Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: Il-Matematika

Il-Matematika Bażika > LEVEL 7





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand the structure of the number system and the relationship between numbers.

L-Aspett tas-Suġġett: In-Numri - Is-Sistema tan-Numri

1] Kapaċi nuża numri sħaħ f'kuntesti prattiċi.
2] Kapaċi nagħraf u naħdem b'numri diretti f'sitwazzjonijiet tal-ħajja reali, inklużi l-bidliet fit-temperatura.
3] Kapaċi nuri u nuża ekwivalenzi bejn frazzjonijiet, deċimali u perċentwali komuni.
4] Kapaċi nagħraf u nuża mudelli numeriċi.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: ​I can calculate mentally, using pencil and paper and assistive technology. I can calculate to the most appropriate level of accuracy. I can check the reasonableness of the answers obtained in calculations by rounding numbers and making rough approximations.

L-Aspett tas-Suġġett: In-Numri - Kalkoli Numeriċi

1] Kapaċi nżid, innaqqas, nimmultiplika u niddividi numri sħaħ billi nuża firxa ta' strateġiji.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nżid u nnaqqas deċimali sa żewġ punti deċimali.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV

3] Kapaċi nżid, innaqqas, nimmultiplika u niddividi frazzjonijiet.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
4] Kapaċi nagħmel kalkoli mentalment u fuq karta.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
5] Kapaċi nsib perċentwali sempliċi ta' kwantitajiet tan-numri sħaħ.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
6] Kapaċi nesprimi kwantità bħala perċentwal ta' oħra.
7] Kapaċi nsib żieda u tnaqqis fil-perċentwal.
8] Kapaċi nuża formula biex naħdem l-imgħax sempliċi.
9] Kapaċi nagħraf u naħdem b'numri diretti f'sitwazzjonijiet tal-ħajja reali, inklużi bidliet fit-temperatura.
10] Kapaċi nikteb proporzjonijiet fil-forma l-aktar sempliċi tagħhom.
11] Kapaċi nuża proporzjonijiet tal-mappa sempliċi.
12] Kapaċi naħdem sitwazzjonijiet sempliċi li jinvolvu l-proporzjon dirett bl-użu tal-metodu unitarju, inklużi l-flus, il-veloċità, id-distanza, il-ħin, il-piż u l-kapaċità.
13] Kapaċi naħdem bi kwantitajiet fi proporzjon partikolari.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can recognise and describe patterns and relationships in various mathematical ways and can use algebraic manipulations.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Alġebra - Fundamenti tal-Alġebra

1] Kapaċi naħdem l-input/output ta' magni tan-numri ispirati mill-eżempji reali, bħall-ekwazzjonijiet li jinvolvu l-gradi Celsius u Fahrenheit.
 NITGĦALLEM KIF
2] Kapaċi nagħraf u noħloq sekwenzi ġeometriċi u tan-numri u relazzjonijiet fil-matematika.
3] Kapaċi nipplottja punti u koordinati minn grilja fl-erba' kwadranti kollha.
 IL-QARI U L-FEHIM
4] Kapaċi npinġi l-grafika ta' ekwazzjoni lineari meta mogħtija fil-forma y = mx + c.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
5] Kapaċi niddefinixxi u naħdem il-gradjent ta' inklinazzjoni.
6] Kapaċi nikteb il-koordinati ta' sett ta' punti għall-ekwazzjonijiet, eż. y = 3x, y = -4 jew y = 3x + 4.
 IL-KITBA
7] Kapaċi nkompli grafika tal-konverżjoni biex insib qari nieqes.
8] Kapaċi nagħmel paragun u kuntrast tal-informazzjoni minn żewġ grafiki tal-linja differenti li jikkonċernaw sitwazzjonijiet tal-ħajja reali.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I understand and use various forms of measurement and can make reasonable estimations. 

L-Aspett tas-Suġġett: Forom, Spazju u Kejl - Kejl

1] Kapaċi nuri u nimmarka t-tmien punti tal-kumpass.
 IT-TAGĦLIM KONJITTIV
2] Kapaċi nidentifika u niddistingwi bejn angoli retti, akuti, ottużi u riflessi. Kapaċi wkoll nistima d-daqs tagħhom u kapaċi nordnahom skont id-daqs. 
3] Kapaċi nistima d-daqs ta' angolu u nuża kwadrant biex inkejjel u npinġi angoli sa 360°.
4] Kapaċi nikkonverti u nuża unitajiet tat-tul, massa, kapaċità u volum għal unitajiet iżgħar jew ikbar f'sitwazzjonijiet sempliċi.
5] Kapaċi nikkalkula l-erja ta' forom komposti li huma magħmula minn rettangoli u trijangoli tal-angoli retti.
6] Kapaċi niddefinixxi t-tifsira ta' forma solida.
7] Kapaċi niddefinixxi t-tifsira ta' kapaċità.
8] Kapaċi niddefinixxi l-erja tal-wiċċ ta' forma solida.
9] Kapaċi nikkalkula l-erja tal-wiċċ u l-volum ta' kubi u kubiċi.
10] Kapaċi niddistingwi bejn priżmi u piramidi u nsib il-volum tal-priżmi.
11] Kapaċi npinġi u ninterpreta tpinġijiet fuq skala sempliċi.
 IL-KITBA
12] Kapaċi naqra u nikteb il-vokabolarju relatat mal-ħin.
 IL-QARI U L-FEHIM
13] Kapaċi nuża unitajiet standard tal-ħin u naf ir-relazzjonijiet ta' bejniethom.
14] Kapaċi nikkonverti unitajiet differenti tal-ħin, nuża l-arloġġ tat-12-il siegħa/24 siegħa, u naqra u nuża skeda u kalendarju.
 IL-QARI U L-FEHIM
15] Kapaċi nistima u nikkalkula l-ħin bl-użu tas-sekondi, minuti u sigħat.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can recognise and describe the properties of shapes.  I can use these properties to construct shapes using appropriate mathematical instruments and to prove given geometric statements.  

L-Aspett tas-Suġġett: Forom, Spazju u Kejl - Ġeometrija Euclidjana

1] Kapaċi nikklassifika trijangoli, kwadrilaterali u poligoni oħra skont il-proprjetajiet ġeometriċi tagħhom.
2] Kapaċi nagħraf proprjetajiet ġeometriċi f'oġġetti ta' kuljum.
3] Kapaċi nifhem it-termini 'poligoni regolari' u 'irregolari'.  IL-QARI U L-FEHIM
4] Kapaċi nuża koordinati pożittivi u negattivi biex nipplottja punti u npinġi l-forom.
5] Kapaċi nidentifika ċ-ċentru, ir-raġġ, id-dijametru u ċ-ċirkonferenza ta' ċirku.
6] Kapaċi nibni l-angoli 60° u 90°, il-bisettur perpendikolari u l-bisettur tal-angolu, u trijangoli bl-użu ta' riga u kumpassi biss.
7] Kapaċi nibni l-angoli 60° u 90° u trijangoli bl-użu ta' pakkett ta' softwer dinamiku tal-ġeometrija.
8] Kapaċi nibni eżagoni regolari bl-użu ta' riga u kumpassi biss.
9] Kapaċi nibni eżagoni regolari bl-użu ta' softwer dinamiku tal-ġeometrija.
10] Kapaċi npinġi dehriet differenti ta' solidu partikolari.
11] Kapaċi nidentifika nets possibbli u impossibbli ta' kubi u kubiċi.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can describe the position and movement of shapes in 2D.  

L-Aspett tas-Suġġett: Forom, Spazju u Kejl - Ġeometrija tat-Trasformazzjoni

1] Kapaċi nikklassifika trijangoli u xi kwadrilaterali bl-użu tas-simetrija riflettiva.
2] Kapaċi nidentifika u npinġi linji tas-simetrija fi trijangoli u kwadrilaterali.
3] Kapaċi nidentifika forom li fihom simetrija rotazzjonali u nsib l-ordni tas-simetrija tagħhom.
4] Kapaċi nidentifika s-simetriji riflettivi u rotazzjonali ta' poligonu regolari.
5] Kapaċi noħloq forom tessellati u npinġi tessellazzjoni.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: I can collect, analyse, interpret and communicate statistical information.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Immaniġġjar tad-Data u x-Xorti - Statistika

1] Kapaċi nagħżel u nirrappreżenta data bl-użu ta' varjetà ta' dijagrammi tal-istatistika. 
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
2] Kapaċi noħroġ u ninterpreta informazzjoni minn tabelli tal-frekwenza, dijagrammi, ċarts u grafiki.
3] Kapaċi niġbor u nirreġistra data diskreta u norganizza u nirrappreżenta informazzjoni f'modi differenti biex nissodisfa skopijiet differenti.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
4] Kapaċi nsib u ninterpreta medji fid-data differenti biex inqabbel distribuzzjonijiet.
5] Kapaċi nsib il-medja, il-mod, il-medjan u l-firxa f'sett ta' data.
 L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett:  I understand the ideas of chance and uncertainty and can work out probability calculations.

L-Aspett tas-Suġġett: L-Immaniġġjar tad-Data u x-Xorti - Probabbiltà

1] Kapaċi nuża l-iskala tal-probabbiltà minn 0 sa 1.
2] Kapaċi nsib il-probabbiltà teoretika ta' avveniment li se jseħħ u avveniment li mhux se jseħħ.
3] Kapaċi niddistingwi bejn probabbiltà esperimentali u teoretika.
4] Kapaċi nsib il-probabbiltà ta' avveniment b'esperiment.
5] Kapaċi nibni spazju tal-possibbiltà u nużah biex naħdem il-probabbiltà ta' riżultat.
 IL-KITBA




Agħti r-rispons tiegħek hawn