Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Il-Qasam tat-Tagħlim: Ix-Xjenza u t-Teknoloġija
L-Istudji fil-Kompjuter > LEVEL 9
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.
L-Aspett tas-Suġġett: Introduzzjoni għas-Sistemi tal-Kompjuters
1] Kapaċi niddeskrivi apparat ta' 'input' u 'output' aktar speċjalizzat eż. skaners bijometriċi, apparat bil-bijomarkatur u Stampaturi 3D.
2] Kapaċi nkun kritiku dwar kif l-apparat tal-ħżin qed jinbidel minn teknoloġiji ta' stat solidu għal alternattivi bijoloġiċi u lilhinn minnhom, filwaqt li nifhem ukoll għalfejn dan jagħmel differenza.
KONJITTIVA
3] Kapaċi niddiskuti kif is-Sistemi tal-Kompjuter qed jgħinu sabiex jiġu solvuti kwistjonijiet globali eż. il-konservazzjoni tal-ilma, iż-żieda fil-produzzjoni tal-ikel sabiex jittaffa l-impatt tal-popolazzjoni żejda fuq il-pjaneta tagħna.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
2] Kapaċi nkun kritiku dwar kif l-apparat tal-ħżin qed jinbidel minn teknoloġiji ta' stat solidu għal alternattivi bijoloġiċi u lilhinn minnhom, filwaqt li nifhem ukoll għalfejn dan jagħmel differenza.
KONJITTIVA
3] Kapaċi niddiskuti kif is-Sistemi tal-Kompjuter qed jgħinu sabiex jiġu solvuti kwistjonijiet globali eż. il-konservazzjoni tal-ilma, iż-żieda fil-produzzjoni tal-ikel sabiex jittaffa l-impatt tal-popolazzjoni żejda fuq il-pjaneta tagħna.
IL-KOMUNIKAZZJONI GĦAD-DIVERSITÀ
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.
L-Aspett tas-Suġġett: Il-prinċipji tal-kompjuters, is-softwer u l-ħardwer
1] Nirrikonoxxi l-użu tal-kodiċi fir-reġistri tal-kompjuter u nidentifika l-użu attwali tal-eżadeċimali.
2] Nifhem il-kunċett ta' GUI u nista' niddeskrivi l-karatteristiċi komuni tiegħu eż. WIMP jiġifieri 'windows', 'icons', 'menus', 'pointers'.
3] Nifhem it-terminu
interfaċċar uman tal-kompjuter (human computer interfacing) eż. il-pedamenti psikoloġiċi bażiċi u għalfejn huma daqshekk importanti fid-disinn tas-softwer.
2] Nifhem il-kunċett ta' GUI u nista' niddeskrivi l-karatteristiċi komuni tiegħu eż. WIMP jiġifieri 'windows', 'icons', 'menus', 'pointers'.
3] Nifhem it-terminu
interfaċċar uman tal-kompjuter (human computer interfacing) eż. il-pedamenti psikoloġiċi bażiċi u għalfejn huma daqshekk importanti fid-disinn tas-softwer.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.
L-Aspett tas-Suġġett: Nifhmu d-dinja diġitali
1] Kapaċi niddiskuti l-implikazzjonijiet etiċi tad-deċiżjonijiet relatati mas-sostituzzjoni bijomekkanika voluntarja jew involontarja tal-partijiet tal-ġisem u mat-teknoloġiji li jtawlu l-ħajja eż. suppressuri tal-età nanoteknoloġiċi.
TAGĦLIM KREATTIV
2] Konxju mill-kwistjonijiet soċjali u etiċi tal-estensjoni tal-ħajja tal-bniedem bit-teknoloġija eż. it-treġġigħ lura tad-deġenerazzjoni kromosomatika.
IL-BIDLA SOĊJALI
3] Għandi fehim kritiku dwar kif it-teknoloġiji ġodda u emerġenti jistgħu jeħtieġu liġijiet u regolamenti ġodda sabiex jiġi żgurat li jintużaw fl-aħjar interess tas-soċjetà eż. l-użu tad-droni, u r-'robots' għall-kura soċjali.
4] Kapaċi naħdem bħala parti minn tim f''workshop'.
5] Kapaċi niddiskuti teknoloġiji ġodda.
INTERPERSONALI
TAGĦLIM KREATTIV
2] Konxju mill-kwistjonijiet soċjali u etiċi tal-estensjoni tal-ħajja tal-bniedem bit-teknoloġija eż. it-treġġigħ lura tad-deġenerazzjoni kromosomatika.
IL-BIDLA SOĊJALI
3] Għandi fehim kritiku dwar kif it-teknoloġiji ġodda u emerġenti jistgħu jeħtieġu liġijiet u regolamenti ġodda sabiex jiġi żgurat li jintużaw fl-aħjar interess tas-soċjetà eż. l-użu tad-droni, u r-'robots' għall-kura soċjali.
4] Kapaċi naħdem bħala parti minn tim f''workshop'.
5] Kapaċi niddiskuti teknoloġiji ġodda.
INTERPERSONALI
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.
L-Aspett tas-Suġġett: Żvilupp u proġett dwar applikazzjoni għall-'mobile'
1] Kapaċi nanalizza problema tad-dinja reali u nsib bosta soluzzjonijiet.
2] Kapaċi niżviluppa soluzzjoni b'mod effiċjenti billi nuża 'agile SDLC' bl-użu ta' żvilupp ta' app għall-mobile eż. MIT APP INVENTOR 2
3] Kapaċi noħloq applikazzjoni għall-mobile li tagħmel użu minn GUI effiċjenti eż. menus, ikoni grafiċi eċċ.
4] Kapaċi noħloq applikazzjoni għall-mobile li tikseb vantaġġ mis-sensuri ta' fuq l-apparat bħall-GPS u s-sensur tal-mozzjoni.
5] Kapaċi noħloq applikazzjoni mobbli li tagħmel użu minn listi, parametri, kondizzjonali, proċeduri u funzjonijiet.
6] Kapaċi nittestja b'mod sistematiku l-programm tiegħi bl-użu ta' każijiet għat-test.
7] Kapaċi niddokumenta l-analiżi, l-iżvilupp u l-proċess tal-ittestjar b'mod ċar u b'manjiera strutturata.
2] Kapaċi niżviluppa soluzzjoni b'mod effiċjenti billi nuża 'agile SDLC' bl-użu ta' żvilupp ta' app għall-mobile eż. MIT APP INVENTOR 2
3] Kapaċi noħloq applikazzjoni għall-mobile li tagħmel użu minn GUI effiċjenti eż. menus, ikoni grafiċi eċċ.
4] Kapaċi noħloq applikazzjoni għall-mobile li tikseb vantaġġ mis-sensuri ta' fuq l-apparat bħall-GPS u s-sensur tal-mozzjoni.
5] Kapaċi noħloq applikazzjoni mobbli li tagħmel użu minn listi, parametri, kondizzjonali, proċeduri u funzjonijiet.
6] Kapaċi nittestja b'mod sistematiku l-programm tiegħi bl-użu ta' każijiet għat-test.
7] Kapaċi niddokumenta l-analiżi, l-iżvilupp u l-proċess tal-ittestjar b'mod ċar u b'manjiera strutturata.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.
L-Aspett tas-Suġġett: Loġika tal-magni
1] Kapaċi naħdem iċ-ċirkwiti tal-loġika sempliċi meħtieġa biex jinħolqu x-xatbiet NAND u NOR bl-użu ta' AND, OR u NOT.
2] Kapaċi nipproduċi ċirkwiti ta' loġika għal problema partikolari bl-użu ta' simulatur tas-softwer eż. sinjali tad-dawl tat-traffiku bl-użu ta' Multimedia Logic.
3] Kapaċi noħloq tabelli tal-verità għal ċirkwiti ta' loġika aktar kumplessi sa erba' kombinazzjonijiet ta' input eż. f'sistema tal-liftijiet.
2] Kapaċi nipproduċi ċirkwiti ta' loġika għal problema partikolari bl-użu ta' simulatur tas-softwer eż. sinjali tad-dawl tat-traffiku bl-użu ta' Multimedia Logic.
3] Kapaċi noħloq tabelli tal-verità għal ċirkwiti ta' loġika aktar kumplessi sa erba' kombinazzjonijiet ta' input eż. f'sistema tal-liftijiet.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.
L-Aspett tas-Suġġett: Soluzzjoni prattika tal-problemi, dijagrammi ta' struttura, algoritmi, 'flowcharts', psewdokodiċi u kunċetti tal-ipprogrammar
1] Kapaċi nsemmi u niddeskrivi r-rwoli tal-persuni involuti fis-softwer u l-iżvilupp tal-logħob eż. analisti tad-dejta, analisti tan-negozju, disinjaturi tal-interfaċċja grafika tal-utenti, u programmaturi.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.
L-Aspett tas-Suġġett: Netwerks ta' komunikazzjoni u teknoloġiji tal-internet
1] Nifhem il-kunċett ta' kompressjoni u nista' niddeskrivi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-approċċi differenti eż. 'lossy' u 'lossless'.
2] Kapaċi niddeskrivi l-komponenti komuni ta' netwerk eż. servers, stazzjonijiet, 'routers', 'hubs', 'switches'.
3] Naf li s-siti u l-paġni web huma maħżuna u trażmessi f'forma diġitali u jiġu dekodifikati u murija mill-brawżers tal-internet.
4] Nifhem li l-preżentazzjoni għandha tiġi sseparata mill-kontenut billi jsir użu mill-HTML u l-files CSS u li l-brawżers tal-internet jużaw dawn it-tikketti tal-HTML biex jiffurmaw il-paġni web.
2] Kapaċi niddeskrivi l-komponenti komuni ta' netwerk eż. servers, stazzjonijiet, 'routers', 'hubs', 'switches'.
3] Naf li s-siti u l-paġni web huma maħżuna u trażmessi f'forma diġitali u jiġu dekodifikati u murija mill-brawżers tal-internet.
4] Nifhem li l-preżentazzjoni għandha tiġi sseparata mill-kontenut billi jsir użu mill-HTML u l-files CSS u li l-brawżers tal-internet jużaw dawn it-tikketti tal-HTML biex jiffurmaw il-paġni web.
Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem ix-xjenza u t-teknoloġija fl-użu tagħna ta' kuljum u l-post tiegħi fid-dinja ta' kuljum.
L-Aspett tas-Suġġett: 'Bażijiet tad-Dejta'
1] Nifhem u kapaċi napplika l-kunċetti ta' validazzjoni u verifika meta niġbor jew indaħħal id-dejta u nuża tipi komuni ta' sistemi tal-verifika eż. verifiki tal-firxa, verifiki tal-format, verifiki tal-preżenza u verifiki tat-tip.
IL-QARI U L-FEHIM
2] Nifhem il-kunċett ta' bażi tad-dejta relazzjonali u kif bl-użu ta' tabelli multipli nista' nagħmel il-bażijiet tad-dejta aktar flessibbli u effiċjenti eż. relazzjonijiet tal-entità, domandi u formoli.
TAGĦLIM KREATTIV
3] Kapaċi niddefinixxi struttura xierqa għar-rekords tal-bażi tad-dejta li tassenja tipi ta' dejta xierqa għall-attributi eż. test, numeriku, 'boolean', eċċ.
PERSONALI
4] Kapaċi ndaħħal id-dejta u nemenda d-dejta f'bażi tad-dejta.
PERSONALI
5] Kapaċi niddeskrivi l-moduli u l-proprjetajiet tal-bażijiet tad-dejta relazzjonali eż. tabelli, domandi u relazzjonijiet.
6] Kapaċi napplika l-għarfien tiegħi tas-sistemi tal-bażi tad-dejta biex ninvestiga kuntest jew problema partikolari u nfassal soluzzjoni permezz ta' bażi tad-dejta eż. librerija tal-iskola.
7] Kapaċi nirrappreżenta s-sistema tiegħi f'forma ta' dijagramma u niddeskrivi kif tinġabar, tinħażen, tiġi manipolata u tintuża d-dejta eż. rekords mediċi ta' veterinarju.
TAGĦLIM KREATTIV
8] Kapaċi nibni mudell tas-sistema tiegħi billi nuża applikazzjoni xierqa.
KONJITTIVA
9] Kapaċi nidentifika kuntesti xierqa biex niddisinja bażi tad-dejta tal-interessi tiegħi stess eż. reġistru skolastiku, librerija, eċċ.
10] Kapaċi nidentifika l-attributi, nikkalkula t-tul tal-attributi, nassenja tipi ta' dejta għal kull attribut u nikkunsidra l-iktar teknika ta' validazzjoni xierqa għal kull attribut.