenti.
 IL-BIDLA SOĊJALI
6] Kapaċi nuri li nifhem vokabolarju  bħal 'la fiesta, celebrar, la procesión, el desfile, mirar, participar, reunirse'.
7] F'kollaborazzjoni mal-oħrajn, kapaċi nipprepara preżentazzjoni qasira fuq ġranet speċjali f'pajjiż fejn jitkellmu bl-Ispanjol u nagħti kuntesti u għarfien differenti fuq postijiet differenti. 
 IL-BIDLA SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Familja u l-annimali domestiċi

1] Kapaċi nitkellem fuq ir-relazzjoni tiegħi ma' membri tal-familja tiegħi u nistaqsi lill-oħrajn fuq ir-relazzjoni tagħhom mal-membri tal-familja tagħhom billi nuża espressjonijiet bħal 'Llevarse bien/mal con, caerse bien/mal', aġġettivi possessivi, elementi għaqqieda inkluż 'porque' u  'pero', u aġġettivi tal-personalità.
2] Kapaċi niddiskuti ma' ħaddieħor u nagħti l-opinjoni tiegħi fuq kwistjonijiet marbuta mas-sidien ta' annimali domestiċi billi nuża espressjonijiet bħal 'en mi opinión, opino que, no soporto...huele mal, me da(n) miedo', u vokabolarju inkluż 'alérgico/a, sucio/limpio' eċċ. 
 NIGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi naqra testi u niddetermina l-opinjonijiet ta' ħaddieħor fuq il-ħajja fil-familja u x-xogħol li jagħmlu fid-dar.
4] Kapaċi nitkellem dwar xogħol fid-dar li nagħmel u nistaqsi lil ħaddieħor x'jagħmlu d-dar biex jgħinu billi nuża espressjonijiet bħal ''pasear el perro, poner/quitar la mesa, sacar la basura, compartir, tener que/hay que/deber'.
5] Kapaċi nikteb test fuq l-opinjonijiet tiegħi fuq il-ħajja fil-famlja u x-xogħol li nagħmel fid-dar, u naċċetta l-irwoli u r-responsabbiltajiet tiegħi fil-komunità (minn aspett ta' tagħlim soċjali) billi nuża espressjonijiet affermattivi bħal 'pienso que, creo que, en mi opinión, tengo que, deber'.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI

6] Kapaċi nitkellem fuq il-kura tal-annimali domestiċi tiegħi, eż. 'Saco el perro a pasear todos los días. Doy de comer a las tortugas.'
 
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
7] Kapaċi nikteb reklam fejn noffri li nieħu ħsieb l-annimali, eż.'Me ofrezco para cuidar a tu mascota o darle su paseo mientras estás de vacaciones o trabajando. Soy atento con los animales y me encanta jugar con ellos. Horario a convenir por el cliente: mañana, tarde o noche. Precio negociable.'
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Niddeskrivi lill-Oħrajn

1] Kapaċi niddeskrivi l-akbar ħbieb tiegħi, l-aktar kantanti/atturi favoriti tiegħi billi nuża varjetà ta' aġġettivi tal-personalità u l-karattru.
2] Kapaċi nistaqsi lil ħaddieħor fuq l-akbar ħbieb tagħhom, l-aktar kantanti/atturi favoriti tagħhom billi nuża strutturi bħal '¿Quién es tu mejor amigo/a? ¿Quién es tu cantante/actor preferido/a?'
3] Kapaċi nikteb test li jqabbel u jikkuntrasta żewġ kantanti/atturi/futbolers eċċ., u li jiffoka fuq id-dettalji bijografiċi tagħhom biex nuri s-similaritajiet u d-differenzi fil-ħajja u l-karriera tagħhom, billi nuża t-temp fil-preżent u fil-passat skont il-każ u l-istrutturi tal-komparattiv bħal 'más/menos que, tan como'.
4] Kapaċi nikkollabora mal-oħrajn biex nirriċerka informazzjoni u nipprepara u nagħti preżentazzjoni (Powerpoint, Prezi, photostory) fuq persuna famuża fid-dinja fejn jitkellmu bl-Ispanjol.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Iskola

1] Kapaċi nitkellem fuq ir-regoli tal-iskola u nistaqsi lill-oħrajn fuq ir-regoli tal-iskola u l-klassi tagħhom billi nuża lingwaġġ bħal 'porque, pero, por otra parte, en realidad, actualmente, es justo, en mi opinión'.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF2] Kapaċi naqra testi fuq is-sistema edukattiva u nkun naf id-differenzi bejn l-iskola fil-kuntest lokali, fi Spanja u f'pajjiż wieħed fejn jitkellmu bl-Ispanjol.
3] Kapaċi niddeskrivi l-uniformi tal-iskola tiegħi u nistaqsi lil ħaddieħor għall-opinjonijiet tagħhom fuq l-uniformi tal-iskola billi nuża l-istruttura '¿Qué opinas?'
 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
4] Kapaċi nesprimi l-opinjoni tiegħi bil-kitba fuq ir-regoli tal-iskola u l-uniformi, inkluż suġġerimenti u nuri l-abbiltà tiegħi li nieħu l-inizjattiva u niġġenera l-ideat, billi nuża espressjonijiet bħal 'Pienso que, Opino que, Sería mejor, Prefiero, Me gustaría'.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Opinjonijiet

1] Kapaċi ngħid li jogħġbuni, ma jogħġbunix, jew nippreferi ċerti tipi ta' mużika, strumenti mużikali, films, kantanti famużi billi nuża l-komparattiv bħal 'es mejor/bonito que' u superlattivi bħal 'es la mejor/el peor'; u nuża wkoll pronomi ta' oġġetti diretti fi frażijiet, eż. 'yo lo/la prefiero porque' u espressjonijiet ta' opinjoni bħal 'yo creo que, en mi opinión'. 

2] Kapaċi nistaqsi lil ħaddieħor fuq x'jogħġobhom u x'ma jogħġobhomx billi nuża strutturi bħal ''¿Por qué prefieres?, ¿Qué piensas sobre?, ¿Cuál prefieres?, ¿Cuál te gusta más?'
3] Kapaċi nikteb test fuq film li rajt jew kunċert li attendejt, u ninforma lil ħaddieħor fuq x'jogħġobni u ma jogħġobnix billi nuża l-Pretérito Perfecto u espressjonijiet tal-ħin marbutin  ma' dan it-temp bħal ´esta semana, este fin de semana, hoy.'



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dar u ż-żona tal-madwar

1] Kapaċi niddeskrivi u nistaqsi lil ħaddieħor biex jiddeskrivi fejn jinsab post f'termini ta' distanzi minn post ieħor billi nuża strutturi bħal 'Mi escuela está a 5km de mi casa. ¿A qué distancia está tu escuela de tu casa?'
2]Kapaċi nistaqsi għal direzzjonijiet, insegwi l-istruzzjonijiet u nagħti d-direzzjonijiet, meta meħtieġa, lejn postijiet speċifiċi f'belt jew xi mkien ieħor billi nuża strutturi bħal ‘¿Para ir al/a la…?, ¿Por dónde se va a…?, ¿Dónde está…?. 
Quiero ir a …'; espressjonijiet bħal
‘a la derecha, a la izquierda, todo recto'; numri ordinali fi strutturi bħal ''la segunda calle a la derecha’; u verbi bħal ‘tomar, subir, cruzar, seguir' fl-Imperativo Afirmativo.
3] Kapaċi nitkellem u nistaqsi lil ħaddieħor fuq postijiet ta' interess u attivitajiet li fihom jiena/aħna nistgħu nipparteċipaw fiż-żona rispettiva tad-dar tagħna, billi nuża l-verb ‘poder’ fi frażijiet impersonali b' 'se', p.eż. ‘¿Qué se puede hacer/ver/visitar aquí/allí? Se puede…’; u nuża varjetà ta' prepożizzjonijiet,  aġġettivi u frażijiet p.eż.‘data de la edad media, el casco viejo, antiguo’ eċċ, 'el/la más importante''.
4] Kapaċi nikkollabora mal-oħrajn biex nipproduċi fuljett fuq affarijiet li hemm x'tara u x'tagħmel fiż-żona tad-dar tiegħi.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Ħin Liberu

1] Kapaċi nagħti informazzjoni fuq attivitajiet ta' divertiment, inqabbilhom u nagħti l-opinjoni tiegħi fuqhom, eż. 'Es mejor practicar un deporte que jugar a la videoconsola; Yo opino que las películas románticas son más aburridas que las de cienciaficción.'
 LINGWAĠĠ ESPRESSIV
2] Kapaċi niddeskrivi bil-miktub u verbalment it-tipi ta' films/logħob tal-vidjow/mużika/programmi tat-televiżjoni/Apps/il-midja soċjali li jogħġbuni u li ma jogħġbunix billi nuża l-pronomi relattivi 'que, quien, donde' biex nitkellem fuq preferenzi, eż. 'El programa que los jóvenes prefieren es...; La música que más me gusta es...'
3] Kapaċi nistaqsi lil ħaddieħor u nagħti informazzjoni fuq ħarġiet u eskursjonijiet abitwali, nagħraf għażliet sostenibbli bħal eskursjonijiet fil-beraħ u żjarat f'siti kulturali u riżervi naturali, billi nuża espressjonijiet bħal'¿Haces excursiones los fines de semana?, ¿Con quién?, ¿Adónde?, Normalmente voy...'
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi nistaqsi lil ħaddieħor u nagħti informazzjoni fuq x'għamilt reċentement fil-ħin liberu tiegħi billi nuża l-Pretérito Perfecto u l-Pretérito Indefinido, u billi nuża espressjonijiet tal-ħin bħal 'este fin de semana, esta semana, hoy' and 'la semana pasada, ayer, hace tres días'.
5]  Kapaċi naqra u nuri fehim tat-testi li jiddeterminaw tipi differenti ta' attivitajiet ta' divertiment u l-preferenzi tan-nies marbutin mal-mużika, il-kotba, il-kotba elettroniċi, Apps, programmi tat-televiżjoni, logħob tal-vidjows u l-midja soċjali.
 PRATTIKA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Vaganzi

1] Kapaċi nistaqsi lil ħaddieħor u nagħti informazzjoni fuq liema pajjiżi/reġjuni jiena/huma nixtieq/jixtiequ/ma nixtieqx/ma jixtiqux iżuru u ngħid għaliex billi nuża strutturi bħal '¿Qué país te gustaría visitar?, ¿Adónde quieres ir de vacaciones? Me gustaría/quiero visitar...'
 
INTERPERSONALI
2] Kapaċi naqra jew nisma' testi fuq pajjiż partikolari fejn jitkellmu bl-Ispanjol u niddetermina l-karatteristiċi ewlenin tiegħu vis-à-vis il-kultura u t-tradizzjonijiet.
3] Kapaċi nistaqsi u nagħti informazzjoni fuq titjiriet, dati u ħinijiet tat-tluq u tal-wasla bħal '¿Cuándo es el vuelo?, ¿A qué hora llega el vuelo?'   
4] Kapaċi nistaqsi għal informazzjoni, fuljett, mapep tal-pajjiż, mapep tal-belt eċċ.f'uffiċċju tal-Informazzjoni tat-Turisti billi nuża strutturi bħal '¿Dónde está la estación de autobuses?; ¿Tiene un plan de la ciudad, por favor?; ¿Qué me recomienda visitar?'
5] Kapaċi nirriċerka mal-oħrajn pajjiż fejn jitkellmu bl-Ispanjol bħala destinazzjoni tal-ivvjaġġar biex nippjana itinerarju u nippreżentah fi kwalunkwe format, u ninkludi nformazzjoni dwar t-titjiriet, l-akkomodazzjoni, mezzi ta' trasport, eskursjonijiet u attivitajiet oħra billi nuża l-Futuro Simple.
IT-TAGĦLIM KREATTIV

6] Kapaċi niddeskrivi b'mod verbali jew bil-kitba ġita/żjara f'lukanda/pajjiż, nispeċifika kif ivvjaġġajt u x'rajt u x'għamilt billi nuża l-Pretérito Indefinido u l-Pretérito Imperfecto kif meħtieġ; billi nuża avverbji u espressjonijiet taż-żmien bħal 'recientemente', 'hace' + frażi taż-żmien, eż. 'durante las vacaciones, en enero, en el pasado'. 
7] Kapaċi nistaqsi lil ħaddieħor fuq ġiti li għamlu, kif ivvjaġġaw, x'raw u x'għamlu billi nuża strutturi bħal '¿Adónde fuiste?, ¿Qué hiciste?, ¿Cómo era el hotel?' 
8] Kapaċi naqra/nisma' testi dwar esperjenzi partikolari li ġraw (lil terzi persuni) waqt xi vaganza u niddetermina x'ġara permezz ta' għadd ta' attivitajiet (nagħmel sommarju, nagħmel parafrażi, inwieġeb mistoqsijiet). 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Rutina ta' Kuljum

1] Kapaċi nistaqsi għal ħwejjeġ meħtieġa għal okkażjoni partikolari u ngħid jekk humiex addattati jew lebilli nuża 'querer' + infinitivo; 'probar, ver, quedar, poner, buscar'; immediate future tense 'ir a' + infinitivo; u aġġettivi bħal 'ajustado, holgado, elegante'. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
2] Kapaċi niddiskuti attivitajiet ta' divertiment li saru f'ġurnata partikolari jew f'ħin partikolari billi nuża vokabolarju bħal '¿Qué hay … / podemos / se puede hacer…? Hay una película de .../un concurso de baloncesto/un partido de fútbol.'
 
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
3] Kapaċi naqra u nirriformula x'għamel ħaddieħor f'ġurnata partikolari billi nuża l-Pretérito Perfecto / Pretérito Indefinido u l-Pretérito Imperfecto kif meħtieġ, eż. 'este fin de semana/ayer/sábado pasado...fueron de compras, organizaron un picnic, hacía buen tiempo.'



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Ħajja f'Saħħitha

1] Kapaċi nsemmi aktar partijiet speċifiċi tal-ġisem bħal 'pestañas, cejas, uñas, tobillo' u partijiet interni tal-ġisem bħal 'estómago, riñones, corazón'.
2] Kapaċi niddeskrivi għalfejn mhux qed inħossni f'sikkti billi nuża espressjonijiet bħal 
''Estoy constipado/a, tengo fiebre/gripe'.
3] Kapaċi nagħmel appuntament ma' tabib / dentist, għal ġurnata u ħin partikolari, eż.''Necesito una cita para mañana a las tres', billi nuża espressjonijiet bħal 'Quiero pedir una cita con el médico/dentista, necesito ver a un médico/dentista hoy, urgentemente.'' 
 
IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi niddiskuti ma' ħaddieħor x'nagħmel/x'nagħmlu biex inżommu ruħna f'saħħitna billi nuża vokabolarju marbut mal-isports u attivitajiet ta' divertiment; espressjonijiet bħal ''estar/mantenerse sano/bien/en forma/equilibrado/saludable; u avverbji tal-ħin bħal ''normalmente, cada día/tarde, fin de semana, una vez/dos veces por semana'.
 NITGĦALLEM KIF
5] Kapaċi niddiskuti u nqabbel sports u eżerċizzji fiżiċi u nenfasizza l-benefiċċji, l-iżvantaġġi u/jew id-diffikultajiet billi nuża strutturi bħal ''No puedo practicar el golf porque es caro igual que la equitación; Me encanta hacer yoga porque es tan relajante como dar un paseo.'
6] Kapaċi naqra testi biex nidentifika l-benefiċċji ta' ħajja f'saħħitha biex nevita kwistjonijiet tas-saħħa marbuta maż-żgħażagħ.
 IL-QARI U L-FEHIM

7] Kapaċi nikkollabora mal-oħrajn biex noħloq u nippreżenta powster jew nagħti preżentazzjoni marbuta ma' prattiċi tajbin għas-saħħa.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: It-Teknoloġija

1] Kapaċi naqra/nisma' testi biex niddetermina l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-użu tat-teknoloġija.
2] Kapaċi nitkellem fuq it-teknoloġija li nuża fil-ħajja ta' kuljum tiegħi u nistaqsi lil ħaddieħor fuq it-teknoloġija li jużaw huma, billi  nagħmel referenza għal vokabolarju marbut mat-teknoloġija bħal una tableta, un móvil, un (ordenador) portátil, iPod'; u strutturi bħal ''¿Para qué usas la tableta? Para conectar con mis amigos / Para trabajar / Para jugar.'
3] Kapaċi nikteb test qasir fuq kif nuża t-teknoloġija f'ħajti, eż.'Yo uso la tecnología a diario, en clase y en casa. En clase usamos Youtube para ver videos. En casa uso Internet para chatear con mis amigos y subir y bajar fotos y videos.'



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section 

L-Aspett tas-Suġġett: Iċ-Ċittadinanza

1] Kapaċi nidentifika u nsemmi xi persuni vulnerabbli li jista' jkollhom bżonn l-għajnuna fil-komunità tiegħi bħal, 'los ancianos, personas con necesidades especiales, los inmigrantes, personal en el umbral de la pobreza.' 
2] Kapaċi niddiskuti x'nagħmel/x'nista' nagħmel biex ngħin lil persuni vulnerabbli billi nuża frażijiet verbali bħal ‘poder, querer, deber, tener que, necesitar' + infinitiv, per eżempju ''hacer trabajo voluntario, hacer una manifestación, visitar a los niños enfermos en el hospital, regalar ropa y comida, visitar a los ancianos en sus casas'. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi naqra/nisma' testi fuq istituzzjonijiet karitajiet rikonoxxuti internazzjonalment u niddefinixxi x-xogħol li jagħmlu.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN

4] Kapaċi nirriċerka u nippreżenta s-sejbiet tiegħi fuq ix-xogħol li twettaq organizzazzjoni tal-karità lokali



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: All the Learning Area Outcomes are covered in this section

L-Aspett tas-Suġġett: Ikel u Xorb

1] Kapaċi niddiskuti mal-oħrajn x'ikel u xorb jogħġobhom u ma jogħġobhomx u nesprimi l-opinjonijiet tiegħi fuq tipi ta' ikel partikolari billi nuża espressjonijiet bħal ‘es rico/riquísimo/picante, es demasiado salado/dulce, no me gusta la comida italiana' eċċ
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

2] Kapaċi nesprimi bil-miktub x'ikel u xorb jogħġobni u ma jogħġobnix u nagħti r-raġunijiet tiegħi biex insostni l-preferenzi, eż. 'No como carne porque soy vegetariana.' 
3] Kapaċi nidentifika u nagħti deskrizzjoni qasira ta' speċjalitajiet gastronomiċi ta' pajjiżi fejn jitkellmu bl-Ispanjol marbutin ma' okkażjonijiet partikolari bħal Día de los muertos, Navidad, Nocehvieja, Día de Reyes.
 
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
4] Kapaċi nitkellem fuq l-ikel u x-xorb li huwa partikolari għar-reġjun jew il-pajjiż tiegħi, u nistaqsi lill-oħrajn fuq speċjalitajiet tal-ikel fil-pajjiżi/reġjuni tagħhom, u nagħmel referenza għall-ikel tipiku marbut ma' okkażjonijiet speċjali u f'festi partikolari, u nirrikonoxxi l-valur tad-diversità soċjali u kulturali billi nuża strutturi bħal '¿Cuál es el plato típico de tu región?, ¿Qué se come/bebe en...?, Solemos comer/beber...'
NITGĦALLEM INKUN JIEN
5] Kapaċi naqra fuljett, reklami u informazzjoni ppreżentata fuq websajts ta' restoranti u niddetermina s-servizzi offruti bħall-proċeduri tal-ibbukkjar, servizzi ta' take-away u tipi differenti ta' ikel.
6] Kapaċi nuri fehim ta' riċetta u nispjegaha bl-Ispanjol billi nuża l-Imperativo Afirmativo fi frażijiet bħal ‘Añade azúcar, echa la harina, prepara la masa, corta.'
7] F'kollaborazzjoni mal-oħrajn, kapaċi nirriċerka l-kċina ta' pajjiżi fejn jitkellmu bl-Ispanjol u nagħmel preżentazzjoni u nenfasizza prodotti li huma rappreżentattivi tal-pajjiż li qed nirriċerka.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM




Agħti r-rispons tiegħek hawn