Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

L-Istudji fil-Kompjuter > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.

L-Aspett tas-Suġġett: Introduzzjoni għas-Sistemi tal-Kompjuters


1] Kapaċi niddeskrivi l-funzjonament ta' sistema tal-kompjuter eż. nidentifika l-elementi ewlenin tas-sistema li jinkludu s-CPU, ir-RAM, ir-ROM, l-ALU u l-memorja 'cache'.
2] Kapaċi napplika l-għarfien tiegħi tal-elementi ta' sistema tal-kompjuter biex nivvaluta sistematikament is-soluzzjonijiet diġitali għal ħtiġijiet speċifiċi eż. nagħraf fejn huma importanti l-ispeċifiki għoljin u fejn mhumiex.
3] Konxju li l-ħardwer elettroniku jinkludi fih oġġetti bħad-deheb u l-fidda li għandhom jiġu riċiklati għall-benefiċċju tal-ambjent eż. il-pins fuq is-CPU u l-estrazzjoni tal-komponenti tad-deheb permezz tal-użu tal-aċidu.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN

4] Għandi apprezzament fil-livell tas-sistemi tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) fid-dar u nifhem kif jista' jgħinni nkun aktar effiċjenti fir-rutini ta' kuljum tiegħi eż. Jintegra s-Sistemi ta' Sikurezza, l-Awtomazzjoni fid-Dar, il-Komunikazzjoni bejn l-Apparat.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-prinċipji tal-kompjuters, is-softwer u l-ħardwer 

1] Nifhem il-kunċetti tan-notazzjoni. Naf li l-apparat diġitali juża kodiċi speċifiku eż. 'binary' u 'eżadeċimali'.
2] Naf li l-ipproċessar tal-kompjuter huwa bbażat fuq ħafna 1 u 0 li huma relatati direttament mas-sistema tal-'binary'.
3] Kapaċi nispjega kif il-'byte' tintuża biex tkejjel il-memorja, id-daqs, il-wisa' tal-medda u konxju mill-miżuri differenti tad-daqs eż. MB, GB, TB, PB.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
4] Naf u kapaċi napplika t-termini relatati mas-settijiet tal-karattri fl-ASCII u l-UNICODE eż. 6510 huwa daqs A fl-ASCII.
5] Kapaċi nagħmel konverżjoni tan-numri mid-deċimali għall-eżadeċimali u viċeversa.
6] Kapaċi niddeskrivi s-sistemi differenti tal-kompjuters eż. PCs, 'tablets', 'wearables', 'phablets' u 'smartphones'.
7] Naf u kapaċi niddeskrivi s-saffi differenti tal-arkitettura kemm tal-ħardwer eż. ARM, RISK, ASICS, SNAP DRAGON kif ukoll tas-softwer.
8] Naf il-vantaġġi u l-iżvantaġġi kif ukoll il-kwistjonijiet etiċi u nista' nqabbel bejn softwer ġeneralment disponibbli fis-suq u b'sors miftuħ.
9] Kapaċi naħseb b'mod orjentat fuq l-oġġett u nirrikonoxxi l-fatt li aħna mdawrin bl-oġġetti. Kapaċi nidentifika parametri uniċi eż. il-karatteristiki ta' karozza jinkludu kemm tista' ġġorr passiġġieri u l-kulur tagħha versus il-karatteristiki ta' mejda li jinkludu l-għoli, in-numru ta' saqajn, il-materjal, eċċ.
 TAGĦLIM KREATTIV

10] Kapaċi nsemmi bosta lingwi komuni u niddeskrivi l-kuntest li fih jintużaw eż. lingwa verbali/mhux verbali, lingwi simboliċi u tal-kompjuters bħal Java.
11] Nifhem il-ħtieġa għal-lingwi kemm ta' livell għoli, kif ukoll ta' livell baxx eż. Assembly Language fil-magni tar-rendering 3D u C# (C-Sharp) fl-applikazzjonijiet tan-negozju.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.

L-Aspett tas-Suġġett: Nifhmu d-dinja diġitali

1] Kapaċi nesplora kif l-avvanzi teknoloġiċi jistgħu jgħinu lin-nies madwar id-dinja u żoni żvantaġġjati eż. radar li jippenetra l-art, sistemi intelliġenti, robotika.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI

2] Nirrikonoxxi l-implikazzjonijiet soċjali, etiċi u kulturali tat-teknoloġija eż. id-distakk diġitali.
 IL-BIDLA SOĊJALI

3] Kapaċi niddiskuti l-implikazzjonijiet tal-Big Brother Society b'numru dejjem jiżdied ta' teknoloġiji impjantati eż. traċċaturi GPS tat-tfal.
 KONJITTIVA

4] Kapaċi niddeskrivi kif jistgħu jiġu mfassla u żviluppati s-sistemi u t-teknoloġiji b'mod li jnaqqas l-użu tal-enerġija u l-impatt ambjentali eż. l-użu tal-awtomazzjoni biex jinxtegħel u jintefa d-dawl u biex jiġi mmonitorjat il-konsum tal-elettriku.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR

5] Kapaċi niddeskrivi kif jintuża l-kompjuter fil-ġbir tad-dejta eż. fil-previżjonijiet tat-temp u l-kontroll tal-klima.
6] Kapaċi niddeskrivi fejn jintużaw is-simulazzjoni u l-immudellar tas-sitwazzjoni eż. disinni ta' arkitettura ta' azzjoni tal-emerġenza u tħaffir għaż-żejt.
7] Naf kif jaħdmu teknoloġiji komuni bħall-GPS, RFID, 'autopilots' u karozzi mingħajr sewwieq eż. 'lidars', detezzjoni tal-kolliżjonijiet, u rikonoxximent tal-persuni miexja fit-triq.
8] Nifhem l-użu estensiv u l-għalfejn tar-robotika fl-awtomazzjoni industrijali.
eż. il-manifattura tal-karozza jew il-kontroll tal-kwalità tal-woxers.

9] Nirrikonoxxi li l-ICT qed ikollu impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp tat-teknoloġiji fundamentali eż. il-bijoinġinerija, in-nanoteknoloġija u l-iżvilupp ta' enerġija ġdida.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.

L-Aspett tas-Suġġett: Loġika tal-magni

1] Kapaċi niddefinixxi l-funzjoni u t-tabelli tal-verità tax-xatbiet tal-loġika AND, OR, NOT, NOR u XOR.
2] Kapaċi nagħraf u nuża simboli standard biex nirrappreżenta x-xatbiet tal-loġika eż. simboli standard għax-xatbiet AND, OR, NOT, NOR u XOR.
3] Kapaċi nfassal it-tabelli tal-verità għal kull xatba tal-loġika.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.

L-Aspett tas-Suġġett: Soluzzjoni prattika tal-problemi, dijagrammi ta' struttura, algoritmi, 'flowcharts', psewdokodiċi u kunċetti tal-ipprogrammar

1] Konxju u nagħmel użu minn tekniki ta' soluzzjoni tal-problema eż. 'flowcharts' u 'mindmaps'.
2] Nifhem bis-sħiħ it-terminu algoritmu u nista' nipproduċi, jien u għaddej, algoritmi tal-ipproċessar għal sitwazzjonijiet sempliċi eż. naqsam it-triq filwaqt li napprezza kemm jistgħu jsiru kumplessi l-algoritmi f'sitwazzjonijiet aktar kumplessi.
3] Nifhem li t-tliet mudelli tal-ipprogrammar huma s-sekwenza, is-sekwenza tas-selezzjoni u r-repetizzjoni.
4] Kapaċi nirrappreżenta l-algoritmi bħala psewdokodiċi sempliċi bl-użu tal-mudelli bażiċi tal-ipprogrammar tas-softwer.
5] Kapaċi nindividwa l-iżbalji fil-psewdokodiċi tiegħi stess u kapaċi nuża r-riżorsi biex jgħinuni nsib soluzzjoni eż. sessjoni ta' prattika.
6] Kapaċi nkun kritiku tal-effettività ta' soluzzjoni partikolari.
7] Kapaċi nuża lingwa grafika eż. Scratch biex nimmudella logħob u/jew programmi sempliċi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.

L-Aspett tas-Suġġett: Netwerks ta' komunikazzjoni u teknoloġiji tal-internet

1] Kapaċi niddeskrivi l-iskeda taż-żmien tal-internet, nibda mill-ARPANET sal-WAN li nuża llum.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-UŻU TAL-INTERNET

2] Kapaċi niddeskrivi n-natura tal-internet bħala kollezzjoni dinjija ta' netwerks tal-kompjuter.
3] Kapaċi niddeskrivi kif l-internet kellu impatt fuq il-ħajja tagħna eż. xiri 'online'
4] Kapaċi niddeskrivi kif il-paġni web jiġu trasferiti mis-server għall-klijent u jintwerew minn brawżer eż. nista' niddeskrivi r-rwol ta' brawżer tal-internet u ta' server tal-Web.
5]
Kapaċi nirrikonoxxi s-sinifikat tal-'hypertext transfer protocol' (HTTP) u tal-HTML, u nifhem kif
il-paġni web jiġu kodifikati f'HTML.
6] Nifhem il-ħtieġa għal tipi komuni ta' files u standards tal-internet eż. JPEG, PDF u MP3.
7] Naf li l-apparat jista' jiġi konness permezz ta' firxa ta' midja tal-komunikazzjoni li jinkludu l-komunikazzjoni bla fili u l-kejbils tar-ramm/fibra eż. komunikazzjoni bla fili li tinkludi l-WIFI, 3G u 4G.
8] Nifhem kif in-netwerks huma differenti għal sitwazzjonijiet differenti eż. banek, supermarkits.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.

L-Aspett tas-Suġġett: 'Bażijiet tad-Dejta'

1] Nifhem x'inhu bażi tad-dejta 'flat-file' u kif jista' jiġi applikat f'kuntesti sempliċi eż. sistema tal-arkivjar tal-karti jew fajl bil-kartolini. Nifhem li d-dejta tista' tiġi salvata bħala bażi tad-dejta diġitali biex jiġi mgħaġġel l-aċċess, tiżdied il-flessibilità u jiġi ffrankat l-ispazju.
IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Nifhem it-termini ewlenin eż. '
data-file', 'field', 'record', 'keyfield', 'sort' u 'search'.
IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
3] Nifhem l-importanza li jiġi żgurat li d-dejta tiddaħħal b'mod korrett u li jiġu identifikati l-konsegwenzi possibbli tal-iżbalji.
 TAGĦLIM KONJITTIV

4] Kapaċi niddeskrivi l-modi li bih tista' tinqabad id-dejta fil-ħajja ta' kuljum eż. 'barcodes', kodiċi QR, strixxi manjetiċi, eċċ.
5] Naf li l-apparat imsemmi jintuża f'organizzazzjonijiet differenti eż. supermarkits, banek u industriji.
6] Kapaċi nuri li l-bażijiet tad-dejta jegħlbu l-iżvantaġġi tal-'flat-files'.

7] Kapaċi niddeskrivi l-partijiet tal-bini tal-bażijiet tad-dejta eż. tabelli, rekords, attributi, eċċ.
8] Kapaċi nassenja tekniki ta' validazzjoni għal attributi tat-tipi tad-dejta differenti u nelenka l-apparat għall-ġbir tad-dejta.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI

9] Nifhem kif il-bażijiet tad-dejta jistgħu jintużaw f'varjetà ta' kuntesti fil-ħajja reali eż. kontroll tal-istokkijiet, sistemi ta' sħubija fil-klabbs. Nista' niddeskrivi l-vantaġġi ta' dawn is-sistemi f'termini tal-partijiet interessati differenti eż. klijenti, maniġers u persunal.
10] Nifhem u nista' nuża termini aktar kumplessi biex niddeskrivi kif inhuma mfassla u strutturati l-bażijiet tad-dejta. eż. entità, tabella, attribut u ridondanza tad-dejta.
11] Kapaċi nfassal dijagramma li tiddeskrivi l-entità u r-relazzjoni.
 PRATTIKA



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-robotika u l-awtomazzjoni

1] Naf x'inhu bord ta' żvilupp.
3] Kapaċi noħloq programm bl-użu tal-elettronika u tas-sensuri eż. nagħmel 'fade in/out' ta' LED u nbiddel il-kulur ta' LED RGB.
4] Kapaċi nistabbilixxi sistema sempliċi eż. bankina bis-sinjali tad-dawl tat-traffiku bl-użu ta' firxa ta' sensuri tal-input eż. buttuni li jingħafsu u tagħmir tal-output bħal-LEDs.
5] Kapaċi noħloq 'robot' biex insolvi problema mogħtija mill-għalliem/a pereżempju niġbor oġġett.
6] Kapaċi naħdem fi grupp biex noħloq 'robot' bl-użu ta' bord tal-iżvilupp bħala l-kontrollur ewlieni.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-'hacking' etiku u s-sigurtà

1] Naf x'inhi d-differenza bejn 'black hat hacking' u 'white hat hacking'.
2] Naf li l-'hacking' huwa parti integrali mis-sigurtà.
3] Konxju mill-metodi komuni ta' attakk eż. ċaħda tas-servizz, 'brute forcing' eċċ.
4] Konxju li l-'hacking' huwa tekniku daqskemm huwa soċjali eż. 'phishing' fuq il-persuni għall-'passwords' tagħhom.

5] Nifhem li meta naċċessa sistemi li m'għandi ebda aċċess għalihom, inkun qed nagħmel att illegali u dan iġorr miegħu l-konsegwenzi.
6] Kapaċi nikkripta u niddekripta messaġġ tat-test sempliċi bl-użu ta' varjetà ta' metodi eż. rota kriptografika, 'card masks' eċċ.
7] Nifhem il-kunċett ta' 'makerspaces' u l-impatt fuq it-teknoloġija tar-riċerka.




Agħti r-rispons tiegħek hawn