Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza Fiżika > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-proċess tar-riċerka, il-ħiliet tax-xjenza, u l-proċessi kreattivi tat-teknoloġija biex nindirizza l-bżonnijiet tas-soċjetà u noħroġ b'soluzzjonijiet xierqa għall-kwistjonijiet li huma rilevanti għalija bħala ċittadin/a. ​

L-Aspett tas-Suġġett: L-Enerġija, il-Forzi, u l-Moviment

1] Kapaċi nispjega kif it-Tabella Perjodika hija magħmula minn elementi li huma differenti fin-numru tal-protoni u l-massa atomika tagħhom.
2] Kapaċi nidentifika simboli differenti tal-elementi fit-Tabella Perjodika li normalment jissemmew fil-Fiżika. 
3] Kapaċi nuża l-kotba u l-internet biex infittex dwar l-iżvilupp tat-Tabella Perjodika mnn John Newlads fl-1863 u Dmitri Mendeleev fl-1869 saż-żidiet li jsiru fiha fiż-żminijiet moderni tal-lum. 
4] Kapaċi nispjega kif l-istess element jista' jintrabat biex jifforma molakula, e.ż. l-ossiġnu.
 
5] Kapaċi nispjega kif l-elementi differenti jistgħu jintrabtu flimkien biex jifformaw il-komposti.
6] Kapaċi nispjega li t-taħlitiet huma magħmulin mill-elementi, mill-komposti u/jew mill-molekuli li mhux kollha huma kimikament marbutin flimkien. 
7] Kapaċi niddeskrivi l-arranġamenti tal-partiċelli fil-materjali solidi, likwidi, u fil-gassijiet, u kif dawn iwasslu għall-karatteristiċi rispettivi tagħhom.
8] Kapaċi nuri l-istruttura molekulari tal-materjali solidi u likwidi, u tal-gassijiet, u nuża t-teorija kinetika biex niddeskrivi kif iseħħu l-bidliet fl-istat, e.ż. it-tidwib, it-togħlija (boiling), l-ikkondensar, u l-iffriżar. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
9] Kapaċi niddiskuti kif il-bidliet fl-istat tal-materja jirrelataw maż-żieda jew mat-tneħħija tal-enerġija lejn il-/mill-atomi jew molekuli tal-materjal. 
10] Kapaċi niddeskrivi l-moviment tal-partiċelli fil-materjali solidi, likwidi, u fil-gassijiet b'relazzjoni mat-temperatura u kif din tirrelata mal-enerġija interna tagħhom. 
 L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
11] Kapaċi niddiskuti l-
gradi differenti użati għat-temperatura u r-relazzjoni bejniethom, e.ż. il-gradi Celsius u Kelvin minn perspettiva storika. 
12] Kapaċi nuri, permezz ta' mezzi varji, kif l-oġġetti aktar sħan jespandu minħabba żieda fl-enerġija kinetika tal-partiċelli b'riżultat tat-trasferiment tal-enerġija. 
13] Kapaċi nispjega kif iż-żieda fl-enerġija kinetika tal-partiċelli tal-gass, iżżid il-pressjoni tal-gass, u din tispjega kif jintefħ
l-blalen tal-arja sħuna.
14] Kapaċi niddeskrivi kif il-fluwidi sħan huma inqas densi minn dawk kesħin, u kapaċi napplika dan il-prinċipju f'sitwazzjonijiet relevanti. 
15] Kapaċi nispjega kif l-espansjoni tal-likwidi, minħabba bidliet fit-temperatura tal-likwidu, hija l-prinċipju wara t-termometri mimlijin b'likwidu. 
16] Kapaċi nagħraf u nibni l-kurvaturi tat-tisħin u t-tkessiħ għal sustanzi differenti, inklużi l-istati differenti tal-materja, u b'mod korrett nidentifika l-punti tat-tidwib u tat-togħlija. 
17] Kapaċi nuża mudelli u analoġiji biex nuri kif is-sħana hija trasferita permezz 
tal-mogħdija tal-elettriku fil-materjali solidi.
18] Kapaċi nuża l-moviment tal-elettroni ħielsa biex nispjega l-konduzzjoni termika u elettrika fil-materjali. 
19] Kapaċi nispjega kif il-bnedmin jegħrqu biex jiffriskaw lilhom infushom permezz tal-evaporazzjoni tal-għaraq mill-wiċċ tal-ġilda. 

20] Kapaċi niddeskrivi l-evaporazzjoni u l-kondensazzjoni, f'termini tat-trasferiment tas-sħana. 
IL-LINGWA ESPRESSIVA
21] Kapaċi nirrelata r-rata tal-evaporazzjoni mal-enerġija kinetika tal-partiċelli tal-likwidi. 
22] Kapaċi niddeskrivi kif il-konvezzjoni hija metodu tat-trasferiment tas-sħana fil-fluwidi.
23] Kapaċi nagħmel u niddeskrivi demostrazzjoni sempliċi li turi l-kurrenti tal-konvezzjoni fil-fluwidi. 
 
24] Kapaċi nispjega kif il-partiċelli jinxterdu/jinfirxu minn konċentrazzjoni għolja għal waħda baxxa.
25] Kapaċi nuża ideat tad-diffużjoni biex niddeskrivi kif iseħħ l-iskambju tal-gass fil-weraq tal-pjanti waqt il-fotosinteżi. 
26] Kapaċi nispjega l-moviment Brownian bħala l-moviment għal għarrieda tal-partiċelli fil-fluwidi.
27] Kapaċi nfittex kif Robert Brown skopra l-moviment Brownian, bl-użu taż-żrieragħ tal-għabra tad-dakra, u kif Albert Einstein żviluppa l-idea tiegħu fil-bidu tas-seklu 20.

28] Kapaċi ninvestiga kif tinstab id-densità ta' materjal bl-użu tal-massa u l-volum ta' oġġett.
 IL-PRATTIKA

29] Kapaċi nsolvi l-problemi sempliċi biex insib id-densità tal-materjali bl-użu tar-relazzjoni: id-densità = il-massa/il-volum. 
30] Kapaċi ninvestiga kif u għaliex oġġetti jżommu fil-wiċċ, u jegħrqu fl-ilma u nirrelataha mad-densità ta' oġġett mqabbla ma' dik tal-baħar. 
 IL-PRATTIKA

31] Kapaċi ninvestiga l-modi kif nillimita l-ispejjeż marbutin mal-enerġija fid-dar u l-iskola. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
32] Kapaċi niddeskrivi kif is-sħana tista' tkun trasferita minn oġġetti sħan permezz tar-radjazzjoni termali u kif din hija magħrufa bħala r-radjazzjoni infrared, li hija parti mill-ispettru elettromanjetiku. 
33] Kapaċi ninvestiga kif il-kulur u t-tip tal-wiċċ jaffettwa l-assorbiment u l-emissjoni tas-sħana.
 IL-PRATTIKA
34] Kapaċi nispjega li l-oġġetti sħan kollha jarmu s-sħana li tkun trasferita lejn l-ambjent lokali, u niddeskriviha bħala enerġija moħlija minħabba li tixtered u diffiċli biex tirkupraha. 
35] Kapaċi nispjega u nagħti eżempji ta' trasferimenti tal-enerġija f'termini tal-inputs, l-użu, u l-outputs moħlijin. 
 IL-QARI U L-FEHIM
36] Kapaċi nirrappreżenta t-trasferimenti tal-enerġija b'mod grafiku, bl-użu tad-dijagrammi Sankey. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
37] Kapaċi nuża d-dijagrammi Sankey biex nirrappreżenta t-trasferimenti tal-enerġija.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
38] Kapaċi nuża d-dijagrammi Sankey biex niddetermina l-effiċjenza tal-apparat domestiku bl-użu ta' din l-ekwazzjoni: efficiency = useful output energy/total input energy.
39] Kapaċi nirriċerka kif u għaliex il-persuni f'pajjiżi differenti jużaw metodi varji fi djarhom biex jisħnu u jiffriskaw.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI

40] Kapaċi ninvestiga l-modi għall-ġenerazzjoni tal-enerġija bħall-enerġija mill-iskart u l-irkupru tal-enerġija, bħalma jiġri e.ż. fil-pjanti RO.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
41] Kapaċi nuża l-internet u l-kotba biex nirriċerka l-aħjar metodi tal-insulazzjoni u tal-effiċjenza tal-enerġija, u nifformula ktejjeb ta' informazzjoni biex ngħin lill-Maltin jagħmlu għażla infurmata dwar kif joħolqu insulazzjoni fi djarhom.
42] Kapaċi niddisinja, kemm fit-teorija u kemm fil-prattika, esperiment biex insib il-kapaċità speċifika tas-sħana ta' diversi metalli bħar-ram, ir-ram l-isfar, u l-aluminju.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
43] Kapaċi nsolvi l-problemi biex nikkalkula l-kapaċità speċifika tas-sħana billi nuża dan li ġej: E = mxcxdT.
44] Kapaċi nispjega t-Tielet Regola ta' Moviment ta' Newton.
45] Kapaċi niddeskrivi kif il-forzi jaġixxu f'interaction pairs.
46] Kapaċi nidentifika l-forzi li jaġixxu bejn żewġ oġġetti.
47] Kapaċi nirrappreżenta l-qies u d-direzzjoni tal-forzi billi nuża linja u vleġeġ.
48] Kapaċi nikkalkula l-forza riżultanti ta' żewġ forzi jew aktar li jaġixxu tul linja dritta jew f'linja perpendikulari. 
 
49] Kapaċi nispjega l-frizzjoni bħala forza reżistenti u ninvestiga liema huma l-fatturi li jaffettwaw il-frizzjoni bejn żewġ uċuħ f'kuntatt.
 IL-KONJITTIV
50] Kapaċi nispjega għaliex u kif ix-xjentisti jeħtieġ li jaċċertaw li f'investigazzjoni jinbidel varjabbli wieħed biss, u dan biex ikun iġġenerat riżultat sinifikanti. 
51] Kapaċi niddisinja esperiment, kemm fit-teorija u kemm fil-prattika, biex nikkalkula l-veloċità tal-ġisem mill-kejl tad-distanza u l-ħin. 
 
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
52] Kapaċi npinġi graff tad-distanza u l-ħin billi nuża l-assi (axes) korretti għal oġġett li qed jivvjaġġa fl-arja b'veloċità kostanti.
53] Kapaċi npinġi graff tad-distanza u l-ħin għal ġisem li għaddej minn ġrajja rikorrenti.
54] Kapaċi nsib il-gradjent ta' graff tad-distanza u l-ħin, biex inkun nista' nsib il-veloċità kostanti ta' oġġett. 
55] Kapaċi niddistingwi bejn il-kwantitajiet skalari u dawk vetturi. 
56] Kapaċi nikkalkula d-distanza totali vvjaġġata bl-użu ta' graff tal-veloċità u tal-ħin billi nikkalkula l-erja totali taħt il-graff. 
57] Kapaċi nsib l-aċċellerazzjoni kostanti ta' oġġett billi nikkalkula l-gradjent ta' graff tal-veloċità u tal-ħin.
58] Kapaċi nuża r-relazzjoni: l-aċċelerazzjoni = il-bidla fil-veloċità/il-bidla fil-ħin.
59] Kapaċi nagħmel investigazzjoni bl-użu tal-kotba u tar-riżorsi onlajn biex nispjega l-effett tal-forzi bilanċjati u dawk żbilanċjati fuq il-moviment tal-oġġetti. 
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
60] Kapaċi nuża l-internet biex inqabbel il-prestazzjoni tal-vetturi elettriċi f'termini tal-veloċità u tal-firxa tagħhom imqabbla mal-karozzi konvenzjonali b'magna petrol/diżil. 

61] Kapaċi nispjega l-importanza li jinstabu sorsi alternattivi ta' fjuwil minħabba ż-żmien limitat tal-karburanti fossili u kif il-kombustjoni tagħhom tagħmel ħsara lill-atmosfera. 
62] Kapaċi nqabbel is-sorsi tal-enerġija rinovabbli u dawk li mhumiex rinovabbli.
 NITGĦALLEM KIF 
63] B'mod kritiku, kapaċi nevalwa u ninterpreta t-talbiet xjentifiċi dwar is-sorsi tal-enerġija u l-impatt tagħhom fuq l-ambjent. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
64] Kapaċi nagħti spjegazzjoni ġustifikata dwar l-aktar forom sostenibbli tal-produzzjoni tal-enerġija adattati għal Malta. 
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
65] Kapaċi nirriċerka kif iż-żieda fl-emissjonijiet tal-karbonju taffettwa l-atmosfera u l-klima, u kif fuq pejodu twil ta' żmien din tista' twassal biex jogħlew il-livelli tal-baħar minħabba t-tidwib tal-polar ice caps.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-evidenza meta nifformula l-investigazzjonijiet biex nasal għas-soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi relevanti, u nuża l-għarfien tiegħi biex nifhem il-kwistjonijiet fi ħdan is-soċjetà, u nagħmel deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Elettriċità u l-Elettromanjetiżmu

1] Kapaċi nuri l-elettriċità statika billi nħokk l-istrippi tal-perspex jew tal-politin b'biċċa drapp u mbagħad nuża l-istrippi ċċarġjati biex inġiegħel biċċiet żgħar tal-karti jiċċaqalqu. 
2] Kapaċi nispjega kif l-elettriċità statika tinvolvi l-moviment taċ-ċarġis negattivi jew l-elettroni, bejn żewġ materjali, biex hekk ikun hemm wieħed b'ċarġ pożittiv u ieħor b'ċarġ negattiv. 
3] Kapaċi niddeskrivi l-perikli tal-elettriċità statika, e.ż. meta jkun hemm l-alimentazzjoni (refuelling) tal-vetturi, jew meta taħdem b'ċirkwiti delikati elettroniċi. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nfittex fuq kif l-elettriċità statika tintuża fl-industrija għaż-żebgħa bl-isprej, u għat-tneħħija tal-pollutanti perikolużi fiċ-ċmieni.  
5] Kapaċi nispjega kif il-joni b'ċarġ negattiv u pożittiv jiddependu fuq in-numri tal-elettroni mqabbla man-numru tal-protoni f'atomu.
6] Kapaċi ninvestiga dwar liema huma l-conductors u l-insulators bl-użu ta' ċirkwit sempliċi b'ċellola u lampa. 
 IL-PERSONALI
7] Kapaċi nispjega li, meta mqabbla ma' materjali oħrajn, il-conductors fihom aktar elettroni ħielsa (free electrons) li jgħaddu meta mqiegħda f'ċirkwit mal-provvista tal-enerġija (power supply). Kapaċi nispjega d-differenza bejn id-direzzjoni tal-fluss taċ-ċarġis u d-direzzjoni tal-fluss konvenzjonali tal-kurrent. 
8] Kapaċi nibni ċirkwit sempliċi permezz ta' provvista tal-enerġija, bozza, u ammetru biex inkejjel il-kurrent. 
9] Kapaċi nispjega kif il-kurrent huwa relatat mar-rata tal-fluss taċ-ċarġ, meta jinqabeż ċertu punt fiċ-ċirkwit.
10] Kapaċi nuża r-relazzjoni: Q=It, biex insolvi l-problemi relatati maċ-ċarġ, il-kurrent, u l-ħin.
11] Kapaċi nuża s-simboli korretti taċ-ċirkwit biex inpinġi dijagrammi taċ-ċirkwit ta' ċirkwiti sempliċi. 
12] Kapaċi nuri kif vultaġġ akbar fuq provvista varjabbli ta' enerġija jirrelata ma' kurrent jew fluss akbar tal-elettroni f'ċirkwit.
13] Kapaċi nispjega kif, meta jkun hemm il-fluss tal-kurrent, ix-xogħol li tagħmel il-provvista tal-enerġija jiġi ttrasferit f'forom oħrajn ta' enerġija fil-komponenti f'ċirkwit. 
14] Kapaċi nuża r-relazzjoni: E=V/Q, biex insolvi l-problemi li jirrigwardaw l-enerġija, il-vultaġġ jew id-differenza potenzjali u ċ-ċarġ.
15] Kapaċi niddisinja u nibni ċirkwit sempliċi bi provvista tal-enerġija, lampa, reżister, ammetru, voltmetru, u swiċċ.
16] Kapaċi nuża analoġija biex nuri kif iċ-ċarġ jgħaddi minn ġo ċirkwit.
17] Kapaċi niddiskuti kif ir-rata tat-trasferiment tal-enerġija f'komponent elettriku hija relatata mal-vultaġġ madwar il-komponent u l-kurrent li qed jgħaddi minnu. 
18] Kapaċi nuża r-relazzjoni: P=IV, biex insolvi problemi li jikkonċernaw żewġ varjabbli.
19] Kapaċi nuża u nbiddel ir-relazzjonijiet: V=€/Q, P=IV u Q=Ixt, biex nuri li E=Pxt.
20] Kapaċi niddisinja u nagħmel esperiment biex inkejjel ir-reżistenza ta' reżister fiss bl-użu tal-kejl tal-kurrent u l-vultaġġ.
21] Kapaċi naġġusta d-differenza potenzjali madwar reżister fiss biex nieħu l-kejl tal-vultaġġ u l-kurrent.
22] Kapaċi npinġi straight line graff bl-użu tal-vultaġġ u d-data kurrenti għal reżister fiss.
23] Kapaċi nuża graff tal-kurrent u l-vultaġġ għal ohmic conductor biex insib ir-reżistenza tal-conductor.
24] Kapaċi niddeskrivi kif il-kollużjonijiet bejn iċ-ċarġis ħielsa (free charges) u l-joni f'conductor huma l-kawża tar-reżistenza. 
25] Kapaċi nuża r-Regola ta' Ohm: V=IR biex insolvi problemi meta ningħata żewġ varjabbli.
26] Kapaċi nuża reżisters konnessi f'serje (in series) f'ċirkwit biex nuri kif tiżdied ir-reżistenza totali fiċ-ċirkwit. 
27] Kapaċi nuża analoġija biex nuri kif ir-reżisters f'serje jżidu r-reżistenza totali hekk kif ikun qed isir aktar xogħol biex iċ-ċarġis jgħaddu mir-reżisters kollha f'serje. 
28] Kapaċi nuża r-reżisters f'konnessjoni parallela f'ċirkwit, biex nuri kif tonqos ir-reżistenza totali fiċ-ċirkwit.  
29] Kapaċi nispjega kif hemm aktar mogħdijiet biex iċ-ċarġis jgħaddu minnhom f'arranġament parallel tar-reżisters meta tonqos ir-reżistenza. 
30] Kapaċi nuri x'jiġri lill-kurrent u lill-vultaġġ f'ċirkwit meta ċ-ċelloli jkunu rranġati f'serje. 
31] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta l-karatteristiċi tal-kurrent AC u DC, u nuża oxxilloskopju biex nuri din id-differenza.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
32] Kapaċi ninterpreta l-graffs V-I għall-komponenti differenti, e.ż. ir-reżisters fissi, bozza tad-dawl, it-termistur, biex niddeskrivi r-reżistenza tal-komponenti u kif tvarja mal-vultaġġ.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
33] Kapaċi nispjega u nuri kif inhi mqassma s-sistema elettrika fid-djar, fl-iskejjel, u fuq il-postijiet tax-xogħol.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
34] Kapaċi nfittex informazzjoni fuq kif tagħmel id-djar, l-iskejjel, u l-postijiet tax-xogħol aktar effiċjenti fl-enerġija. Kapaċi nuża dan biex nikteb ittra lill-iskola tiegħi biex nissuġġerixxi metodi biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija fil-binja tal-iskola.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
35] Kapaċi nispjega l-miżuri elettriċi ta' sigurtà adattati fid-dar. 
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
36] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi ta' sigurtà użati fl-apparati elettriċi, inkluż il-fjusis, it-trip switches u r-residual current circuit breakers (RCCB).
37] Kapaċi nispjega kif il-kumpaniji tal-elettriku jiġġeneraw kontijiet regolari għall-elettriku użat id-dar billi jkejlu l-ammont użat ta' electrical units
38] Kapaċi nispjega xi jfisser it-terminu 'kilowatt hour' (kWh)
39] Kapaċi nikkalkula l-ispiża tal-użu tal-elettriku bl-użu tal-ekwazzjoni: il-kost = numru ta' units użati x il-kost għal kull unit.

 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
40] Kapaċi nuri l-effetti tal-kamp manjetiku madwar conductor li għaddej il-kurrent minnu bl-użu tal-plotting compasses.  
41] Kapaċi nagħmel il-kalamiti tiegħi nnifsi billi nuża msiemer tal-ħadid u kalamita permanenti. 
 IL-PRATTIKA

42] Kapaċi nispjega kif jaħdem kumpass f'termini tal-kamp manjetiku tad-dinja. 
L-INTERPERSONALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-għarfien u l-fehim tiegħi fuq x-xjenza u t-teknoloġija meta niġi biex nikkunsidra kwistjonijiet, inklużi dawk etiċi relevanti għalija bħala ċittadin/a, bħal pereżempju s-sostenibbiltà ambjentali u s-saħħa. 

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Radjazzjoni għall-Komunikazzjoni u s-Saħħa

1] Kapaċi nidentifika l-komponent tar-radjazzjoni li jagħmel parti mill-ispettru elettromanjetiku.
2] Kapaċi nirrappreżenta l-wavelenghts u l-frekwenzi tar-radjazzjoni elettromanjetika fil-forma standard. 
3] Kapaċi nfittex fil-kotba u onlajn biex inkun kapaċi niddeskrivi kif it-tipi differenti ta' radjazzjoni elettromanjetika jintużaw għall-komunikazzjoni.
 IL-QARI U L-FEHIM
4] Kapaċi nuża t-tagħmir adattat u nippjana investigazzjoni biex inkejjel l-angolu kritiku (critical angle) meta qed nikkrea r-riflessjoni totali interna (total internal reflection).
5] Kapaċi nispjega kif id-dawl u r-radjazzjoni infrared jistgħu jintużaw fil-komunikazzjonijiet fibre optic.
6] Kapaċi nispjega l-benefiċċji tal-fibre optics fil-komunikazzjonijiet broadband meta mqabbla ma' mezzi antiki bħall-konnessjonijiet dial up.
7] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta l-karatteristiċi mudell tal-għajn umana u kamera. 
8] Kapaċi nfittex fuq kif it-teknoloġija fil-kameras imxiet 'il quddiem tard fid-19-il seklu sal-lum, e.ż. id-disponibbiltà ta' ħafna teknoloġiji tal-mowbajls li jinkludu l-kameras CCD. 
9] Kapaċi nispjega kif l-assorbiment tal-microwaves mill-ilma fl-ikel, jifforma l-bażi għall-operat tal-microwave oven, u kif iż-żieda fl-enerġija hija ttrasferita permezz tal-ikel bil-mogħdija tal-elettriku (conduction).
10] Kapaċi niddeskrivi kif huma ddisinjati l-microwave ovens biex jassorbu microwaves oħrajn fl-arja biex jipproteġu lill-utenti. 
11] Kapaċi niddiskuti kif ir-radiowaves u l-microwaves jintużaw għall-komunikazzjonijiet fuq distanza twila u globali.
12] Kapaċi nispjega li l-microwaves jintużaw għall-komunikazzjoni mas-satelliti minħabba li mhumiex assorbiti mill-atmosfera tad-dinja. 
13] Kapaċi nuri kif l-ionosphere taġixxi bħala mera għar-radiowaves biex tippermetti l-użu tagħhom fil-komunikazzjonijiet globali. 
14] Kapaċi nuża d-data mill-istudji xjentifiċi biex ninvestiga x-xnigħat magħmulin minn gruppi opposti dwar l-użu tar-radjazzjoni microwave fil-mowbajls, u nifformula argument, kontra jew favur, l-użu tal-microwaves
15] Kapaċi nqabbel il-karatteristiċi tas-sinjali analogue u diġitali.
16] Kapaċi nfittex dwar kif is-sinjali huma trażmessi f'formats analogue u diġitali. 
17] Kapaċi niddiskuti l-benefiċċji tas-sinjali diġitali, kif jiġu maħżuna, u kif jifformaw is-sounds u l-images.
18] Kapaċi nuri kif l-intensità ta' sinjal tonqos aktar ma r-riċevitur jersaq lil hinn mis-sors tat-trażmissjoni.
19] Kapaċi niddeskrivi kif l-atmosfera tad-dinja tittrażmetti r-radjazzjoni elettromanjetika mix-xemx permezz tal-wiċċ tad-dinja. 
20] Kapaċi nuża d-data xjentifika relatata mal-livelli tad-dijossidu tal-karbonju biex nifformula argument dwar it-tisħin globali.
21] Kapaċi nargumenta, kemm favur u kemm kontra, dwar l-użu tal-fjuwils tal-karbonju f'relazzjoni mal-benefiċċji u l-effetti perikolużi tagħhom. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf kif nitgħallem, naġġorna l-għarfien tiegħi, u napplika l-fehim tiegħi biex b'hekk inkompli nitgħallem għal ħajti kollha billi nibni l-għarfien tiegħi fuq il-kwistjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi biex nieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza.

L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dinja u l-Univers

1] Kapaċi niddeskrivi kif id-dinja hija waħda mit-tmien pjaneti fis-sistema solari tagħna.
2] Kapaċi nuża l-kotba u l-internet biex insib informazzjoni, e.ż. id-daqs, il-massa, il-qies tal-aċċellerazzjoni minħabba l-gravità dwar il-pjaneti kollha fis-sistema solari tagħna.
3] Kapaċi nifforma l-istruttura tad-dinja, e.ż. il-qalba (core), il-mantle, u l-qoxra (crust) bl-użu ta' materjali differenti, e.ż. bl-użu tat-tafal.
4] Kapaċi nuża l-kotba u l-internet biex nispjega li l-mappa tad-dinja mhux dejjem kienet tidher kif inhi bħalissa. 
5] Kapaċi nuża t-teorija ta' Wegener fuq il-continental drift biex nuri kif setgħet tidher il-mappa tad-dinja fi stadji differenti fl-istorja tad-dinja. 
6] Kapaċi nispjega kif fossili u saffi tal-blat simili, kif ukoll il-forma tal-kontinenti, huma evidenza tat-teorija ta' Wegener fuq il-continental drift
7] Kapaċi nbassar x'jista' jiġri lill-mappa tad-dinja fil-futur skont il-continental drift u t-tbassir li l-livelli tal-baħar qed jinbidlu.
8] Kapaċi nispjega li l-qigħan tal-baħar qed jinfirxu b'rata ta' ftit ċentimetri kull sena, u kif dan huwa relatat mal-proċessi tal-konvezzjoni fejn tiċċaqlaq il-mantle minħabba s-sħana li toħroġ mill-core tad-dinja. 
9] Kapaċi niddeskrivi kif il-karatteristiċi ġeografiċi bħall-muntanji u l-vulkani normalment jinstabu fit-tarf tal-blat tettoniku (tectonic plates).
10] Kapaċi niddiskuti dwar kif it-terremoti huma kkawżati mill-moviment tal-blat tettoniku huma relattivi għal xulxin.
11] Kapaċi nuża l-internet biex ninvestiga kif ix-xjentisti jużaw id-data minn avvenimenti sismiċi biex jiskopru l-istruttura tad-dinja.
12] Kapaċi nuża l-informazzjoni minn siti tal-aħbarijiet u oħrajn fuq l-internet biex niddiskuti kif it-tsunamis huma kkawżati minn avvenimenti sismiċi bħat-terremoti li jseħħu f'ibħra miftuħa.
13] Kapaċi nuri l-mechanical waves prodotti mit-terremoti bl-użu tal-islinky.
14] Kapaċi nuża s-softwer adattat tal-kompjuter biex nuri l-karatteristiċi tal-waves P (primarji) u S (sekondarji) li huma prodotti mit-terremoti.
15] Kapaċi niddeskrivi li l-waves P jistgħu jivvjaġġaw mill-likwidi u l-materjali solidi iżda l-waves S jistgħu jivvjaġġaw biss mill-materjali solidi.
16] Kapaċi nuża l-internet biex ninvestiga kif kienu fformati l-gżejjer Maltin.
17] Kapaċi nuri u niddeskrivi kif jimxu x-xemx, id-dinja, u l-qamar f'relazzjoni flimkien u kif din hi l-kawża għall-eklissi solari u lunari fuq id-dinja.
18] Kapaċi nuża l-mudell tax-xemx, tad-dinja, u tal-qamar biex nuri l-fażijiet tal-qamar.
19] Kapaċi nispjega kif huma kkawżati l-merea minħabba l-ġibda gravitazzjonali tal-qamar.
20] Kapaċi niskopri kif Isaac Newton kien l-ewwel persuna li spjega kif il-qamar ikkawża l-mereat.
21] Kapaċi nispjega kif il-mewġ huma riżultat tal-effetti tas-sħana mix-xemx u l-kurrenti konvezzjonali li jikkawżaw ir-riħ.
22] Kapaċi ninvestiga, billi nuża metodi differenti, kif il-partiċelli tal-ilma jiċċaqalqu 'l fuq u 'l isfel, u nuża dan biex nispjega kif il-mewġ huma trasferiment tal-enerġija li ma jikkawżax il-materja li tiġi trasferita.
23] Kapaċi ninterpreta d-dijagrammi tal-mewġ f'termini tal-amplitudni, il-wavelength, u l-frekwenza tagħhom.
24] Kapaċi nuża l-ekwazzjoni tal-mewġ: wavespeed = wavelength x frequency.
25] Kapaċi niftakar li l-veloċità tad-dawl hija 300,000km/s, ekwivalenti għal 3x10^8m/s fil-forma standard.
26] Kapaċi nuża kalkolatur biex niddetermina l-wavelengths u l-frekwenzi ta' radjazzjonijiet elettromanjetiċi differenti li jikkonċernaw varjabbli wieħed, e.ż. il-wavelength jew il-frekwenza.




Agħti r-rispons tiegħek hawn