Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Il-Qasam tat-Tagħlim: L-Umanitajiet

Il-Kontabilità > LEVEL 10





Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nevalwa t-tagħlim tiegħi fl-istudji umanistiċi, u kapaċi ntejjeb u niżviluppa l-għarfien u l-fehim tiegħi.  

L-Aspett tas-Suġġett: In-Natura u l-Irwol tal-Kontabilità

1] Kapaċi nirriċerka d-doveri tan-nies li jaħdmu fil-kontabilità. 
2] Kapaċi nikseb informazzjoni rigward il-prekawzjonijiet li għandhom jiġu meħuda meta tiġi tintuża t-teknoloġija tal-kompjuter. 
 L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI 



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nalloka, nagħżel, ninterpreta u nevalwa informazzjoni fuq l-esperjenza umana, fil-passat u fil-preżent, u naħseb b'mod kritiku u kreattiv fuq kwistjonijiet umanistiċi.  

L-Aspett tas-Suġġett: Ir-Reġistrar, il-fehim, l-evalwar u l-komunikazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji. 

1] Kapaċi nispjega xi ftit mil-limitazzjonijiet tar-relazzjonijiet fil-kontijiet.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nispjega l-proċessi tal-bidla u l-iżvilupp fil-passat u fil-preżent u nirrefletti fuqhom u nevalwa żviluppi possibbli fil-futur. 

L-Aspett tas-Suġġett: L-Applikazzjoni ta' Kunċetti tal-Kontabilità u Aspetti Regolatorji oħra. 

1] Kapaċi nidentifika tranżazzjonijiet li jiksru l-kunċetti tal-kontabilità, u kapaċi nidentifika r-raġuni għaliex qed jinkissru l-kunċetti. 
2] Kapaċi nifhem li l-kontabilisti għandhom jippreparaw rendikont finanzjarji li jirriflettu s-sitwazzjoni reali u ma jċedux għal pressjoni biex ibiddlu xi figuri sabiex titħallas inqas taxxa jew jinkisbu faċilitajiet ta' self aħjar. 
 PERSONALI
3]Kapaċnipprovdi eżempji ta' kif negozji jistgħu jirreġistraw qligħ u fl-istess ħin iħaddnu kunsiderazzjonijiet etiċi u ambjentali.  NITGĦALLEM INKUN JIEN
4] Kapaċi nifhem li ċertu ommissjonijiet fir-rapportar tal-kontabilità huma illegali.  
5] Konxju li xi assi mhux kurrenti japprezzaw fil-valur.  
6] Konxju li żieda fil-valur tal-inventarju mhux neċessarjament tikkorrispondi għal żieda fil-prezz tal-bejgħ u li dan jista' jwassal għal tnaqqis fil-marġini tal-profitt.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Kapaċi nesplora u nevalwa s-similarità u d-differenza u l-bidla u l-kontinwità kemm fil-passat u kemm fil-preżent.  

L-Aspett tas-Suġġett: Preparazzjoni ta' rendikonti finanzjarji għal negozji u organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ, mill-Istadju tal-Bilanċ Proviżorju. 

1] Kapaċi niġbed ċertu konklużjonijiet dwar x'qed jiġri f'negozju minn figuri rreġistrati fir-Rendikont tal-Qligħ u Telf.   
2] Kapaċi niġbed konkluzzjonijiet dwar l-istruttura tal-kapital, l-assi u l-obligazzjonijiet minn figuri rreġistrati f'Rendikont tal-Pożizzjoni Finanzjajrja. 
3] Kapaċi nanalizza figuri u nagħti pariri lil sidien ta' negozji b'departimenti għar-rigward ta' liema dipartimenti għandhom isaħħu u liema dipartimenti għandhom jagħlqu.  
INTERPERSONALI
4] Kapaċi niddetermina l-ispiża ta' prodott wieħed f'kuntest ta' negozji tal-manifattura.



Il-Kisba mit-Tagħlim tas-Suġġett: Nifhem kif it-tagħlim fuq l-istudji umanistiċi jistgħu jarrikixxu l-esperjenza u l-fehim tiegħi tad-dinja, u kif tista' tkun ta' valur matul ħajti. Kapaċi naħseb kritikament u kreattivament fuq kwistjonijiet morali u etiċi fil-passat u fil-preżent, u fuq id-diversi modi kif dawn il-kwistjonijiet jistgħu jiġu mifhuma. 

L-Aspett tas-Suġġett: Aspetti ta' Litteriżmu Finanzjarju

1] Kapaċi niddiskuti l-importanza li l-ħaddiema jitħallsu paga xierqa,paga li mhux biss li tilħaq il-paga minima imma paga li tirrefletti l-valur tax-xogħol imwettaq.  
NITGĦALLEM INKUN JIEN 
2] Kapaċi nidentifika l-implikazzjonijiet ta' metodi differenti li bihom tiġi kkalkulata l-paga kemm mill-lenti tal-impjegati u kif ukoll mil-perspettiva ta' min iħaddimhom.
3] Konxju/a li ċertu komponenti ta' baġit huma flessibbli filwaqt li oħrajn huma fissi. Konxju/a tal-bżonn ta' skala ta' prijoritajiet li biha niddistingwi bejn dak li hu bżonn u dak li huwa superfluwu.  
IT-TAGĦLIM KONJITTIV




Agħti r-rispons tiegħek hawn