Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija
Ix-Xjenza Fiżika > LEVEL 9
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-proċess tar-riċerka, il-ħiliet tax-xjenza, u l-proċessi kreattivi tat-teknoloġija biex nindirizza l-bżonnijiet tas-soċjetà u noħroġ b'soluzzjonijiet xierqa għall-kwistjonijiet li huma rilevanti għalija bħala ċittadin/a.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Enerġija, il-Forzi, u l-Moviment
1] Kapaċi nikteb artiklu fuq kif Galileo skopra li l-oġġetti jaqgħu kollha bl-istess aċċellerazzjoni.
2] Kapaċi niddeskrivi kif l-oġġetti kollha jeħtieġu forza żbilanċjata biex jaċċelleraw jew inaqqsu l-veloċità (decelerate).
3] Kapaċi nuża l-ekwazzjoni: F=ma, biex nispjega t-Tieni Regola ta' Newton.
4] Kapaċi niddeskrivi l-momentum bħala l-prodott tal-massa u l-veloċità.
5] Kapaċi nispjega t-Tieni Regola ta' Newton f'termini tar-rata ta' bidla ta' kif il-momentum ta' oġġett huwa proporzjonali mal-forza applikata lill-oġġett.
6] Kapaċi ninvestiga li l-ħin tal-impatt jaffettwa l-forza tal-impatt bl-użu tat-Tieni Regola ta' Newton, u din kapaċi napplikaha f'sitwazzjonijiet prattiċi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
7] Bl-użu ta': F=ma u l-Aċċellerazzjoni = bidla fil-veloċità/bidla fil-ħin, kapaċi nasal għat-Tieni Regola ta' Newton f'termini ta' momentum.
8] Kapaċi naħdem il-kalkulazzjonijiet bl-użu tar-regola tal-konservazzjoni tal-momentum lineari.
IL-KONJITTIV
9] Kapaċi niddistingwi bejn il-massa u l-piż ta' oġġett.
10] Kapaċi nuża r-relazzjoni: W=mg biex insolvi problemi matematiċi li jirrigwardaw żewġ varjabbli.
11] Kapaċi niddeskrivi kif taħdem forza meta tmexxi xi oġġett.
12] Kapaċi nuża r-relazzjoni: W=Fs biex insolvi problemi li jirrigwardaw żewġ varjabbli.
13] Kapaċi niddeskrivi kif ix-xogħol magħmul minn forza meta tressaq oġġett, jista' jżid il-veloċità tal-oġġett u għalhekk tiżdied l-enerġija kinetika tal-oġġett, Ek.
14] Kapaċi nuża l-ekwazzjoni: Ek=1/2mv2, biex nagħmel l-m jew il-v is-suġġett tal-formula.
15] Kapaċi ndawwar l-ekwazzoni: Ek=1/2mv2 biex nagħmel il-m jew il-v is-suġġett tal-formula.
16] Kapaċi nispjega li x-xogħol magħmul minn forza fuq oġġett iżid it-tul tal-oġġett 'il fuq mill-art u tiżdied l-enerġija gravitazzjonali potenzjali tal-oġġett Ep.
17] Kapaċi nuża l-ekwazzjoni: Ep=mgh biex insolvi problemi fuq il-GPE.
18] Kapaċi niddeskrivi b'mod kwalitattiv kif il-KE u l-GPE ta' sistema jistgħu jalternaw, u li l-enerġija totali hija l-ammont tal-KE u tal-GPE.
19] Kapaċi nagħti eżempju ta' skambju ta' enerġija f'sistema biex nuri l-konservazzjoni tal-enerġija.
20] Kapaċi nuża simulazzjoni ideali fuq il-kompjuter ta' pendlu biex nuri r-relazzjoni bejn il-perjodu u t-tul tal-pendlu.
21] Kapaċi nuża l-ekwazzjonijiet għall-KE u l-GPE flimkien biex noħroġ il-kalkulazzjonijiet relatati mal-oġġetti li jkunu fil-proċess li jaqgħu (falling objects).
22] Kapaċi nippjana riċerka bil-qisien fuq it-trasferimenti tal-enerġija fl-oġġetti li jkunu fil-proċess li jaqgħu, bil-qisien, bl-użu tad-data loggers.
L-IPPJANAR U R-RIFLESSJONI
23] Kapaċi ninvestiga kif l-erja tal-wiċċ ta' paraxut taffettwa l-veloċità ta' oġġett li jaqa' mal-art.
24] Kapaċi nispjega li l-aktar veloċità għolja li skydriver kapaċi jilħaq tissejjaħ il-veloċità terminali u f'din il-veloċità l-forzi li jaġixxu fuq l-iskydiver huma bbilanċjati.
25] Kapaċi nuża t-terminu 'veloċità terminali' biex niddeskrivih bħala l-aktar veloċità għolja li l-karozzi jistgħu jilħqu meta l-forzi li jaġixxu fuq il-karozza huma bbilanċjati u ma jkun hemm l-ebda forza riżultanti fuq il-karozza.
26] Kapaċi niddistingwi bejn id-distanza tal-waqfien u dik tal-ħsieb.
27] Kapaċi nuża l-ideat dwar l-istopping distance biex nifhem kif l-investigaturi tal-aċċidenti bil-karozzi (crash investigators) jirnexxilhom jiġbru d-data dwar il-veloċitajiet tal-karozzi li jkunu involuti f'aċċidenti.
28] Kapaċi nuża l-ekwazzjonijiet għall-moviment lineari, biex niddetermina l-veloċitajiet istantanji, l-aċċelerazzjoni, id-distanzi u l-ħin tal-ivvjaġġar, tal-oġġett li għandhom aċċelerazzjoni kostanti.
29] Kapaċi ninvestiga kif molla elikali testendi jew tikkompressa meta tkun suġġetta għal forza li tiżdied.
IL-PRATTIKA
30] Kapaċi nispjega kif is-sospensjoni ta' karozza taħdem, u nuri dan bl-użu ta' molol differenti.
31] Kapaċi niddeskrivi r-Regola ta' Hooke f'relazzjoni mal-forza eżerċitata fuq materjal u l-estensjoni tal-materjal.
32] Kapaċi nidentifika tipi differenti ta' materjal, e.ż. dawk fraġli, duttili, u polimeriċi permezz tal-graffs tal-istrain u l-ġbid (stress strain graphs).
33] Kapaċi niddeskrivi mument bħala t-turning effect tal-forza.
34] Kapaċi nuża r-relazzjoni: il-mument = il-forza x id-distanza perpendikulari mill-pern, għall-kalkulazzjonijiet li jikkonċernaw żewġ varjabbli.
35] Kapaċi nuża l-Prinċipju tal-Mumenti biex insib il-piż u d-distanza mhux magħrufa fl-attività ta' kuljum, bl-involviment ta' sistemi f'ekwilibriju sa massimu ta' żewġ perni (pivots)
biss.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
36] Kapaċi ninvestiga kif il-pressjoni eżerċitata fuq il-wiċċ hija ddeterminata mill-piż tal-ġisem u l-erja tal-wiċċ li tkopri.
IL-PRATTIKA
37] Kapaċi nuża r-relazzjoni: il-pressjoni = il-forza/l-erja, biex nikkalkula l-problemi li jikkonċernaw żewġ varjabbli.
38] Kapaċi niddiskuti kif il-pressjoni fuq oġġett taħt l-ilma u fuq oġġetti fi fluwidi differenti tinbidel, u dan jiddependi fuq id-densità tal-fluwidu u l-fond tal-oġġett taħt il-wiċċ tal-fluwidu.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
39] Kapaċi ninvestiga u niddiskuti kif il-magni idrawliċi jiddependu fuq il-pressjoni biex ikunu jistgħu jerfgħu tagħbija tqila.
IL-PRATTIKA
40] Kapaċi nuża l-ekwazzjoni relevanti biex nikkalkula l-pressjoni fuq sottomarin f'diversi fondi fil-Baħar Mediterran. Kapaċi ninvestiga kif is-sottomarini huma mibnijin biex ikun aċċertat li jżommu l-integrità strutturali waqt li jkunu f'qiegħ il-baħar.
41] Kapaċi nislet minn kotba rilevanti u mill-internet kif il-barometri tal-merkurju jistgħu jintużaw biex titkejjel il-pressjoni atmosferika.
42] Kapaċi niddiskuti kif meta tingħafas bużżieqa, il-volum tagħha jonqos iżda l-pressjoni ġewwa fiha tiżdied.
43] Kapaċi nirriċerka r-Regola ta' Boyle li tgħid kif ġej: il-pressjoni ta' gass x il-volum ta' gass, ir-riżultat huwa wieħed kostanti sakemm it-temperatura tibqa' kostanti wkoll.
44] Kapaċi nuża manometru biex nuri r-Regola ta' Boyle.
45] Kapaċi nuża r-Regola ta' Boyle biex insolvi l-problemi li jikkonċernaw żewġ varjabbli.
46] Kapaċi nidentifika r-Regola ta' Boyle minn graff u niddeskrivi r-relazzjoni bejn il-volum u l-pressjoni bħala proporzjonalment inversa.
47] Kapaċi nispjega kif iċ-ċilindru tal-aerosol fih likwidu li jinbidel fi fwar minħabba bidla fit-temperatura meta l-fluwidu jkun rilaxxat miċ-ċilindru, u kif issa l-fwar ikollu volum akbar.
48] Kapaċi nuża r-Regola ta' Charles biex nispjega kif, fi pressjoni kostanti, il-volum ta' gass huwa direttament proporzjonali għat-temperatura assoluta tal-gass f'Kelvin.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-evidenza meta nifformula l-investigazzjonijiet biex nasal għas-soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi relevanti, u nuża l-għarfien tiegħi biex nifhem il-kwistjonijiet fi ħdan is-soċjetà, u nagħmel deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza.
L-Aspett tas-Suġġett: L-Elettriċità u l-Elettromanjetiżmu
1] Kapaċi nuri r-relazzjoni bejn il-vultaġġ u r-reżistenza f'ċirkwit sempliċi f'serje, b'reżister fiss u reżister varjabbli.
2] Kapaċi nispjega li meta tinbidel ir-reżistenza ta' reżister varjabbli, din taffettwa d-differenza potenzjali tar-reżister varjabbli.
3] Kapaċi nuża t-termistur biex niddisinja u nibni ċirkwit sempliċi li kapaċi josserva l-bidliet fit-temperatura.
4] Kapaċi nuża LDR biex niddisinja ċirkwit sempliċi li kapaċi josserva bidliet fl-intensità tad-dawl.
5] Kapaċi nispjega kif id-differenza potenzjali madwar il-provvista tal-enerġija f'ċirkwit f'serje hija l-istess għall-ammont tad-differenzi potenzjali madwar il-komponenti.
6] Kapaċi nispjega kif il-kurrent f'ċirkwit f'serje huwa kullimkien l-istess fiċ-ċirkwit.
7] Kapaċi nispjega kif id-differenza potenzjali madwar il-provvista tal-enerġija f'ċirkwit parallel, hija l-istess bħad-differenza potenzjali madwar kull komponent f'konnessjoni parallela mal-provvista tal-enerġija.
8] Kapaċi nispjega kif il-kurrent f'ċirkwit parallel huwa maqsum bejn il-fergħat fiċ-ċirkwit.
9] Kapaċi nispjega li l-kurrent totali f'ċirkwit parallel huwa l-istess għall-ammont tal-kurrent fil-fergħat.
10] Kapaċi niddeskrivi kif il-kurrent huwa akbar fil-fergħa bl-inqas reżistenza f'ċirkwit parallel.
11] Kapaċi nqabbel il-karatteristiċi tal-kalamiti permanenti u tal-electromagnets.
12] Kapaċi ninvestiga l-forma tal-kampijiet manjetiċi madwar tipi differenti ta' kalamiti u electromagnets.
IL-PRATTIKA
13] Kapaċi ninvestiga kif nista' nbiddel is-saħħa tal-kamp manjetiku madwar l-electromagnet u niddeskrivi l-użu prattiku tagħha.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
14] Kapaċi nuri li conductor li jġorr il-kurrent jesperjenza forza fil-preżenza ta' kamp manjetiku.
15] Kapaċi nuża l-Left Hand Rule ta' Fleming għall-conductor li jġorr il-kurrent f'kamp manjetiku.
16] Kapaċi nibni mudell ta' mutur DC billi nuża l-provvista tal-enerġija, wajer bil-kojlatura, split ring commutator, u kalamita permanenti.
17] Kapaċi nispjega li meta kalamita titmexxa f'relazzjoni mal-kojlatura tal-wajter, jinħoloq vultaġġ madwar it-trufijiet tal-kojl.
18] Kapaċi nfittex fuq kif il-power stations, it-turbini tar-riħ u l-power stations idroelettriċi jiġġeneraw l-elettriku bl-użu tat-turbini li jbiddlu l-kojls f'kampijiet manjetiċi permanenti.
19] Kapaċi niddeskrivi kif it-transformers jistgħu jintużaw biss mal-kurrent alternanti.
20] Kapaċi niddeskrivi għaliex huma meħtieġa t-transformers biex ikun aġġustat il-vultaġġ u jitnaqqas it-telf tal-enerġija meta l-enerġija elettrika titwassal mill-power station għall-konsumaturi.
21] Kapaċi nfittex u nispjega kif tintuża l-induzzjoni elettromanjetika fiċ-chargers tal-mowbajls biex dawn ikunu ċċarġjati mingħajr kejbils.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
22] Kapaċi nsolvi l-problemi tal-kalkulazzjoni li jinvolvu n-numru ta' turns primarji u sekondarji u l-vultaġġi primarji u sekondarji tat-transformers bl-użu tal-ekwazzjoni: V1/V2=N1/N2, fejn il-V tirreferi għall-vultaġġ u n-N tirreferi għan-numru ta' turns.
23] Kapaċi nattira emf madwar it-trufijiet tal-kojl ta' wajer bl-użu ta' kalamita. Kapaċi nuża r-Regola Elettromanjetika ta' Faraday u nispjega kif l-emf attirat fil-kojl jiddependi fuq ir-rata tal-bidla tal-fluss manjetiku u n-numru ta' turns tal-kojl.
24] Kapaċi nfittex fuq kif il-muturi DC jintużaw fid-drives tal-kompjuter, fil-vetturi, u fl-apparati domestiċi.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nuża l-għarfien u l-fehim tiegħi fuq x-xjenza u t-teknoloġija meta niġi biex nikkunsidra kwistjonijiet, inklużi dawk etiċi relevanti għalija bħala ċittadin/a, bħal pereżempju s-sostenibbiltà ambjentali u s-saħħa.
L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Radjazzjoni għall-Komunikazzjoni u s-Saħħa
1] F'termini sempliċi, kapaċi nispjega l-assorbiment u l-karatteristiċi tar-radjazzjoni jonizzanti tal-alpha, beta, u gamma, u niddiskuti l-perikli għas-saħħa tal-bnedmin.
2] Kapaċi nagħmel esperiment u ninvestiga l-għajdut tal-manifatturi tas-sun cream u tas-sun block fl-abbiltà tagħhom li jibblokkaw ir-radjazzjoni UV.
3] Kapaċi nqabbel l-SPF ratings biex ninvestiga l-għajdut tal-manifatturi dwar il-limitu sa fejn jibblokkaw ir-raġġi UV.
4] Kapaċi niddiskuti kif is-saff tal-ożonu (ozone layer) fid-dinja jipproteġina mill-ħsara li jagħmlu r-raġġi UV mix-xemx.
5] Kapaċi nfittex bl-użu tal-internet u l-kotba dwar kif il-ħaddiema mediċi huma protetti mill-effetti perikolużi għas-saħħa tal-X-rays u tal-gamma rays permezz tal-użu tal-assorbituri (absorbers).
6] Kapaċi niddiskuti kif espożizzjoni żejda tar-radjazzjoni jonizzanti tista' twassal għall-kanċer.
7] Kapaċi niddeskrivi kif xi materjali radjuattivi jistgħu jintużaw fil-mediċina għat-trattament tal-kanċer, e.ż. ir-raġġi gamma, u bħala traċċaturi biex jgħinu lir-radjugrafi jaraw fuq ġewwa tal-ġisem tal-pazjent.
8] Kapaċi nispjega kif ir-radjazzjoni nukleari toħroġ min-nukleu tal-atomu, u li dan huwa proċess każwali u spontanju.
9] Kapaċi niddeskrivi l-karatteristiċi tat-tliet tipi ta' radjazzjoni: l-alpha, il-beta, u l-gamma.
IL-LINGWA ESPRESSIVA
10] Kapaċi nirrelata l-karatteristiċi tat-tliet tipi ta' radjazzjoni għall-applikazzjonijiet prattiċi.
11] Kapaċi nispjega x'jiġri lin-numru atomiku u tal-massa tan-nukleu waqt it-tmermir radjuattiv, u nuża dan biex nidentifika l-isotopi ġodda li jkunu fformaw.
12] Kapaċi niddeskrivi kif ninduna li hemm ir-radjazzjoni bl-użu ta' tagħmir speċjalizzat bħat-tubu Geiger Muller.
L-IMMANIĠĠJAR TAT-TAGĦLIM
13] Kapaċi ninterpreta l-kejl tal-attività minn sorsi radjuattivi differenti hekk kif imkejla mit-tagħmir adattat, e.ż. il-Geiger Muller tube u l-counter.
14] Kapaċi nuża l-mudell nukleari tal-atomu biex niddeskrivi l-lokazzjoni tal-protoni, tan-newtroni, u tal-elettroni.
15] Kapaċi niddiskuti l-karatteristiċi tal-partiċelli subatomiċi f'atomu f'relazzjoni maċ-ċarġ u l-massa.
16] Kapaċi ninterpreta l-graffs tat-tmermir radjuattiv biex niddetermina l-half-life u nikkalkula l-frazzjoni li jkun fadal tal-isotopu oriġinali wara perjodu ta' ħin.
17] Kapaċi niddisinja mudell tal-half-life bl-użu tal-muniti, tad-dammi, u tal-iskittles biex nuri t-tmermir esponenzjali.
18] Kapaċi nfittex dwar il-proċess tal-fissjoni nukleari u l-użi tagħha fil-power stations nukleari, inkluż il-perikli involuti.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
19] Kapaċi nsemmi u niddiskuti l-vantaġġi u l-problemi tal-użu tal-qawwa nukleari biex tiġġenera l-elettriku.
NITGĦALLEM KIF
20] Kapaċi niddeskrivi l-użi ta' xi isotopi radjuattivi, e.ż. il-Carbon 14 biex jiddetermina ż-żmien tal-artifatti storiċi.
IL-BIDLA SOĊJALI
21] Kapaċi niddiskuti kif inhu possibbli għall-ħaddiema li huma esposti għar-radjazzjoni biex inaqqsu l-espożizzjoni tar-radjazzjoni nukleari billi jilbsu lbies protettiv u jużaw badges li huma ddisinjati biex ikejlu l-espożizzjoni.
22] Kapaċi nfittex dwar l-esperimenti ta' Rutherford fuq it-tifrix tal-partiċelli alpha permezz ta' fojl irqiq dehbieni.

Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Naf kif nitgħallem, naġġorna l-għarfien tiegħi, u napplika l-fehim tiegħi biex b'hekk inkompli nitgħallem għal ħajti kollha billi nibni l-għarfien tiegħi fuq il-kwistjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi biex nieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza.
L-Aspett tas-Suġġett: Id-Dinja u l-Univers
1] Kapaċi nfittex u nikteb esej dwar l-opinjoni popolari ta' qabel dwar il-mudell tas-sistema solari tagħna, u kif din inbidlet matul iż-żmien, e.ż. minn Ptolomy u l-mudell ġeoċentriku tiegħu sa Copernicus u l-mudell eljoċentriku tiegħu.
IT-TAGĦLIM SOĊJALI
2] Kapaċi niddiskuti dwar kif l-investigazzjonijiet u s-sejbiet ta' Galileo kontra l-mudell ġeoċentriku, poġġewh f'kunflitt mat-twemmin tal-Knisja Kattolika ta' dak iż-żmien, u nuża dan l-episodju bħala eżempju ta' kif ix-xjentisti jistgħu jużaw l-investigazzjonijiet u s-sejbiet tagħhom biex jisfidaw l-opinjonijiet komuni.
3] Kapaċi nibni teleskopju sempliċi bl-użu ta' metre ruler u żewġ convex lenses u nagħmel qari sempliċi tal-magnification bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja: magnification = focal length of objective lens/focal length of eyepiece lens.
4] Kapaċi nkejjel it-tul fokali tal-convex lenses u nsemmi użi prattiċi għal din it-tip ta' lenti.
5] Kapaċi nuża ray diagram biex nipprova r-regola tar-riflessjoni.
6] Kapaċi nuża priżma u oġġetti oħrajn trasparenti biex nuri r-rifrazzjoni (refraction).
7] Kapaċi nikkalkula l-indiċi rifrattiv (refractive index) tal-mezzi trasparenti billi nuża l-proporzjon tal-veloċità tad-dawl f'vakwu mal-veloċità tad-dawl f'medium.
8] Kapaċi niddeskrivi kif ir-rifrazzjoni (refraction) f'medium dens taffettwa l-veloċità u l-wavelength tas-sors tad-dawl imma mhux il-frekwenza tiegħu.
9] Kapaċi nuri u niddeskrivi kif il-waves, simili fil-qies, jistgħu jiġu defracted meta qed jivvjaġġaw mill-ispazju lejn il-wavelength tal-wave.
10] Kapaċi nuri u niddeskrivi kif jistgħu jifformaw l-ispettra bl-użu tal-priżmi.
11] Kapaċi nfittex dwar ir-red shift u nuża l-informazzjoni li nkun sibt biex inkun nista' nispjega t-teorija tal-espansjoni tal-univers.
12] Kapaċi nispjega kif ir-red shift hija evidenza għat-teorija tal-Big Bang tal-ħolqien tal-univers.
13] Kapaċi nuża l-internet biex infittex dwar kif l-astronomi jiksbu d-data fuq l-univers bl-użu ta' metodi differenti.
14] Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-użu tal-orbitising telescopes għall-kuntrarju tat-terrestrial telescopes.
15] Kapaċi nfittex dwar iċ-ċiklu tal-ħajja ta' stilla biex nippreżenta r-riżultati possibbli differenti tal-istilel ta' daqs differenti.
16] Kapaċi nfittex fuq kif l-iżviluppi fil-Fiżika fis-seklu 20 wasslu lix-xjentisti biex jiddeskrivu kif il-fużjoni nukleari tal-idroġenu hija l-proċess li ssostni l-istadju ewlieni taċ-ċiklu tagħha tal-ħajja.
17] Kapaċi nuża t-termini protostar, red giant, u white dwarf b'mod korrett meta niddeskrivi ċ-ċiklu tal-ħajja tax-xemx tagħna.
18] F'forma grafika, kapaċi nippreżenta d-destin eventwali tal-istilel differenti bbażat fuq id-daqs tagħhom, inkluż għaliex x-xemx tagħna se ssir black dwarf u għaliex l-istilel supergiant, e.ż. l-Antares se jiġu supernova.
19] Kapaċi ninvestiga kif l-astronomi jkejlu d-distanzi astronomiċi fil-light years biex jiddeterminaw id-daqs tal-galassji u d-distanzi li hemm bejniethom.
20] Kapaċi niddiskuti kif ix-xemx tagħna hija waħda mill-biljuni ta' stilel li hemm fil-Milky Way, li hija waħda mill-biljuni ta' galassji li hemm fl-univers.
21] Kapaċi nispjega li meta aħna nħarsu lejn l-istilel billejl, inkunu qed inħarsu lura fiż-żmien minħabba l-veloċità tad-dawl u d-distanzi finiti li hemm bejn l-istilel, il-galassji, u d-dinja.