Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

Ix-Xjenza tal-Ħajja > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem l-irwol tax-xjenza u t-teknoloġija tad-dinja tal-lum u kif dan jaffettwani.  Kapaċi nuża l-evidenza biex nifformula l-investigazzonijiet u nasal għas-soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi relevanti u biex nuża l-għarfien tiegħi ħalli nifhem il-kwistjonijiet tas-soċjetà tagħna u nagħmel id-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza.  Kapaċi nuża l-għarfien u l-fehim tiegħi tax-xjenza u tat-teknoloġija meta nikkunsidra l-kwistjonijiet inklużi dawk etiċi relevanti għalija bħala ċittadin/a, bħas-sostenibbiltà tal-ambjent u s-saħħa.

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Funzjonijiet tal-Ħajja. L-Ewwel Parti: L-Ipproċessar tal-Ikel u l-Metaboliti

1] Kapaċi niddisinja esperimenti sempliċi biex ninvestiga liema ditta tal-fertilizzanti NPK (minn għażla ta' tlieta) l-aktar li tgħin għat-tkabbir tal-pjanti. 
 
 NITGĦALLEM KIF



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf kif nitgħallem, naġġorna u napplika l-għarfien u l-fehim tiegħi biex nitgħallem tul ħajti kollha, nibni għarfien fuq il-kwistjonijiet tax-xjenza u tat-teknoloġija u għalhekk nieħu d-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. 

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Funzjonijiet tal-Ħajja. It-Tieni Parti: Iż-Żamma tal-Bilanċ u kif nirrelataw mal-Ambjent

1] Kapaċi nirrelata l-fatt li t-tabakk u l-kafè fihom il-komposti vizzjużi li jistgħu jaffettwaw is-sistema nervuża.
 IT-TAGĦLIM SOĊJALI



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-għarfien u l-fehim tiegħi fix-xjenza u t-teknoloġija meta niġi biex nikkunsidra l-kwistjonijiet, inklużi dawk etiċi relevanti għalija bħala ċittadin, bħas-sostenibbiltà tal-ambjent u s-saħħa. Kapaċi nuża l-proċess ta' riċerka, il-ħiliet tax-xjenza u l-proċessi kreattivi tat-teknoloġija, biex nindirizza l-bżonnijiet tas-soċjetà u noħroġ b'soluzzjonijiet xierqa għall-kwistjonijiet relevanti għalija bħala ċittadin. Għandi għarfien tal-użu sostenibbli tar-riżorsi, inkluż l-annimali salvaġġi u kif dawn huma relevanti għal Malta.  ​

L-Aspett tas-Suġġett: Il-Funzjonijiet tal-Ħajja. It-Tielet Parti: Nippromwovu l-Ġenerazzjonijiet Futuri

1] Kapaċi nikkalkula l-qies tal-populazzjoni jekk inkun naf it-tul taċ-ċiklu tal-ħajja ta' organiżmu u n-numru ta' wlied prodotti f'ammont partikolari ta' ħin, eż. in-numru ta' ċelloli batteriċi prodotti wara 24 siegħa, minn ċellola waħda li tinqsam kull 30 minuta. 
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
2] Kapaċi nidentifika n-nukleotida bħala l-parti essenzjali ('building block') tal-materjal ġenetiku.
3] Kapaċi nindika l-iskambju tal-materjal ġenetiku bejn il-kromosomi tal-omm u tal-missieri waqt il-mejosi li jwassal għall-varjetà ġenetiku fl-ulied jew friegħ. 
4] Kapaċi nasal għal opinjoni infurmata tajjeb fuq l-IVF u l-użu jew il-qerda tal-embrijuni/feti umani (bħal fl-abort indott) filwaqt li nkun konxju/a tal-prinċipji filosofiċi u etiċi li qed jinformaw l-opinjoni tiegħi.
 IT-TIBDIL SOĊJALI
5] Kapaċi nispjega li ċ-ċelloli tal-kanċer qatt ma jispeċjalizzaw u jibqgħu jinqasmu b'mod indefinit u li ċ-ċelloli jistgħu jinbidlu f'kanċer taħt l-influwenza ta' numru ta' mutaġeni eż. l-X-rays, is-solventi u l-pestiċidi.



L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Relazzjonijiet tal-Ħajja 

1] Kapaċi nispjega l-kawża tal-ewtrofikazzjoni minn-nutrijenti eċessivi (bħal mill-fertilizzanti jew mid-drenaġġ) fil-korpi tal-ilma li jikkawżaw it-telfa tal-ossiġinu maħlul mill-ilma. 
NITGĦALLEM KIF




Agħti r-rispons tiegħek hawn