Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza Fiżika > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-proċess tar-riċerka, il-ħiliet tax-xjenza, u l-proċessi kreattivi tat-teknoloġija biex nindirizza l-bżonnijiet tas-soċjetà u noħroġ b'soluzzjonijiet xierqa għall-kwistjonijiet li huma rilevanti għalija bħala ċittadin/a. ​

L-Aspett tas-Suġġett: L-Enerġija, il-Forzi, u l-Moviment

1] Kapaċi niskopri kif it-tekniki moderni tal-kostruzzjoni jippermettu modi innovattivi biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija fil-binjiet. 
 L-INTERPERSONALI
2] Kapaċi ninvestiga u niddiskuti kif joperaw il-units tal-arja kkundizzjonata (AC) biex iżommu l-kmamar u l-binjiet friski, billi jittrasferixxu s-sħana u jbiddlu żoni sħan għal dawk friski.
 NITGĦALLEM INKUN JIEN
3] Kapaċi nuża l-informazzjoni tal-manifattur u l-ispeċifikazzjonijiet mill-internet, kif ukoll l-ekwazzjonijiet għall-enerġija elettrika, il-qawwa u l-ispiża tal-elettriku biex nevalwa l-kosteffettività tal- units tal-arja kkundizzjonata. 
 IL-QARI U L-FEHIM

4] Kapaċi nidentifika u nispjega l-effett tas-serra u nużaha biex nispjega t-tisħin globali.
 NITGĦALLEM KIF

5] Kapaċi nfittex dwar l-aħjar prattiki barra minn Malta fejn tidħol l-effiċjenza tal-enerġija. 
IL-BIDLA SOĊJALI

6] Kapaċi nfittex dwar kif persuni differenti minn kulturi differenti, jużaw tekniki differenti ta' kostruzzjoni. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ

7] Kapaċi niddeskrivi kif it-tekniki moderni tal-kostruzzjoni jippermettu modi innovattivi biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija fil-binjiet. 
 IL-PRATTIKA
8] Kapaċi nagħmel investigazzjoni fuq kif il-materjali differenti jestendu meta tkun applikata forza esterna fuq tarf wieħed, u meta titneħħa l-forza.  
 IL-PRATTIKA
9] Kapaċi npinġi l-graff tal-forza u l-estenzjoni (force vs extension graph), insib fejn hu l-limitu elastiku ta' materjali differenti u nużah biex niddeċiedi liema materjali jkunu tajbin għall-użu f'diversi ċirkostanzi, e.ż. il-kostruzzjoni ta' pont ta' sospensjoni (suspension bridge). 
10] Kapaċi nfittex u napplika modi biex ninkorpora l-istabbiltà fid-disinn tal-vetturi moderni. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
11] Kapaċi ninvestiga x'materjali jistgħu jintużaw fil-kostruzzjoni tas-sottomarini biex tkun permessa aktar esplorazzjoni f'qiegħ l-ibħra u l-oċeani. 
12] Kapaċi niskopri kif il-bugħaddasa jirritornaw lura fil-wiċċ qawwijin u sħaħ billi nsegwi mill-qrib il-qies tal-bżieżaq tal-gass hekk kif dawn jitilgħu 'l fuq waqt li jkunu taħt l-ilma. 

13] Kapaċi nfittex għaliex Galileo kien juża l-pendli biex nargumenta b'konvinzjoni kontra l-opinjoni ta' Aristotli li tgħid li oġġetti itqal jaqgħu lejn l-art aktar malajr minn oġġetti anqas tqal.
14] B'mod kwalitattiv, kapaċi nirrelata l-graffs tad-distanza u tal-ħin, u dawk tal-veloċità u tal-ħin. 
 
 
IT-TAGĦLIM KREATTIV
15] Kapaċi ninvestiga l-fatturi li jaffettwaw il-moviment ċirkulari inkluż il-massa, il-veloċità, u r-radjus taċ-ċirku traċċat mill-moviment. 
16] Kapaċi niddiskuti l-enerġija rotazzjonali tal-imtieħen f'relazzjoni mat-trasferiment tal-enerġija mill-enerġija kinetika tal-arja, kif it-turbini moderni jużawha biex jiġġeneraw l-enerġija u nikkummenta fuq kif it-turbini tar-riħ jistgħu jitħaddmu b'mod aktar effiċjenti.
17] Kapaċi ninvestiga l-metodi biex titnaqqas il-ħsara lill-passiġġieri f'termini tal-forza, il-momentum, u l-ħin. 
 IL-PRATTIKA
18] Kapaċi nifforma argument raġonevoli dwar it-tkabbir sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u d-dritt tagħhom biex isostnu l-iżvilupp tagħhom stess. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI

19] Kapaċi nevalwa l-metodi lokali u globali tat-trasport, l-impatt relattiv tagħhom fuq l-ambjent, u nirrakkomanda l-aktar metodi sostenibbli. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-evidenza meta nifformula l-investigazzjonijiet biex nasal għas-soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi relevanti, u nuża l-għarfien tiegħi biex nifhem il-kwistjonijiet fi ħdan is-soċjetà, u nagħmel deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Elettriċità u l-Elettromanjetiżmu

1] Kapaċi ninvestiga l-kampanji elettriċi u l-effetti tagħhom fuq iċ-ċarġis pożittivi u negattivi.
2] Kapaċi nfittex u nippreżenta l-istorja dwar l-iskoperta tal-elettriku sal-użu tiegħi fiż-żminijiet moderni tal-lum.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
3] Kapaċi nevalwa l-użu tal-LEDs billi nuża l-ekwazzjonijiet għall-enerġija elettrika u l-qawwa (power) bħala sostituti għal forom oħrajn ta' dawl fil-vetturi, dwal tat-triq eċċ, f'termini tal-ispiża u s-sostenibbiltà. 
 NITGĦALLEM KIF
4] Kapaċi nqabbel il-metodi tal-kejl tal-elettriku analogu u diġitali, u niddetermina l-preċiżjoni tagħhom. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
5] Kapaċi niddiskuti u nevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-użu tal-vetturi elettriċi u niżviluppa argumenti, favur u kontra l-użu tagħhom meta mqabbla mal-vetturi konvenzjonali tal-petrol u d-diżil.
 L-INTERPERSONALI
6] Kapaċi niddiskuti s-similaritajiet u d-differenzi bejn il-vultaġġ u l-emf.
7] Kapaċi niddisinja u nibni ġeneratur AC personali.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
8] Kapaċi nfittex dwar kif il-kalamiti jintużaw fix-xjenza, u mill-użu tagħhom fil-Large Hadron Collider inqabbel il-konklużjonijiet tiegħi mal-użu tagħhom fil-bullet trains u f'hover vehicles oħrajn.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI
9] Kapaċi nuża kalamita żgħira tan-neodimju u pajp tar-ram biex napprova r-Regola ta' Lenz. 
10] Kapaċi ninvestiga l-effetti tar-Regola Lenz fil-karozzi u magni oħrajn b'muturi DC.
11] Kapaċi niddiskuti r-raġunijiet għaliex il-provvista tal-elettriku affidabbli u kostanti hija meħtieġa fil-ħajja moderna tagħna u saħansitra wkoll f'postijiet remoti fid-dinja.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
12] Kapaċi niddeskrivi kif is-semiconductors huma differenti mill-conductors komuni, u fejn u għaliex huma użati.
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
13] B'mod kritiku, kapaċi nevalwa l-benefiċċji tal-użu ta' apparati b'enerġija effiċjenti fid-dar f'relazzjoni mal-ispiża, il-ħlas b'lura, u l-impatt fuq l-ambjent. 
 NITGĦALLEM INKUN JIEN



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-għarfien u l-fehim tiegħi fuq x-xjenza u t-teknoloġija meta niġi biex nikkunsidra kwistjonijiet, inklużi dawk etiċi relevanti għalija bħala ċittadin/a, bħal pereżempju s-sostenibbiltà ambjentali u s-saħħa. 

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Radjazzjoni għall-Komunikazzjoni u s-Saħħa

1] Kapaċi nanalizza d-data, b'mod kritiku, dwar l-istil tal-ħajja, il-kanċer tal-ġilda, u l-prevenzjoni kontra tiegħu f'Malta u madwar id-dinja.
 IL-QARI U L-FEHIM
2] Kapaċi nqabbel u nikkuntrasta l-benefiċċji u t-tħassib tal-fużjoni u l-fissjoni nukleari għall-produzzjoni tal-enerġija. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
3] B'mod kritiku, kapaċi nevalwa l-informazzjoni mill-internet biex nifformula argumenti fuq l-użu tal-enerġija nukleari.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
4] Kapaċi niddiskuti l-effettività u l-użu potenzjali tal-fużjoni nukleari fil-produzzjoni tal-enerġija għall-futur. 
 IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf kif nitgħallem, naġġorna l-għarfien tiegħi, u napplika l-fehim tiegħi biex b'hekk inkompli nitgħallem għal ħajti kollha billi nibni l-għarfien tiegħi fuq il-kwistjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi biex nieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza.

L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dinja u l-Univers

1] Kapaċi niddiskuti l-possibbiltajiet ta' ħajja fuq pjaneti oħrajn u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex issostniha. 
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi napplika l-kunċett tar-red shift biex nispjega kif qed jespandi l-univers.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
3] Kapaċi nfittex u nippreżenta l-possibbiltajiet dwar jekk hemmx bnedmin jgħixu fuq pjaneti oħrajn. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
4] Kapaċi nitkellem fuq it-teorija tal-Big Bang.
5] Kapaċi nfittex evidenza fuq l-eżistenza tat-toqob suwed u niddeskrivihom bħala l-uniċi fl-ispazju b'ġibda gravitazzjonali kbira biżżejjed biex tipprevjeni d-dawl milli jintilef.
 IL-MIDJA DIĠITALI
6] Kapaċi nitkellem fuq kif huma mibnija t-teleskopji u għaliex jinbnew bil-mirjiet u mhux bl-objective lenses.
7] Bl-użu tal-internet u l-kotba, kapaċi nfittex fuq kif Edwin Hubble osserva r-red shift tal-galassji biex jikkalkula bejn wieħed u ieħor iż-żmien tal-univers. 
8] Kapaċi ninvestiga kif ix-xjentisti jużaw id-data mill-attivitajiet sismiċi biex jippruvaw ibassru meta jistgħu jseħħu t-terremoti u l-iżbroffi tal-vulkani fil-futur. 
9] Kapaċi nfittex fuq id-dibattiti kurrenti dwar il-bidu tal-univers, e.ż. x'ġie qabel l-univers, it-teoriji tal-multiverse.
10] Kapaċi nfittex fuq l-astronawti li jgħixu fuq l-International Space Station u kif dawn isostnu lilhom infushom meta qed jgħixu fl-orbità ta' madwar id-dinja. 
  NITGĦALLEM INKUN JIEN
11] Kapaċi ninvestiga kif tintuża l-interferenza tal-waves fit-teknoloġija, e.ż. bl-użu tan-noise reduction headphones. 
 IL-KONJITTIV
12] Kapaċi niddiskuti diversi fehmiet xjentifiċi rigward id-destin tal-univers. 
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
13] Kapaċi nfittex informazzjoni dwar ir-red shift u nużaha biex nispjega t-teorija tal-espansjoni tal-univers.
14] B'mod kritiku, kapaċi nevalwa r-raġunijiet soċjali, etiċi, u ekonomiċi, kemm dawk kontra u dawk favur, l-esplorazzjoni tal-ispazju.
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
15] Kapaċi nfittex fuq kif ix-xjentisti jkejlu l-veloċità tad-dawl.




Agħti r-rispons tiegħek hawn