Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija
Ix-Xjenza tal-Ħajja > LEVEL 9
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf kif nitgħallem, naġġorna u napplika l-għarfien u l-fehim tiegħi biex nitgħallem tul ħajti kollha, nibni għarfien fuq il-kwistjonijiet tax-xjenza u tat-teknoloġija u għalhekk nieħu d-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Funzjonijiet tal-Ħajja. It-Tieni Parti: Iż-Żamma tal-Bilanċ u kif nirrelataw mal-Ambjent
1] Kapaċi niddistingwi bejn l-istrutturi u l-funzjonijiet tan-newroni sensorjali, tan-newroni motorji u tal-internewroni.
2] Kapaċi nattribwixxi l-fluss tal-impuls elettriku tul newron lill-moviment ħieles tal-partiċelli jew lill-joni ċċarġjati. Id-dettalji dwar il-mekkaniżmu tat-trażmissjoni tal-impuls MHUMIEX meħtieġa.
3] Kapaċi nispjega l-irwol tan-newrotrażmettitur fit-trażmissjoni sinattika bħala l-ħruġ ta' messaġġier kimiku biex jitqanqal impuls fin-newroni.
4] Kapaċi niddistingwi bejn is-sistemi nervużi ċentrali u periferali.
5] Kapaċi nispjega l-funzjonijiet bażiċi taċ-ċerebrum, taċ-ċerebellum u tal-medulla fil-moħħ tal-bniedem.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
6] Kapaċi norbot flimkien il-funzjonijiet tar-riċevitur, tan-newron sensorju, u tal-internewron u tan-newron motorju.
7] Kapaċi nispjega x'inhi azzjoni rifless u l-valur tagħha għas-sopravivenza.
8] Kapaċi niddeskrivi tpinġija sempliċi ta' ark rifless ('reflex arc').
9] Kapaċi nispjega r-risponsi tas-sistema nervuża li jirriżultaw direttament jew indirettament mill-istimuli li jinqabdu mir-riċevituri sensorji bħal dawk li nsibu fil-ġilda.
10] Kapaċi niddistingwi bejn il-kontroll nervuż u ormonali tal-ġisem.
11] Kapaċi nispjega li s-sistemi nervużi u ormonali jistgħu xi drabi jaħdmu flimkien. eż. l-adrenalina taħdem flimkien mas-sistema nervuża awtonoma f'sitwazzjonijiet li jeħtieġu li annimal jiġġieled jew jaħrab mill-periklu.
.
12] Kapaċi nuża l-effett tal-ormon antidijuretiku fuq in-nefroni bħala eżempju ta' omeostażi.
13] Kapaċi nispjega r-riflessi bħala l-bażi ta' kontroll f'annimali sempliċi u għas-sopravivenza fil-vertebrati avvanzati.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-għarfien u l-fehim tiegħi fix-xjenza u t-teknoloġija meta niġi biex nikkunsidra l-kwistjonijiet, inklużi dawk etiċi relevanti għalija bħala ċittadin, bħas-sostenibbiltà tal-ambjent u s-saħħa. Kapaċi nuża l-proċess ta' riċerka, il-ħiliet tax-xjenza u l-proċessi kreattivi tat-teknoloġija, biex nindirizza l-bżonnijiet tas-soċjetà u noħroġ b'soluzzjonijiet xierqa għall-kwistjonijiet relevanti għalija bħala ċittadin. Għandi għarfien tal-użu sostenibbli tar-riżorsi, inkluż l-annimali salvaġġi u kif dawn huma relevanti għal Malta.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-Funzjonijiet tal-Ħajja. It-Tielet Parti: Nippromwovu l-Ġenerazzjonijiet Futuri
1] Kapaċi niddistingwi bejn ir-riproduzzjoni sesswali u asesswali.
2] Kapaċi niddistingwi bejn forom differenti ta' riproduzzjoni asesswali fost l-organiżmi; il-fissjoni binarja, ir-rimja ('budding'), l-ispori asesswali u l-propagazzjoni veġetattiva.
3] Kapaċi nagħraf il-bżonn tal-ikkupjar tal-materjal ġenetiku qabel id-diviżjoni taċ-ċellola.
4] Kapaċi niddistingwi bejn iċ-ċelloli gameti u somatiċi.
5] Kapaċi niddistingwi bejn il-mitożi u l-mejożi.
6] Kapaċi niddistingwi bejn l-isfidi ffaċċjati mill-pjanti li jwarrdu (angjospermi) u dawk li ma jwarrdux biex ixerrdu l-istrutturi riproduttivi tagħhom, eż. l-ispori, il-pollinu (trab dakkari) iż-żrieragħ, u norbothom mal-addattament tal-pjanti li jwarrdu għas-sopravivenza tagħhom.
7] Kapaċi nispjega l-proċess tal-ġerminazzjoni bħala l-ġenerazjoni ta' pjanta minn żerriegħa.
8] Kapaċi niddisinja esperiment biex ninvestiga l-importanza tal-ossiġnu, tal-ilma u tat-temperatura għall-ġerminazzjoni.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
9] Kapaċi nidentifika l-funzjoni tal-komponenti ta' fjura.
10] Kapaċi niddeskrivi d-dakkir, il-fertilizzazzjoni u l-formazzjoni taż-żrieragħ fl-anġjospermi.
11] Kapaċi nagħżel il-metodu tat-tixrid taż-żerriegħa mill-istruttura tal-frotta/taż-żerriegħa.
KONJITTIVA
12] Kapaċi nidentifika u nispjega l-funzjoni tal-komponenti tas-sistema riproduttiva tar-raġel u tal-mara.
13] Kapaċi norbot il-karatteristiċi sesswali sekondarji tar-raġel u tal-mara mal-ormoni li jqanqlu l-iżvilupp tagħhom.
14] Kapaċi niddeskrivi ċ-ċiklu mestrwali kkontrollat mill-ormona li tistimula l-iżvilupp tal-follikulu, mill-ormona lutenizzanti, mill-estroġenu u mill-proġesteron.
15] Kapaċi niddeskrivi l-kopulazzjoni, il-fertilizzazzjoni, l-impjantazzjoni, l-iżvilupp tal-fetu, it-twelid u l-kura tal-ġenituri, eż. it-treddigħ, fir-riproduzzjoni tal-bniedem.
16] Kapaċi niġġustifika l-ħtiġijiet tan-nutrijenti b'mod speċjali l-aċidu foliku, il-ħadid, il-kalċju u l-vitamina D għall-iżvilupp san tal-fetu.
L-IPPAJNAR U R-RIFLESSJONI
17] Kapaċi nqabbel l-istruttura u l-funzjonijiet tal-plaċenta mas-superfiċji tal-iskambju tal-gass u n-nutrijenti fil-pulmuni u fl-aħħar parti tal-musrana ż-żgħira rispettivament.
18] Kapaċi nevalwa "Il-Metodi għall-Ippjanar tal-Familja" li jinkludu metodi ta' kontroll ta' twelid naturali u artifiċjali f'termini tal-effettività tagħhom fiż-żieda tal-probabbiltà jew il-prevenzjoni tal-konċepiment kif ukoll il-prevenzjoni kontra t-trażmissjoni tal-mard sesswali.
19] Kapaċi niddefinixxi ċ-ċelloli staminali bħala unitajiet mhux speċjalizzati ta' organiżmu multiċellulari, li f'iżolament, jistgħu jipproduċu replika tal-organiżmu kollu.
20] Kapaċi nsemmi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-klonazzjoni ta' organiżmu.
IL-BIDLA SOĊJALI
21] Kapaċi nidentifika l-materjal ġenetiku bħala kodiċi li tiddeskrivi l-karatteristiċi ta' organiżmu.
22] Kapaċi nidentifika l-aċidu deossiribonuklejku (DNA) bħala l-molekula li ġġorr l-informazzjoni ġenetika fil-maġġoranza tal-organiżmi ħajjin.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
23] Kapaċi nidentifika l-varjazzjoni ġenetika li toħroġ mill-mutazzjonijiet bħala l-bażi għas-selezzjoni naturali li tipproduċi l-bidla evoluzzjonarja.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
24] Kapaċi nidentifika l-vantaġġ tad-diversità ġenetika għas-sopravivenza tal-ispeċi.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
25] Kapaċi niddistingwi bejn id-DNA, l-allel u l-ġenoma.
26] Kapaċi niddistingwi u nagħti eżempji taċ-ċelloli diplojdi u aplojdi fil-ġisem tal-bniedem.
27] Kapaċi norbot il-kundizzjonijiet bħad-Down's syndrome, l-emofilja, it-talassemija u l-kanċer mal-bidliet fid-DNA jew fil-kromosomi.
L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI
28] Kapaċi nispjega kif kull mutaġenu jista' jwassal għad-diviżjoni inkontrollabli taċ-ċellola, jiġifieri l-kanċer.
29] Kapaċi niddistingwi bejn il-ġenotipi omożigoti u eterożigoti.
30] Kapaċi niddistingwi bejn ġenotip u fenotip korrispondenti.
31] Kapaċi nuża l-kaxxa ta' Punnet jew dijagramma ġenetika biex niddeskrivi u nikkalkula l-probabbiltajiet tal-wirt ġenetiku f'taħlita monoibrida, inkluż id-determinazzjoni tas-sess.
32] Kapaċi niddetermina s-sess u l-preżenza ta' mutaġeni kromosomali ewlenin, (eż. it-triżomija 21) minn karjotip.
33] Kapaċi nanalizza arblu tar-razza biex insib il-probabbiltà ta' ġenotipi u fenotipi differenti fil-ġenerazzjonijiet futuri.
34] Kapaċi nsemmi eżempji komuni ta' inġinerija ġenetika, bħall-prodotti agrikoli ġenetikament modifikati eż. frawli li jirreżisti għall-kesħa jew qamħirrun ħelu, u l-molekuli bijoloġiċi manifatturati eż. l-insulina
NITGĦALLEM KIF
35] Kapaċi nagħti ħarsa ġenerali lejn il-produzzjoni tal-insulina permezz tal-E.coli. immodifikata ġenetikament bħala proċess li jinvolvi l-użu tal-enzimi restrittivi biex jaqtgħu kampjuni tad-DNA u oħrajn li jorbtu d-DNA vettur mad-DNA ospitanti biex jipproduċu d-DNA rikombinanti.
IL-KONJITTIV
36] Kapaċi nuża kriterji oġġettivi eż. ir-riżultati minn riċerka indipendenti li tevalwa l-implikazzjonijiet tal-użu tal-organiżmu ġenetikament modifikat (GMO) għall-konsum tal-bniedem u tal-annimal.

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Relazzjonijiet tal-Ħajja
1] Kapaċi niddefinixxi x'inhi mardakif ukoll t-tipi differenti ta' mard (eż. dak infettiv, ereditarju u deġenerattiv) - li jista' jkun ukoll ereditarju iżda jista' jkun ikkawżat bi stil ta' ħajja mhux sana eż. id-dijabete tat-tip II
2] Kapaċi nagħti eżempji ta' mard virali (eż. it-Tobacco moisac virus), ta' mard batteriku (eż. l-iStreprococcus li jikkawża l-griżmejn xotti) u l-mard fungali (eż l-Athlete's foot - Tinea).
NITGĦALLEM KIF
3] Kapaċi niddistingwi bejn l-antibijotiċi u t-tilqim bħala miżuri differenti li jintużaw kontra patoġeni speċifiċi.
IL-QARI U L-FEHIM
4] Kapaċi norbot l-effetti tal-pasturizzazzjoni mas-sigurtà tal-użu ta' prodotti magħmula mill-ħalib.
5] Kapaċi nirrelata s-sintomi ġenerali ta' mard u kawżi komuni eż. id-deni kkaġunat minn infezzjoni jew minn eżawriment tas-sħana.
6] Nifhem l-effett tat-tniġġis ta' xi materjali minħabba l-karatteristiċi kimiċi tagħhom eż. id-diossidu/il-monossidu tal-karbonju u l-gassijiet li jipproduċu x-xita aċiduża.
7] Kapaċi nbassar u niddibatti dwar l-effetti tat-tniġġis tal-arja (eż. l-effett serra kkawżat mid-diossidu tal-karbonju, it-tnaqqis tas-saff tal-ożonu mis-CFCs); tat-tniġġis tal-art (eż. l-iskart solidu, l-urbanizzazzjoni) u tat-tniġġis tal-ilma (eż. l-ewtrofikazzjoni u t-tixrid taż-żejt) fuq il-popolazzjonijiet tal-ispeċi, id-diversità u l-abitat tagħhom.
NITGĦALLEM KIF
8] Kapaċi niddeskrivi kif xi l-organiżmi ħajjin jistgħu jintużaw biex jeliminaw it-tniġġis tal-arja eż. l-afforestazzjoni u l-ġbir tal-karbonju.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
9] Kapaċi norbot il-bidliet fil-klima tad-dinja mal-isfidi ffaċċjati mill-agrikoltura bħad-desertifikazzjoni, l-għargħar u n-nixfa.
KONJITTIVA
10] Kapaċi niddistingwi bejn il-pestiċidi kimiċi kemm dawk
bijodegradabbli u kemm dawk li m'humiex bijodegradabbli u l-kontroll bijoloġiku tal-parassiti.
NITGĦALLEM INKUN JIEN
11] Kapaċi nirrelata l-preżenza tad-detritivori eż. il-ħanex u n-nematodi, u s-saprotrofi (bħall-fungi u l-batterja), fir-riċiklar tan-nutrijenti li jseħħ fil-ħamrija.
12] Kapaċi norbot il-fotosintesi, il-konsum, ir-respirazzjoni u l-kombustjoni fil-kuntest taċ-ċiklu tal-karbonju.
13] Kapaċi norbot flimkien l-assimilazzjoni tan-nitroġenu, in-nitrifikazzjoni, l-assimilazzjoni u d-dentrifikazzjoni fil-kuntest taċ-ċiklu tan-nitroġenu.
14] Kapaċi niddistingwi bejn l-effetti tal-fertilizzanti organiċi u inorganiċi fuq l-ambjent.