Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

L-Istudji Kummerċjali > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nifhem kif it-tagħlim fuq l-istudji umanistiċi jista' jagħni l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja, u kif tista' tkun ta' valur matul ħajti. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Intrapriża

1] Kapaċi nidentifika nuqqasijiet fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju, u kapaċi nbiddlu sabiex ikun jista' jaħdem aħjar. 
2] Kapaċi nittraduċi pjan ta' direzzjoni għan-negozju fi strateġiji u biċċiet ta' xogħol prattiċi. 
3] Kapaċi nidentifika liema tip ta' stħarriġ tas-suq huwa l-aktar xieraq għal prodotti u servizzi partikolari.  
4] Kapaċi nikkomunika l-fatti u l-kuntest ta' sitwazzjoni partikolari b'mod effettiv mingħajr ma noħloq kunflitti. Kapaċi nsolvi kunflitti li jinqalgħu.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nifhem kif it-tagħlim fuq l-istudji umanistiċi jista' jagħni l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja, u kif tista' tkun ta' valur matul ħajti.  

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Litteriżmu Ekonomiku u Finanzjarju

1] Kapaċi niddiskuti b'mod kritiku dwar id-distribuzzjoni ħażina tar-riżorsi tad-dinja b'riżultat tal-forzi tas-suq.
NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nanalizza baġit personali u nidentifika n-nuqqasijiet tiegħu. Kapaċi noħroġ b'baġit aktar sensibbli.  



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nevalwa t-tagħlim tiegħi fl-istudji umanistiċi, u ntejjeb u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Istruttura u l-Organizzazzjoni tan-Negozju

1] Kapaċi nispjega l-iżvilupp storiku tan-negozji minn stat ta' ekonomija sussistenti għal sistema ta' globalizzazzjoni.
2] Kapaċi niddiskuti l-argumenti favur u kontra n-nazzjonalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni. 
3] Kapaċi nidentifika l-qbil u d-differenzi f'sistemi ekonomiċi differenti. Kapaċi nagħmel kritika għal dawn is-sistemi. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
4] Kapaċi noħroġ bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' organigramma partikulari.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nistaqsi mistoqsijiet fuq l-esperjenza umana fil-passat u fil-preżent, u nibni u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi permezz ta' inkjesta. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Elementi tal-Attività tan-Negozju

1] Kapaċi nidentifika każijiet ta' qerq u ta' nuqqas ta' etika minn bejjiegħa regolari u onlajn.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
2] Kapaċi ninduna u nispjega f'liema ċirkustanzi għandhom jintużaw tipi differenti ta' produzzjoni.
3] Kapaċi niddiskuti l-metodi tal-produzzjoni u kif dawn jistgħu jinbidlu u jiżviluppaw skont l-iskala tal-produzzjoni.  
4] Kapaċi nidentifika xi inizjattivi li l-gvernijiet jistgħu jieħdu biex tittaffa l-ħsara ambjentali kkawżata mis-settur tal-manifattura.
 NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
5] Kapaċi nelenka xi problemi kkawżati mill-awtomatizzazzjoni. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nifhem kif it-tagħlim fuq l-istudji umanistiċi jista' jagħni l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja, u kif tista' tkun ta' valur matul ħajti. 

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Riżorsi Umani 

1] Kapaċi nidentifika dawk l-aspetti ta' kuntratt tal-impjieg li mhumiex konformi mal-liġi proposta.
2] Kapaċi nikkritika l-klawsoli f'kuntratt tal-impjieg, li minkejja li jkunu legali jmorru kontra l-etika/morali.  
KONJITTIVA
3] Kapaċi niddiskuti każijiet fejn sorsi ta' motivazzjoni tal-ħaddiema, kemm finanzjarji u mhux, jiġu użati ħażin mill-ħaddiema jew minn min iħaddimhom.
4] Kapaċi nevalwa u nikkritika azzjonijiet industrijali partikulari meħudin mill-unions tal-ħaddiema. 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nispjega l-proċessi tat-tibdil u l-iżvilupp fil-passat u fil-preżent, u nirrifletti fuq u nevalwa żvilupp possibbli fil-futur.  

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Promozzjoni u l-Bejgħ tal-Prodotti u s-Servizzi

1] Kapaċi nagħżel l-aħjar metodu ta' promozzjoni għal sitwazzjonijiet partikolari, u kapaċi niġġustifika l-għażla tiegħi. 
2] Kapaċi nissuġġerixxi, nispjega, u nevalwa metodi li bihom jista' jittawwal iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott/servizz.  




Agħti r-rispons tiegħek hawn