Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

Il-Kontabilità > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nevalwa t-tagħlim tiegħi fl-istudji umanistiċi, u kapaċi ntejjeb u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi.  

L-Aspett tas-Suġġett: In-Natura u l-Irwol tal-Kontabilità

1] Kapaċi nispjega l-għan tal-kontabilità.  
2] Kapaċi nispjega l-importanza u l-bżonn biex tiġi ppreparata l-informazzjoni tal-kontabilità għall-utenti primarji tal-kontabilità bħalma huma sidien, investituri prospettivi u kredituri oħra.   
3] Kapaċi nidentifika l-kategoriji varji tal-ħaddiema li huma involuti mal-kontabilità u l-finanzi, e.ż. kontabilisti, awdituri, bankiera, konsulenti tat-taxxa u aġenti tal-assikurazzjoni.  
4] Kapaċi nirrelata l-għarfien tiegħi fil-kontabilità biex inkun kapaċi nġestixxi l-aspett finanżjarju personali. 
 TAGĦLIM KONJITTIV  



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nalloka, nagħżel, ninterpreta u nevalwa informazzjoni fuq l-esperjenza umana, fil-passat u fil-preżent, u naħseb b'mod kritiku u kreattiv fuq kwistjonijiet umanistiċi.  

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reġistrar, il-fehim, l-evalwar u l-komunikazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji. 

1] Kapaċi nirraġuna l-effett ta' kull tranżazzjoni f'organizzazzjoni f'negozju.  
2] Kapaċi nirrelata s-sistema tal-entrata doppja
mal-ekwazzjoni tal-kontabilità. 
3] Kapaċi nirreġistra tranżazzjonijiet f'kontijiet T billi nsegwi l-prinċipju tal-entrata doppja bl-użu ta' sistema manwali.  
4] Kapaċi ninterpreta tranżazzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet.  
5] Kapaċi nindika t-tip ta' kontabilità li jinsab f'kull reġistru u nispjega għala huma mqegħdin f'dan it-tip ta' reġistru.  
6]  Kapaċi nispjega l-użu ta' kotba tad-dħul primarju fis-sistema tal-kontabilità.  
7] Kapaċi nislet informazzjoni minn dokumenti finanzjarji biex nipprepara l-kotba tad-dħul primarju. 
8] Kapaċi nispjega l-iskop fiż-żamma tal-tkieb tal-flus u kapaċi nirreġistra informazzjoni li timxi mas-sistema tal-entrata doppja.
9] Kapaċi nidentifika d-differenza bejn skont fuq ħlas immedjat u skont kummerċjali u kapaċi nirreġistrahom fil-kotba. 
10] Kapaċi nibbilanċja l-kontijiet fl-aħħar tal-perjodu.  
11] Kapaċi ninterpreta xi jfissru l-bilanċi tal-ftuħ u kemm l-bilanċ tal-għeluq.
12] Kapaċi nipprepara Bilanċ ta' Tqabbil Preliminari fl-aħħar tal-perjodu finanzjarju u nindika l-għanijiet ewlenin ta' dan l-eżerċizzju.
13] Kapaċi nispjega għala fil-Bilanċ ta' Tqabbil Preliminari xi kontijiet huma mniżżla taħt il-kolonna tad-debiti, waqt li oħrajn huma mniżżla taħt il-kolonna tal-krediti.   
14] Kapaċi niġġenera eżempji ta' dħul u spejjeż ta' negożju u organizzazzjonijiet  oħrajn. 
15] Kapaċi nagħmel differenza bejn infieq/dħul kapitali u dak rikorrenti. 
16] Kapaċi nispjega l-użu tal-ġurnal u nirreġistra eżempji ta' dan it-tip ta' tranżazzjonijiet. 
17] Konxju li żbalji umani jistgħu iħallu effetti fuq tranżazzjonijiet u fuq kontijiet ta' l-aħħar tas-sena. 
18] Kapaċi nispjega għala xi żbalji jiġu eliminati ladarba tiġi tintuża sistema tal-kontabilità kompjuterizzata.
19] Kapaċi nuża l-ġurnal ġenerali u l-kont temporanju sakemm jiġu korreġuti l-iżbalji li nqalgħu fil-kontijiet.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nispjega l-proċessi tal-bidla u l-iżvilupp fil-passat u fil-preżent u nirrefletti fuqhom u nevalwa żviluppi possibbli fil-futur. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Applikazzjoni ta' Kunċetti tal-Kontabilità u Aspetti Regolatorji oħra. 

1] Kapaċi nagħraf l-importanza u l-bżonn għall-kontabilità u kontroll finanzjarju b'saħħtu għal kull tip ta' organizzazzjoni.
2] Kapaċi nifhem li l-kontabilità moderna hija mfassla fuq regoli u normi internazzjonali tal-kontabilita' magħrufa bħala IFRS. 
3] Kapaċi nuża u nispjega terminoloġija finanzjarja u tal-kontabilita'.    
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
4] Kapaċi niddeskrivi l-ekwazzjoni tal-kontabilità u partijiet minnha.  
5] Kapaċi napplika dawn il-kunċetti tal-kontabilità:
- L-Aspett Doppju ta' kull transazzjoni;
- Il-Kunċett ta' l-entità;
Il-kunċett tal-Konsistenza;
Il-kunċett tad-dovuti;
- Il-kunċett tal-prudenza;
- Il-konvenzjoni tal-kost storiku.
6] Kapaċi niddeskrivi ċ-ċirkustanzi fejn dak li hu dovut lin-negozju jista' jsir irrekuperabbli. 
7] Kapaċi nirreġistra l-entrata doppja għal djun irrekuperabbli u djun irkuprat. 
8] Kapaċi nispjega l-importanza ta' provvediment għal dejn dubbjuz. 
9] Kapaċi nikkalkula stima ta' provvediment għal dejn dubjuz kemm fuq bażi ġenerali u anke fuq bażi speċifika.
10] Kapaċi nirreġistra fil- kontijiet tranżazzjonijiet għall-provvediment ta dejn dubjuz u nuri l-effett fir-rendikont ta' l-aħħar tas-sena. 
11] Kapaċi nagħraf il-fatt li assi mhux kurrenti jesperjenzaw ċaqlieq fil-valur tagħhom matul il-ħajja ekonomika utli tagħhom.
12] Kapaċi niddistingwi bejn il-valur oriġinali, il-valur tas-suq u l-valur nett li jġibu assi mhux kurrenti.
13] Kapaċi nagħmel differenza bejn il-metodu tal-linja dritta u l-metodu tal-bilanċ ridott li jintuza biex jiġi kkalkulat il-ħlas tad-deprezzament.
14] Kapaċi nikkalkula l-ammont tad-deprezzament billi nuża l-metodu tal-linja dritta u l-metodu tal-bilanċ ridott applikati fuq sena finanzjarja sħiħa li tikkonċidi ma' sena tal-kalendarju. 
15]  Kapaċi nirreġistra l-entrata doppja għall-provvediment tad-deprezzament, u nuri l-effetti tagħhom fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.  
16] Kapaċi nirreġistra entrati li għandhom x'jaqsmu mad- disponiment tal- assi mhux kurrenti. 
17] Naf li mhux l-ispejjeż/ dħul kollha se jiġu mħallsin/mirċieva fl-istess perjodu li jkunu wżati fin-negozju. 
18] Kapaċi nirreġistra transazzjonijiet għal ħlas/ dħul dovut jew bil-quddiem u nuri l-effett tagħhom fir-rendikont finanzjarju tal-aħħar tas-sena.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nesplora u nevalwa s-similarità u d-differenza u l-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat u kemm fil-preżent.  

L-Aspett tas-Suġġett: Preparazzjoni ta' rendikonti finanzjarji għal negozji u organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ, mill-Istadju tal-Bilanċ Proviżorju. 

1] Kapaċi niddeskrivi l-istruttura ta' kummerċjant waħdieni u kapaċi nispjega xi vantaġġi u żvantaġġi ta' din il-forma ta' negozju. 
2] Kapaċi niddistingwi bejn il-qligħ gross u l-qligħ nett u kapaċi nispjega r-relevanza taż-żewġ tipi ta' profitti.  
3] Kapaċi nipprepara Rendikont tal-Qligħ u Telf wara li jingħalqu l-kontijiet tas-sena finanzjarja u kapaċi nagħmel dan billi nuża s-sistema tal-entrata doppja. 
4] Kapaċi nispjega kif il-kapital ta' kummerċjant waħdieni jiġi affettwat mil-qligħ/telf, ġbid ta' flus/assi, u kif dawn jiġu riflessi fir-rendikont finanzjarju.  
5] Kapaċi nispjega l-bżonn għal Rendikont tal-Pożizzjoni Finanzjarja. 
6] Kapaċi nipprepara Rendikont tal-Pożizzjoni Finanzjarja. 
7] Kapaċi nispjega l-elementi differenti fi ħdan Rendikont tal-Pożizzjoni Finanzjarja.  
8] Kapaċi nipprepara Rendikont tal-Qligħ u t-Telf ta kummerċjant waħdieni minn Bilanċ Proviżorju b'aġġustamenti tal-aħħar tal-perjodu. 
9]  Kapaċi nsemmi r-raġunijiet għala negozju li għandu dipartimenti varji għandu bżonn jikkalkula l-profitt ghal kull dipartiment b'mod separat. 
10] Kapaċi nipprepara Rendikont għall-Qligħ u t-Telf għal negozju b'dipartimenti billi nuża struttura ta' kolonni. 




Agħti r-rispons tiegħek hawn