Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet
L-Istudji Kummerċjali > LEVEL 8
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nirrifletti u nesplora fuq l-identità Maltija tiegħi, u r-relazzjoni bejn id-diversità u l-identità f'Malta, fl-Ewropa, u fid-dinja. Kapaċi naħseb b'mod kritiku u kreattiv fuq problemi ta' kuljum f'kuntesti lokali kif ukoll fuq problemi akbar fl-iskala globali.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Ambjent tan-Negozju
1] Kapaċi nagħmel differenza bejn il-bżonnijiet u x-xewqat ta' soċjetà, u kapaċi nidentifika kif dawn huma milħuqa permezz tal-attivitajiet tan-negozju.
2] Kapaċi niddistingwi bejn is-settur primarju, sekondarju, u terzjarju tal-ekonomija.
3] Kapaċi niddeskrivi d-differenza bejn is-settur pubbliku u privat, u kapaċi nidentifika l-għanijiet differenti taż-żewġ setturi.
4] Kapaċi nidentifika u nispjega l-għanijiet differenti ta' forom ta' negozji diversi li jeżistu fis-settur privat u pubbliku.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nifhem kif it-tagħlim fuq l-istudji umanistiċi jista' jagħni l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja, u kif tista' tkun ta' valur matul ħajti.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Intrapriża
1] Kapaċi nispjega r-rwol u l-kwalitajiet tal-intraprenditur.
2] Kapaċi nelenka l-fatturi li jinkoraġġixxu l-intrapriża.
3] Kapaċi niddeskrivi l-funzjonijiet ta' numru ta' entitajiet Maltin li jappoġġaw u jirregolaw l-attività tan-negozju, jiġifieri:
4] Kapaċi nindika s-servizzi li banek kummerċjali joffru lin-negozji.
5] Kapaċi nipprepara pjan għad-direzzjoni tan-negozju sempliċi, u kapaċi nispjega l-importanza ta' dan il-pjan.
6] Kapaċi nidentifika r-raġunijiet għaliex hemm bżonn ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju.
7] Kapaċi napprezza li r-riċerka u l-iżvilupp huma għodda essenzjali għall-progress tal-attività tan-negozju.
8] Kapaċi niżvolġi riċerka minn dokumentazzjoni eżistenti kif ukoll niġġenera riċerka fil-qasam.
9] Kapaċi nagħti eżempji ta' żvilupp ta' prodott b'riżultat ta' riċerka effettiva.
10] Kapaċi nikkomunika b'mod effettiv u kapaċi naħdem f'tim.
11] Kapaċi nispjega l-proċess tal-komunikazzjoni, u kapaċi nispjega l-importanza ta' komunikazzjoni effettiva, kemm fin-negozju u anke ma' partijiet.
12] Kapaċi nidentifika modi xierqa ta' komunikazzjoni biex jiġu pprevenuti problemi ta' komunikazzjoni.
13] Kapaċi mmexxi b'mod responsabbli u nirrispetta l-awtorità.
INTERPERSONALI
14] Kapaċi niddiskuti eżempji ta' prattiċi tan-negozju etiċi/mhux etiċi.

- Il-Korporazzjoni għall-Impjiegi u t-Taħriġ (ETC)
- L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)
- Il-Malta Enterprise
- Id-Dipartiment tal-Kummerċ
- L-Awtorità tal-Konsumatur
4] Kapaċi nindika s-servizzi li banek kummerċjali joffru lin-negozji.
5] Kapaċi nipprepara pjan għad-direzzjoni tan-negozju sempliċi, u kapaċi nispjega l-importanza ta' dan il-pjan.
6] Kapaċi nidentifika r-raġunijiet għaliex hemm bżonn ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju.
7] Kapaċi napprezza li r-riċerka u l-iżvilupp huma għodda essenzjali għall-progress tal-attività tan-negozju.
8] Kapaċi niżvolġi riċerka minn dokumentazzjoni eżistenti kif ukoll niġġenera riċerka fil-qasam.
9] Kapaċi nagħti eżempji ta' żvilupp ta' prodott b'riżultat ta' riċerka effettiva.
10] Kapaċi nikkomunika b'mod effettiv u kapaċi naħdem f'tim.
11] Kapaċi nispjega l-proċess tal-komunikazzjoni, u kapaċi nispjega l-importanza ta' komunikazzjoni effettiva, kemm fin-negozju u anke ma' partijiet.
12] Kapaċi nidentifika modi xierqa ta' komunikazzjoni biex jiġu pprevenuti problemi ta' komunikazzjoni.
13] Kapaċi mmexxi b'mod responsabbli u nirrispetta l-awtorità.
INTERPERSONALI
14] Kapaċi niddiskuti eżempji ta' prattiċi tan-negozju etiċi/mhux etiċi.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nifhem kif it-tagħlim fuq l-istudji umanistiċi jista' jagħni l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja, u kif tista' tkun ta' valur matul ħajti.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Litteriżmu Ekonomiku u Finanzjarju
1] Kapaċi nispjega kif ix-xewqat illimitati tan-nies jikkawżaw skarsezza tar-riżorsi.
2] Kapaċi nispjega kif l-iskarsezza taffettwa t-tqassim tar-riżorsi, u kif l-għażliet li jittieħdu f'dan ir-rigward ikollhom prezz.
3] Kapaċi nifhem il-kost ta' għażliet li jirriżultaw minn deċiżjoni fin-negozju.
4] Kapaċi nelenka u nispjega s-servizzi personali li jipprovdu banek kummerċjali. Kapaċi nispjega l-benefiċċji ta' dawn is-servizzi.
5] Kapaċi nagħmel differenza bejn id-dħul personali u n-nefqa personali.
6] Kapaċi nipprepara kont tal-bank jew kont tal-flus billi nuża l-kunċett tad-dħul u l-ħruġ tal-flus, u kapaċi nibbilanċja dan il-kont fl-aħħar tal-perjodu.
7] Kapaċi nifhem u nispjega t-terminoloġija u l-figuri f'rendikont bankarju.
8] Kapaċi nispjega t-terminoloġija użata f'baġit personali u aspetti relatati bħal ippjanar, infiq żejjed, tfaddil, kontinġenza, il-kunċett tas-self, u provediment għal kontribuzzjonijiet għall-komunità.
9] Kapaċi nipprepara baġit personali waqt li nikkunsidra d-dħul mistenni, infiq, u xi pagamenti fuq self ta' flus li jista' jkolli.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
10] Kapaċi niddiskuti ċerti riskji li jkollhom in-negozji.
11] Kapaċi niddistingwi bejn riskji tan-negozju assigurabbli u dawk mhux assigurabbli.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nevalwa t-tagħlim tiegħi fl-istudji umanistiċi, u ntejjeb u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Istruttura u l-Organizzazzjoni tan-Negozju
1] Kapaċi niddistingwi bejn obbligazzjoni (jew responsabbiltà) limitata u illimitata.
2] Kapaċi nispjega l-istruttura, u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' organizzazzjonijiet tan-negozji varji, jiġifieri: propjetarju waħdieni, sħubiji, kumpanija b'obbligazzjoni limitata, koperattivi, dipartimenti tal-Gvern, awtoritajiet lokali, u sħubija bejn is-settur privat u pubbliku.
3] Kapaċi nispjega r-rwol tal-Gvern f'sistemi ekonomiċi mħallta għal dak li għandu x'jaqsam ma' negozji.
4] Kapaċi niddiskuti għaliex in-negozji jistgħu jiġu nazzjonalizzati jew privatizzati.
5] Kapaċi ninterpreta organigramma.
6] Kapaċi niddeskrivi l-istili differenti ta' mmaniġġjar, u niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kull stil.
7] Kapaċi nispjega stil tal-immaniġġjar minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet fuq l-esperjenza umana fil-passat u fil-preżent, u nibni u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi permezz ta' inkjesta.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Elementi tal-Attività tan-Negozju
1] Kapaċi nidentifika l-funzjonijiet tad-dipartiment inkarigat mix-xiri fi ħdan negozju.
2] Kapaċi nispjega l-prinċipji użati fil-proċess tal-għażla għal dawk li se jfornu n-negozju bil-materjal.
3] Kapaċi nispjega l-bżonn ta' sistema tal-immaniġġjar tal-istokk effettiva, li tintuża b'mod konsistenti fin-negozju.
4] Kapaċi nispjega l-proċessi ta' produzzjoni differenti.
5] Kapaċi nispjega l-ekonomiji u d-diżekonomiji tal-kobor.
6] Kapaċi nispjega l-impatt tal-awtomazzjoni fin-negozju.
7] Kapaċi niddiskuti kif negozji jistgħu juru iktar rispett lejn l-ambjent permezz ta' produzzjoni aktar sostenibbli.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
8] Kapaċi nidentifika fatturi varji li jiddeterminaw l-għażla fejn organizzazzjoni negozjarja għandha tiġi allokata, inkluż ir-regolamenti tal-ippjanar.
2] Kapaċi nispjega l-prinċipji użati fil-proċess tal-għażla għal dawk li se jfornu n-negozju bil-materjal.
3] Kapaċi nispjega l-bżonn ta' sistema tal-immaniġġjar tal-istokk effettiva, li tintuża b'mod konsistenti fin-negozju.
4] Kapaċi nispjega l-proċessi ta' produzzjoni differenti.
5] Kapaċi nispjega l-ekonomiji u d-diżekonomiji tal-kobor.
6] Kapaċi nispjega l-impatt tal-awtomazzjoni fin-negozju.
7] Kapaċi niddiskuti kif negozji jistgħu juru iktar rispett lejn l-ambjent permezz ta' produzzjoni aktar sostenibbli.
NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
8] Kapaċi nidentifika fatturi varji li jiddeterminaw l-għażla fejn organizzazzjoni negozjarja għandha tiġi allokata, inkluż ir-regolamenti tal-ippjanar.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nifhem kif it-tagħlim fuq l-istudji umanistiċi jista' jagħni l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja, u kif tista' tkun ta' valur matul ħajti.
L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Riżorsi Umani
1] Kapaċi nispjega l-proċess ta' reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda.
2] Kapaċi nipprepara d-deskrizzjoni tal-impjieg u l-ispeċifikazzjoni tal-impjieg.
3] Kapaċi nidentifika l-mezzi tax-xandir differenti li jistgħu jintużaw għar-reklamar tal-impjieg.
4] Kapaċi nipprepara CV, nifformula ittra, u nimla formula ta' applikazzjoni għal xogħol ġdid.
5] Kapaċi nispjega l-preparazzjoni li trid issir f'każ ta' intervista għal impjieg, kemm mill-perspettiva ta' kandidat kif ukoll mill-perspettiva ta' min iħaddem.
6] Kapaċi nelenka l-aspetti prinċipali ta' kuntratt tal-impjieg.
7] Kapaċi nelenka u niddiskuti l-kundizzjonijiet bażiċi tal-impjieg skont il-liġi Maltija.
8] Kapaċi nidentifika forom differenti ta' taħriġ u nispjega għaliex it-taħriġ tal-ħaddiema huwa importanti.
9] Kapaċi nifhem l-importanza li l-impjegati jkunu motivati fuq il-post tax-xogħol. Naf nelenka forom ta' motivazzjoni finanzjarji u oħrajn mhux finanzjarji.
10] Kapaċi nispjega r-raġunijiet differenti li għalihom impjieg jista' jiġi tterminat skont il-liġi, u naf nipprepara ittra tar-riżenja.
11] Kapaċi nelenka wħud mid-dmirijiet u d-drittijiet tal-ħaddiem u ta' min iħaddem.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nispjega l-proċessi tat-tibdil u l-iżvilupp fil-passat u fil-preżent, u nirrifletti fuq u nevalwa żvilupp possibbli fil-futur.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Promozzjoni u l-Bejgħ tal-Prodotti u s-Servizzi
1] Kapaċi nispjega l-importanza tal-promozzjoni u naf nispjega modi differenti ta' promozzjoni.
2] Kapaċi niddistingwi bejn ir-reklamar u l-promozzjoni.
3] Kapaċi nispjega s-segmentazzjoni tas-suq.
4] Kapaċi nispjega l-fatturi essenzjali li jagħmlu parti mit-taħlita tal-promozzjoni.
5] Kapaċi nispjega l-importanza tal-marka u d-disinn tal-prodott.
6] Kapaċi nispjega r-rwol tal-ippakkjar fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott.
7] Kapaċi niddeskrivi u nuri l-istadji varji taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott.
8] Kapaċi nispjega li l-prezz tas-suq huwa stabbilit permezz tad-domanda u l-provista ta' prodott/servizz. Kapaċi nħejji skeda lineari għad-domanda u l-provista ta' prodott/servizz partikulari, u kapaċi nistabbilixxi l-prezz ekwilibriju.
9] Kapaċi nispjega l-istrateġiji differenti tal-ipprezzar użati min-negozju.
10] Kapaċi nidentifika u niddistingwi bejn ktajjen differenti tad-distribuzzjoni ta' prodott.
11] Kapaċi nispjega l-importanza tal-għażla għaqlija tas-suq ta' prodott/servizz.
12] Kapaċi niddistingwi bejn kummerċ bl-ingrossa u kummerċ bl-imnut, u nelenka l-funzjonijiet taż-żewġ tipi ta' kummerċ.
13] Kapaċi nelenka tipi differenti ta' ħwienet li jbigħu bl-imnut.
14] Kapaċi nispjega l-effett tal-internet fil-kummerċ elettroniku.
15] Kapaċi nidentifika l-forom differenti ta' trasport li n-negozji jistgħu jużaw biex iwasslu l-prodotti lill-konsumatur.
16] Kapaċi nispjega l-metodi differenti ta' promozzjoni għad-dispożizzjoni tan-negozji.
17] Kapaċi niddistingwi bejn riklam persważiv u dak informattiv.
18] Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' kampanja ta' reklamar persważiv, kif ukoll dik ta' reklamar informattiv.
19] Kapaċi nuri l-benefiċċji ta' relazzjonijiet tajbin mal-klijenti bħala parti mit-taħlita tal-promozzjoni.
20] Kapaċi nidentifika l-aspetti etiċi li negozju għandu jikkunsidra meta joħloq strateġija ta' promozzjoni għall-prodott jew is-servizz tiegħu.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI