Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza tal-Ħajja > LEVEL 8





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem l-irwol tax-xjenza u t-teknoloġija fid-dinja tal-lum u kif dan jaffettwani. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Prinċipji tal-Ħajja

1] Kapaċi niddistingwi bejn dak li huwa ħaj u dak li mhux billi nidentifika u niddiskuti l-karatteristiċi komuni għall-organiżmi kollha. 
 TAG
ĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi niddeskrivi l-vajrusijiet bħala molekuli kumplessi li jikkonsistu f'qoxra tal-proteina madwar il-materjal ġenetiku.
3] Kapaċi niddeskrivi g
ħaliex, minħabba li l-vajrusijiet jeħtieġu ċellola ħajja ospitanti biex ikunu jistgħu jirriproduċu, mhumiex organiżmi ħajjin għax m'għandhomx il-karatteristiċi komuni tal-organiżmi.
4] Kapaċi niddistingwi bejn ċelloli ewkarjotiċi u ċelloli prokarjotiċi bl-użu tal-preżenza tan-nukleu u organelle miksija b'membrana (kif insibu fil-mitokondriji u l-kloroplasti) bħala l-karatteristiċi distintivi tagħhom.
5] Kapaċi niddistingwi bejn iċ-ċelloli tal-pjanti u ċ-ċelloli tal-annimali mill-preżenza jew min-nuqqas ta' organelli speċifiċi bħall-preżenza jew in-nuqqas tal-kloroplasti u ta' strutturi eż. il-ħajt ċellulari li jiddeterminaw il-mod ta' ħajja tal-organiżmi eż. awtotrofiku jew eterotrofiku. 
6] Kapaċi nispjega l-funzjonijiet tal-istrutturi taċ-ċelloli tal-pjanti u tal-annimali viżibbli taħt il-mikroskopju tad-dawl.
7] Kapaċi niddeskrivi l-mitokondriju bħala organell speċjalizzat għar-respirazzjoni ċellulari aerobika. 
8] Kapaċi nuża mikroskopju biex nipprepara slajd temporanja, eż. biex nosserva l-ħajja fl-għadajjar jew iċ-ċelloli epidermiċi ta' basla.
 IT-TAGĦLIM PERSONALI

9] Kapaċi nidentifika u niddeskrivi d-diffużjoni netta (l-ammont ta' partiċelli lijgħaddu minn naħa għall-oħra ta' membrana) bħala l-fenomenu li jċaqlaq il-partiċelli minn membrana għall-oħra. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI

10] Kapaċi nidentifika u niddeskrivi l-ożmożi bħala d-diffużjoni speċjali tal-ilma minn naħa għall-oħra ta' membrani semipermeabbli.
11] Kapaċi nbassar u nispjega l-effetti tal-ożmożi fuq iċ-ċelloli tal-protoktisti, tal-pjanti u tal-annimali. 
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI

12] Kapaċi niddisinja u nwettaq esperiment biex ninvestiga l-effetti tal-ożmożi fuq iċ-ċelloli tal-pjanti. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV

13] Kapaċi niddistingwi bejn ċellola ta' pjanta li tkun minfuħa bl-ilma u oħra li tkun tilfet l-ilma fl-ambjent tal-madwar u l-effetti ta' dawn il-bidliet fuq iċ-ċelloli fuq l-istruttura u l-funzjoni tal-pjanta b'mod ġenerali. 
14] Kapaċi nqabbel il-proporzjon bejn l-erja superfiċjali u l-volum ta' organiżmi differenti. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM

15] Kapaċi nidentifika l-istrutturi bijoloġiċi b'erja superfiċjali kbira li jiffaċilitaw il-passaġġ tas-sustanzi. 
16] Kapaċi nuża l-kunċett tat-trasport attiv biex nispjega l-assorbiment tan-nutrijenti kontra gradjent tal-konċentrazzjoni. 
17] Kapaċi nispjega li l-atomi huma l-kostitwenti tal-molekuli, li l-molekuli huma kostitwenti tal-organelli, u l-organelli huma komponenti taċ-ċelloli.

18] Kapaċi nispjega li ċ-ċelloli jingħaqdu flimkien u jifformaw tessuti ċellulari li mbagħad jifformaw organi u s-sistemi u jifformaw l-organiżmi. 
NITGĦALLEM INKUN JIEN

19] Kapaċi nispjega l-funzjoni ta' ġisem ta' organiżmu multiċellulari permezz tal-ispeċjalizzazzjoni taċ-ċellola. 
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem l-irwol tax-xjenza u t-teknoloġija tad-dinja tal-lum u kif dan jaffettwani.  Kapaċi nuża l-evidenza biex nifformula l-investigazzonijiet u nasal għas-soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi relevanti u biex nuża l-għarfien tiegħi ħalli nifhem il-kwistjonijiet tas-soċjetà tagħna u nagħmel id-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza.  Kapaċi nuża l-għarfien u l-fehim tiegħi tax-xjenza u tat-teknoloġija meta nikkunsidra l-kwistjonijiet inklużi dawk etiċi relevanti għalija bħala ċittadin/a, bħas-sostenibbiltà tal-ambjent u s-saħħa.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Funzjonijiet tal-Ħajja. L-Ewwel Parti: L-Ipproċessar tal-Ikel u l-Metaboliti

1] Kapaċi nifhem għala l-ilma huwa fundamentali għall-ħajja minħabba l-karatteristiċi solventi u l-valur għoli tal-koeffiċjent termiku ('specific heat capacity') tiegħu.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
2] Kapaċi niddeskrivi l-lipidi, il-proteini u l-karboidrati bħala molekuli kbar magħmula minn ħafna molekuli iżgħar; il-formazzjoni tal-molekuli l-kbar tagħtiha karatteristiċi speċifiċi bħall-fatt li l-lamtu ma jinħallx fl-ilma filwaqt li l-glukosju jinħall.
3] Kapaċi nuża l-kunċett tad-differenza fir-rata ta' kemm sustanzi jinħallu fl-ilma biex nispjega għaliex il-karboidrati bħall-monosakkaridi, id-disakkaridi u l-polisakkaridi, għandhom użi differenti, eż. biex jagħtu l-enerġija, fit-trasport, kif jinħażnu fil-ġisem jew fl-istrutturar ta' xi komponenti taċ-ċelloli.
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
4] Kapaċi nirrelata l-użu fil-ħajja tal-lipidi, tal-proteini u tal-karboidrati ma' xi karatteristiċi fiżiċi tagħhom, eż. li l-lipidi ssibhom fil-membrani taċ-ċelloli minħabba li ma jinħallux fl-ilma. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV

5] Kapaċi niddeskrivi s-sintomi ta' mard li ġej mid-defiċjenza u mill-eċċess tal-konsum tal-karboidrati, tal-proteini u tal-lipidi eż. il-marasmus, li tirriżulta minn defiċjenza tal-karboidrati u d-dijabete tat-tip II, li tirriżulta minn eċċess ta' karboidrati.
6] Kapaċi nispjega għaliex il-karatteristiċi tal-"kimiċi tal-ħajja" (eż. il-karatteristiċi solventi tal-ilma, il-polimerizzazzjoni jew l-għaqda ta' molekuli żgħar f'katini akbar ta' molekuli) huma essenzjali għall-ħajja.
7] Kapaċi nuża l-mudelli jew t-tpinġijiet biex niddistingwi bejn l-aċidu amminiku, polipeptidu u proteina funzjonali. 
8] Kapaċi nispjega l-kunċetti ta' reazzjoni kimika bħal sustanzi reattivi li jingħaqdu b'mod irriversibbli biex jifformaw il-prodotti. 
9] Kapaċi nuża l-mudell taċ-"ċavetta u s-serratura" għall-attività tal-enzimi biex nispjega kif sottostrat jingħaqad mal-enzima biex dan ikun jista' jbiddel il-molekula tas-sottostrat.
10] Kapaċi niddeskrivi numru ta' fatturi fosthom il-pH, it-temperatura, u l-kwantità tas-sottostrat jew tal-enzima li jaffettwaw ir-rati tar-reazzjonijiet.
11] Kapaċi nispjega l-effett tat-temperatura fuq ir-rata tar-reazzjoni tal-enzima billi nuża t-Teorija Kinetika tal-Materja. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
12] Kapaċi nagħti eżempji mill-ħajja ta' kuljum fuq kif il-bidliet fit-temperatura u fil-pH kapaċi jbiddlu l-istruttura u l-funzjoni tal-proteina, eż. fit-tisjir tal-proteini u fl-illixxar tax-xagħar ('hair straightening').
13] Kapaċi niddeskrivi s-sorsi u l-funzjonijiet tal-ħadid, il-kalċju, is-sodju, il-potassju, il-fosfru, in-nitroġenu u l-manjeżju u l-vitamini A, B6, B12, Ċ u D fid-dieta tal-bniedem. 
 IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT
14] Kapaċi niddeskrivi xi sintomi ta' defiċjenza tal-ħadid, tal-kalċju, tas-sodju, tal-potassju, tal-fosforu, tan-nitroġenu u tal-manjeżju fil-pjanti u tal-vitamini A, B6, B12, Ċ u D fil-ġisem tagħna
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF 
15] Kapaċi nasal biex nifhem il-funzjoni tal-fibra fid-dieta tagħna mill-fatt li ma tiġix diġerita mis-sistema diġestiva tal-bniedem.
16] Kapaċi nuża l-evidenza sperimentali biex nidentifika l-preżenza tal-lipidi, tal-proteini, tat-tipi differenti ta' zokkor '(reducing and non-reducing sugars') u tal-lamtu fl-ikel. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV 

17] Kapaċi niddeskrivi l-enzimi bħala katalisti bijoloġiċi li jżidu r-rata tar-reazzjonijiet kimiċi fl-organiżmi ħajjin u fl-industrija, eż. it-trab tal-ħasil bijoloġiku

 INTERPERSONALI

18] Kapaċi nagħmel lista ta' karatteristiċi kimiċi u bijoloġiċi tal-enzimi, li jirriżultaw min-natura katalika u proteinika tagħhom. 
19] Kapaċi niddisinja esperimenti sempliċi biex ninvestiga l-effett tat-temperatura, tal-pH u tal-konċentrazzjoni u kwantità tas-sottostrat jew l-enzima fuq ir-rata tar-reazzjonijiet katalizzati mill-enzimi. 
 PRATTIKA

20] Kapaċi niddefinixxi l-fotosintesi bħala proċess kimiku fejn il-materja inorganika tinbidel f'ikel bl-użu tad-dawl bħala s-sors ta' enerġija. 
21] Kapaċi nispjega l-fotosintesi bħala l-bidla mill-enerġija tad-dawl għall-enerġija potenzjali u kimika. 
22] Kapaċi niddeskrivi l-fotosintesi permezz ta' ekwazzjoni kimika li turi l-fatturi meħtieġa biex issir din r-reazzjoni.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
23] Kapaċi nifhem u nanalizza l-esperimenti biex ninvestiga l-effetti tad-dawl, tat-temperatura u tad-diossidu tal-karbonju fuq ir-rata tal-fotosintesi ta' pjanta tal-ilma, eż. l-Elodea.
 PRATTIKA
24] Kapaċi niddistingwi u niddeskrivi l-inġestjoni, id-diġestjoni, l-assorbiment, l-assimilazzjoni u l-eġestjoni waqt in-nutrizzjoni olożojka. 
25] Kapaċi niddistingwi l-irwol ta' diġestjoni fiżika u kimika. 
26] Kapaċi nispjega l-importanza li nsegwu dieta bilanċjata u niddiskuti l-implikazzjonijiet tan-nuqqas u tal-konsum żejjed tal-ikel, inkluż il-mard relatat mal-ikel u l-għażliet tal-istil ta' ħajja għall-problemi ġenerali tas-saħħa. 
27] Kapaċi nispjega fil-qosor ir-reazzjonijiet katalizzati mill-enzimi diġestivi b'mod speċjali l-amilażi, il-pepsina u l-lipażi.
28] Kapaċi niddistingwi u nispjega l-importanza tal-komponenti tal-bżieq, tal-fluwidu gastriku u pankreatiku fid-diġestjoni. 
29] Kapaċi niddeskrivi l-funzjonijiet tal-fwied għall-ħażna tan-nutrijenti u l-ipproċessar (id-detossifikazzjoni u d-deaminazzjoni.) 
30] Kapaċi nqabbel l-irwol tal-likwidu tal-marrara (bile) fl-emulsifikazzjoni tax-xaħam fir-rigward tad-diġestjoni fiżika. 
31] Kapaċi nbassar l-implikazzjonijiet tal-proporzjoni tal-erja superfiċjali għall-volum fil-ħtieġa għall-iżvilupp ta' organi speċjalizzati għall-assorbiment tan-nutrijenti. 
32] Kapaċi niddeskrvi fejn jispiċċaw il-prodotti tad-diġestjoni wara l-assorbiment intestinali, b'relazzjoni mal-qies u mal-forma tal-molekuli kkonċernati. eż. l-aċidi amminiċi għas-sintesi tal-proteina; il-glukosju għall-glikoġenu u l-aċidi tax-xaħam u l-gliċerol għat-trigliċeridi.
33] Kapaċi nirrelata l-irwoli essenzjali tal-mikroorganiżmi intestinali fid-diġestjoni u l-immunità fil-bnedmin u l-erbivori, speċifikament, l-importanza tal-batterji fid-diġestjoni taċ-ċelluloża (i.e. il-fermentazzjoni). 
34] Kapaċi middeduċi d-dieta tal-annimali billi nosserva l-karatteristiċi tas-sistema diġestiva tagħhom, eż. differenzi fix-xedaq ta' animal karnivoru u dak erbivoru. 
IT-TAGĦLIM KREATTIV

35] Kapaċi nqabbel u niddeskrivi l-pożizzjoni u l-funzjoni tat-tessut ċellulari tas-silema ('xylem') u tal-floema ('phloem') fiz-zkuk u fl-għeruq ta' pjanta anġjosperma hekk kif jidhru taħt il-mikroskopju tad-dawl. 
36] Kapaċi nispjega l-proċess tat-traspirazzjoni u nidentifika l-flussi tat-traspirazzjoni bħala l-mezzi għat-trasport tal-ilma f'pjanti vaskulari. 
37] Kapaċi niddeskrivi l-fluss tat-traspirazzjoni bħala l-proċess li joħloq pressjoni negattiva minħabba l-pressjoni tal-ġbid tal-arja eż. kif jiġri fl-użu ta' stro għax-xorb. 
38] Kapaċi niddisinja, inwettaq u nuża dejta sperimentali biex ninvestiga l-effett tat-temperatura, tal-umdità, tar-riħ u tad-dawl fuq ir-rata tat-traspirazzjoni. 
.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
39] Kapaċi nevalwa l-konsegwenzi tat-traspirazzjoni tal-pjanti li jgħixu f'kundizzjonijiet niedja u oħrajn niexfa.
40] Kapaċi nispjega l-fatt li s-silema fil-pjanti għandha karatteristiċi speċifiċi, preċiżament il-fatt li huma tubi kontinwi, mejta u vojta li jżommu lill-pjanta wieqfa u jippermettu l-fluss tat-traspirazzjoni. 
41] Kapaċi nagħmel konnessjoni bejn il-karatteristiċi tar-reċipjenti tas-silema mal-kapaċità tagħhom li jġiegħlu l-ilma jitla' fihom permezz tal-proċessi li jiddeskrivu l-moviment tal-ilma minħabba l-karatteristiċi fiżiċi speċifiċi tiegħu. eż. it-tubi dojoq jinkoraġġixxu l-ilma biex jitla' fihom permezz tal-kapillarità minħabba l-karatteristiċi tat-tensjoni tal-wiċċ tal-ilma. 
42] Kapaċi niddeskrivi l-mekkaniżmu tal-funzjonament tal-qalb billi nispjega kif il-komponenti differenti tagħha (it-tubi tad-demm ['blood vessels'], l-atrija, il-ventrikoli u l-valvi) jaħdmu flimkien. 
43] Kapaċi nispjega l-adattamenti tat-tliet tipi differenti ta' tubi tad-demm u għal xiex iservu. 
44] Kapaċi nuri l-interdipendenza bejn l-organi differenti tal-ġisem permezz ta' deskrizzjoni taċ-ċirkulazzjoni tad-demm mill-qalb, għall-pulmuni u għall-ġisem. 
45] Kapaċi nidentifika l-kunċetti tad-diffużjoni, tal-ożmożi u tat-trasport attiv bħala l-proċessi ewlenin tat-trasport tas-sustanzi minn membrana għall-oħra.
46] Kapaċi nagħti rendikont tal-funzjonijiet tat-trasport u tal-immunità tal-komponenti tad-demm (eż. xi ċelloli bojod tad-demm jipproduċu l-antikorpi u oħrajn iwettqu l-fagositożi.)
47] Kapaċi nirrelata l-istruttura taċ-ċellola l-ħamra tad-demm mal-irwol tagħha fit-trasport tal-ossiġnu. 
48] Kapaċi niddeskrivi l-irwol tas-sistema linfatika fl-immunità, il-maturazzjoni ta' xi ftit tipi taċ-ċelloli l-bojod tad-demm u t-trasport tax-xaħmijiet lejn is-sistema ċirkulatorja. 
49] Kapaċi niddefinixxi r-respirazzjoni ċellulari bħala l-proċess kimiku fejn l-enerġija li toħroġ mill-ikel tkun ikkonvertita f'ATP bħala l-valuta universali tal-enerġija taċ-ċelloli. 
50] Kapaċi nikklassifika r-reazzjoni tar-respirazzjoni ċellulari bħala r-reazzjoni li tikkonverti l-enerġija maħżuna f'numru ta' forom oħra ta' enerġija bħas-sħana, bħall-ħoss, bħall-moviment eċċ.
51] Kapaċi niddistingwi bejn il-prodott tal-enerġija u l-ħtiġijiet tar-respirazzjoni aerobika u anaerobika billi nikteb l-ekwazzjoni kimika ta' dawn ir-reazjonijiet u billi nqis il-ħtiġijiet biex dawn ir-reazzjonijiet ikunu jistgħu jseħħu eż. il-glukosa u l-preżenza jew l-assenza tal-ossiġnu.
52] Kapaċi niddefinixxi r-reazzjoni eżotermika fejn l-enerġija tas-sħana toħroġ bħala r-riżultat tar-reazzjoni. 
53] Kapaċi nikklassifika r-reazzjonijiet tar-respirazzjoni ċellulari bħala reazzjonijiet eżotermiċi.
54] Kapaċi nifhem il-ventilazzjoni bħala l-proċess li jwassal għall-iskambju tal-gassijiet eż. jirriżulta f'bidla fil-konċentrazzjoni tal-ossiġnu u d-diossidu tal-karbonju fl-alveoli u l-gradjent tal-konċentrazzjoni.
 
55] Kapaċi nispjega l-importanza ekonomika tal-fermentazzjoni alkoħolika minħabba l-prodotti sekondarji li jifformaw f'dan il-proċess, speċifikament id-diossidu tal-karbonju fil-produzzjoni tal-ħobż u l-alkoħol fil-produzzjoni tal-inbid. 
 L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
56] Kapaċi nispjega l-importanza ekonomika tal-fermentazzjoni tal-aċidu lattiku. eż. fl-użu tal-produzzjoni tal-jogurt.
57] Kapaċi nwettaq esperimenti sempliċi biex ninvestiga l-produzzjoni tad-diossidu tal-karbonju mill-ħmira u miż-żrieragħ ġerminanti. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
58] Kapaċi nidentifika l-karatteristiċi tal-weraq eż. l-erja superfiċjali ġenerali tal-werqa, l-istomi, iċ-ċelloli gwardjani u l-meżofill poruż li jippermettu l-iskambju tal-gass fil-pjanti. 

59] Kapaċi niddeskrivi l-istruttura ġenerali tas-sistema respiratorja tal-bniedem li tikkonsisti fit-trakea, il-bronki, il-bronkjoli u l-alveoli.
60] Kapaċi nbassar l-implikazzjonijiet tal-proporzjon tal-erja superfiċjali għall-volum f'termini tal-bżonn għall-iżvilupp ta' organi speċjalizzati għall-iskambju tal-gass.
61] Kapaċi niddeskrivi l-proċess tal-ventilazzjoni f'termini tar-relazzjoni bejn il-pressjoni u l-volum.
62] Kapaċi nidentifika u nirrelata l-karatteristiċi tas-sistema tal-iskambju tal-gass li tinkludi erja superfiċjali kbira tal-wiċċ u vaskularità għolja fil-garġi tal-ħut għall-effettività tagħhom fl-iskambju tal-gass taħt l-ilma. 
63] Kapaċi nirrelata l-konsum żejjed tal-ossiġnu wara xi eżerċizzju man-nuqqas temporanju tal-ossignu (oxygen debt) żviluppat mill-muskoli.
64] Kapaċi nispjega l-affinita qawwija tal-monossidu tal-karbonju għall-emoglobina permezz tal-karatteristiċi kimiċi ta' dan il-gas.
65] Kapaċi niddeskrivi l-affinità tal-monossidu tal-karbonju għall-emoglobina bħala reazzjoni li tista' tkun fatali.
 
66] Kapaċi nirrelata l-komponenti tal-prodotti tat-tabakk mal-vizzju tat-tipjip, mas-saħħa tal-pulmuni (bħar-riskju akbar tal-Mard Pulmonari Ostruttiv Kroniku [COPD] u l-enfisema) u r-riskju akbar tal-kanċer.
NITGĦALLEM INKUN JIEN



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf kif nitgħallem, naġġorna u napplika l-għarfien u l-fehim tiegħi biex nitgħallem tul ħajti kollha, nibni għarfien fuq il-kwistjonijiet tax-xjenza u tat-teknoloġija u għalhekk nieħu d-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Funzjonijiet tal-Ħajja. It-Tieni Parti: Iż-Żamma tal-Bilanċ u kif nirrelataw mal-Ambjent

1] Kapaċi nsemmi l-aċċess għall-ilma u t-temperatura bħala ż-żewġ kundizzjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-ħajja. 
2] Kapaċi niddefinixxi l-omeostażi bħala l-manutenzjoni kostanti tal-istat intern fl-organiżmi. 
3] Kapaċi nispjega l-funzjonijiet termoregolatorji tal-ġilda (permezz tal-għaraq, il-vażodilazzjoni, il-vażokostrizzjoni) bl-użu tal-prinċipji fiżiċi tat-trasferiment tas-sħana u l-iffriskar li ġġib l-evaporazzjoni tal-għaraq.
 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi niddistingwi bejn il-vertebrati ektotermiċi u endotermiċi bl-użu tal-graffs bit-temperatura kontra l-ħin.
5] Kapaċi nifhem il-bżonn tal-ożmoregulazzjoni fil-protoktisti uniċellulari li m'għandhomx il-ħajt taċ-ċellulari. 
6] Kapaċi nuża l-kunċetti tat-trasport attiv, tal-ożmożi u tad-diffużjoni biex nispjega l-irwol eskretorju u ożmoregolatorju tal-kliewi tal-bniedem hekk kif imwettqa min-nefroni i.e. l-ultrafiltrazzjoni u r-riassorbiment selettiv. 
7] Kapaċi nispjega kif taħdem magna tad-dijaliżi u nqabbilha mal-operat mekkaniku tal-kilwa.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
8] Kapaċi nsemmi t-tliet tipi ta' muskoli fil-ġisem tal-bniedem u ngħid x'inhuma l-funzjonijiet ewlenin tagħhom.
9] Kapaċi nispjega l-fatt li l-moviment fil-ġisem tal-bniedem hu r-riżultat ta' kif jaħdmu flimkien il-muskoli skeletri li huma marbutin mal-għadam.
10] Kapaċi niddeskrivi l-prinċipju wara l-istrutturi speċjalizzati li jappoġġjaw il-ġisem tal-annimali, jiġifieri l-iskeletru idrostatiku (magħmul minn kavità mimlija bi fluwidu) l-eżoskeletru (li jikkonsisti f'depożizzjoni tal-kitina madwar il-ġisem) u l-endoskeletru (magħmul mill-għadam tal-ġisem - mhux meħtieg l-ebda dettall dwar l-anatomija jew l-istoloġija tal-għadam.
11] Kapaċi nirrikonoxxi l-fatt li l-eżoskeletru u l-endoskeletru joffru wkoll protezzjoni għall-organi interni. 
12] Kapaċi nirrelata t-tropiżmi pożittivi jew negattivi għas-sopravivenza tal-pjanti f'kundizzjonijiet ambjentali differenti. 
13] Kapaċi nuża evidenza sperimentali biex nispjega l-effett tal-awsini fuq il-fototropiżmu u l-ġeotropiżmu fiz-zkuk u fl-għeruq tal-pjanti.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
14] Kapaċi nispjega l-funzjoni tal-adrenalina fit-tħejjija tal-ġisem ta' animal biex jiġġieled jew jaħrab mill-periklu. Kapaċi nispjega l-funzjoni tal-glandola tat-tirojde (li tinstab fl-għonq) li tikkontrolla l-metaboliżmu u tal-glandola pitwitarja (li tinsabb fil-moħħ) bħala s-sors tal-produzzjoni tal-ormoni li jirregolaw it-tkabbir u l-iżvilupp.
15] Kapaċi nuża l-kontroll tal-glukosju fid-demm bl-insulina u l-glukagon bħala eżempju ta' rispons negattiv fil-kontroll ormonali. 
.



L-Aspett tas-Suġġett: L-Evoluzjoni u d-Diversità tal-Ħajja

1] Kapaċi norbot id-diversità tal-ħajja mal-fatt li l-organiżmi ħajjin evolvew tul medda twila ta' żmien f'ambjenti differenti fid-dinja. 
2] Kapaċi nuri kif il-bidliet fl-ambjent jikkawżaw is-selezzjoni naturali tal-popolazzjonijiet, li, fuq medda twila ta' żmien, tirriżulta f'differenzi evoluzzjonarji fost l-organiżmi. 
3] Kapaċi nirreferi għas-sistemi tassonomiċi u binomjali hekk kif imfassla mill-bnedmin biex jikklassifikaw u jagħtu isem lill-organiżmi. 
 IL-BIDLA SOĊJALI
4] Kapaċi nispjega l-evoluzzjoni bħala l-bidla li sseħħ fuq medda ta' żmien. 
5] Kapaċi norbot l-evoluzzjoni ma' fatturi bħas-selezzjoni naturali. 
6] Kapaċi nsemmi l-iżvilupp tar-reżistenza antibijotika fil-batterji u r-reżistenza tal-parassiti għall-pestiċidi bħala eżempju tas-selezzjoni evoluttiva. 
7] Kapaċi nuża l-kunċett tas-selezzjoni biex nispjega t-telf tal-funzjoni ta' struttura mhux żviluppata eż. l-appendiċi fil-musrana ż-żghira fil-bnedmin.
8] Kapaċi nispjega kif il-karatteristiċi fiżiċi tal-organiżmi jippermettulhom jgħixu fl-abitat tagħhom.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
9] Kapaċi nidentifika l-batterji bħala organiżmi prokarjotiċi li jinstabu kullimkien u jirriproduċu malajr, u li għandhom ħajt ċellulari batteriku u materjal ġenetiku li mhux magħluq b'membrana nukleari.
10] Kapaċi nqabbel l-iżvilupp fir-reżistenza antibijotika fil-batterji u r-reżistenza għall-pestiċidi fil-parassiti bħala r-riżultat tal-użu traskurat tal-antibijotiċi u tal-pestiċidi f'termini tal-evoluzzjoni permezz tas-selezzjoni evoluttiva. 
11] Kapaċi nidentifika l-protoktisti bħala l-antenati tal-organiżmi multiċellulari. 
12] Kapaċi napprezza d-diversità fir-Renju tal-Proktista permezz (i) tal-isruttura ċellulari sew jekk tkun uniċellulari u sew multiċellulari; (ii) il-mod ta' kif jieklu l-protoktisti, sew jekk awtotrofiku jew eterotrofiku; (iii) il-moviment bl-użu tal-flaġella, is-silja u l-psewdopodja. Eż. is-Cystoseira (bladder-weed), l-Amoeba, il-Euglena u l-Paramecium. 
 IL-LINGWA ESPRESSIVA
13] Kapaċi napprezza d-diversità tal-Fungi permezz (i) tal-isruttura ċellulari, (multiċellulari/hyphae u uniċellulari) u (ii) mod ta' riproduzzjoni i.e. il-formazzjoni tal-ispori asesswali jew ir-rimja. Eż. ir-Rhizopus u s-Saccharomyces
 IL-QARI U L-FEHIM
14] Kapaċi nispjega li l-organiżmi huma kklassifikati fi gruppi tassonomiċi skont il-karatteristiċi ewlenija tagħhom billi nuża l-knidari (is-simmetrija radjali), il-platelminti (il-ġisem ċatt), l-annelidi (is-segmenti tal-ġisem), il-molluski (il-qoxra), l-artropodi (is-segmenti tal-ġisem magħquda u l-eżoskeletru), l-ekinodermi (l-ispini u s-simmetrija rranġata f'gruppi ta' ħamsa) u l-vertebrati (qalb bil-kompartamenti u l-endoskeletru) bħala eżempji rappreżentattivi. 
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV 

15] Kapaċi napprezza d-diversità tal-artropodi billi (i) il-ġisem tagħhom huwa maqsum f'numru (2 jew 3) ta' sezzjonijiet segmentati u (ii) bin-numru ta' appendiċi (3, 4 jew 5 pari) li jintużaw għall-mixi. Dawn il-karatteristiċi jiddistingwu bejn erba' gruppi prinċipali ta' artropodi: il-mirjapodi (ċentrupiedi u millipiedi), l-araknidi, il-krustaċji u l-insetti.
 IL-QARI U L-FEHIM
16] Kapaċi napprezza d-diversità tal-insetti permezz taċ-ċiklu komplut jew mhux komplut ta' ħajjithom eż. il-ġurati bħala eżempju ta' nsetti b'ċiklu mhux komplut u l-friefet bħala eżempju ta' nsetti b'-ċiklu komplut.
17] Kapaċi napprezza d-diversità tal-vertebrati permezz ta': (i) varjazzjoni fit-tip ta' ġilda i.e. l-qxure (skwami) irqaq, il-ġilda umda, l-skwami mpermeabbli għall-ilma, ir-rix u s-suf, (ii) l-apparati respiratorji bħall-garġi, il-ġilda u l-pulmuni u (iii) l-abbiltà għar-regolazzjoni tat-temperatura tal-ġisem, l-ektotermika u l-endotermika. Eżempji ta' annimali li judru din id-diversità għandhom ikunun: id-diversità fil-ħut, fl-amfibji, fir-rettili, fit-tjur u fill-mammiferi. 
 
18] Kapaċi nispega l-fatt li permezz tal-proċess tal-evoluzzjoni, l-annimali żviluppaw karatteristiċi (l-aktar it-trakea jew il-pulmuni, l-eżo- jew l-endoskeletru, l-appendiċi lokomotorji, li jistgħu jgħinu jġorru l-piż tal-ġisem) u ppermettew li l-annimali setgħu jgħixu mhux biss fil-baħar imma anke fuq l-art niexfa.
19] Kapaċi napprezza d-diversità tal-pjanti f'termini (i) tal-preżenza tal-istrutturi vaskulari; (ii) l-ispori jew il-formazzjoni taż-żerriegħa u (iii) l-preżenza taż-żerriegħa fil-koni jew fil-frott. Eż. il-muski, il-felċi, il-koniferi u l-pjanti li jwarrdu.

NITGĦALLEM KIF
20] Kapaċi nispjega l-fatt li permezz tal-proċess tal-evoluzzjoni, il-pjanti żviluppaw karatteristiċi (l-aktar l-iżvilupp tat-tessut vaskulari u tal-appoġġ) li ppermettew li l-ħajja toħroġ mill-baħar għan-nixfa tal-art. 



L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Relazzjonijiet tal-Ħajja 

1] Kapaċi niddistingwi bejn il-komponenti bijotiċi u abijotiċi ta' ekosistema lokali, eż. ix-xagħra (xagħri) u l-kosta
2] Kapaċi napprezza li hemm ħafna interazzjonijiet bijotiċi u abijotiċi fi ħdan ekosistema. 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
3] Kapaċi nitkellem dwar il-fatt li l-kompetizzjoni bejn l-organiżmi hija fattur determinanti prinċipali fis-selezzjoni naturali. 
4] Kapaċi nispjega kif il-predaturi u l-priża evolvew l-adattamenti, eż. il-kamuflaġ, biex iżidu ċ-ċansijiet tagħhom li jibqgħu ħajjin.
5] Kapaċi nirrappreżenta r-relazzjonijiet alimentari ('feeding relationships') f'ekosistema bl-użu tal-katini alimentari u tal-għanqbut alimentari.
.

6] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi ġenerali tal-livelli trofiċi differenti f'ekosistema lokali.
7] Kapaċi niddistingwi t-termini "aljen", "indiġenu" u "endemiku" u nagħti eżempji lokali għal kull wieħed eż. il-farfett tas-sardinell ('geranium bronze' - Cacyreus marshalli) bħala eżempju ta' speċi aljena lokali, il-ħarruba ('carob' - Ceratonia siliqua) bħala eżempju ta' speċi indiġena lokali u l-gremxula ta' Malta ('Maltese wall lizard' - Podarcis filfolensis) bħala eżempju ta' speċi endemika. 
NITGĦALLEM KIF
8] Kapaċi nattribwixxi s-suċċess tal-anġjospermi għall-fatt li dawn jirriproduċu permezz tal-fjuri, (b'mod partikolari dawk il-fjuri li jiddakkru mill-insetti) u r-relazzjoni li ħolqu mal-insetti. 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
9] Kapaċi nidentifika mezz ewlieni biex tieħu l-kampjun ('sampling technique') bħala l-kwadrat ('quadrat'). 
10] Kapaċi nuża metodu ta' kampjunar biex nikkalkula d-daqs tal-popolazzjoni ta' pjanta. 
11] Kapaċi niddetermina organiżmi differenti f'ekosistemi differenti billi nosserva l-ispeċi fl-ambjent tagħhom.
12] Kapaċi nispjega kif il-komponenti bijotiċi u abijotiċi ta' ekosistema lokali jinteraġixxu permezz tal-kompetizzjoni, tal-predazzjoni u tal-adattamenti tal-organiżmi b'risposta għar-riżorsi limitati. 
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
13] Kapaċi napprezza d-diversità fl-istil ta' ħajja simbjotika eż. il-mutwaliżmu, il-parassitiżmu, li taffettwa l-ħajja ta' ħafna organiżmi, eż. l-organiżmi intestinali u l-likeni.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
14] Kapaċi nispjega għala l-ġisem ta' parassita evolva b'mod differenti mill-membri l-oħra tal-istess fajlum ('phylum') tagħha biex jaddatta għall-istil ta' ħajja parassitika, eż. il-briegħed (Siphonaptera), in-nemus, (Culex pipiens), u l-budebbus (Orobanche sp.).
15] Kapaċi nispjega l-vantaġġi tal-mutwaliżmu bejn il-pjanti leguminużi u l-batterja li jassimilaw in-nitroġenu fin-newba tal-uċuħ tar-raba'. 
NITGĦALLEM KIF
16] Kapaċi nagħraf l-interazzjonijiet bejn l-organiżmi differenti bħala l-proċessi fejn isseħħ il-bidla kostanti fit-tipi tal-enerġija. 
 

NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
17] Kapaċi niddefinixxi u norbot il-fotosintesi, il-konsum, ir-respirazzjoni u l-kombustjoni fil-kuntest taċ-ċiklu tal-karbonju. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM




Agħti r-rispons tiegħek hawn