Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 1. Il-Proċessi tal-Kostruzzjoni
Il-Kostruzzjoni
Learning Outcome: 1. Kapaċi nitkellem fuq l-operati tal-kostruzzjoni għal bini residenzjali.


L-istadji tal-kostruzzjoni: l-inizjazzjoni; l-ippjanar; ir-realizzazzjoni; l-għeluq.


L-operati fil-kostruzzjoni:
il-mobilizzazzjoni; ix-xogħlijiet ta' tħejjija; is-sottostruttura; is-superstruttura; ix-xogħlijiet tal-ġebel; ix-xogħlijiet tas-servizzi; ix-xogħlijiet tal-aħħar (finishing works); it-tlestija.

In-nies involuti: il-project manager, is-site manager, il-perit, is-civil engineer, l-istructural engineer, l-electrical engineer, il-mechanical engineer, is-surveyor, l-excavator, il-kuntrattur ġenerali, il-bennej, il-formwork carpenter, l-elektrixin, il-plumber, il-waterproofer, il-plasterer, ir-roofer, min iqiegħed il-madum, il-bajjad, il-mastrudaxxa.

il-PPE fil-kostruzzjoni:- Protezzjoni għall-wiċċ u l-għajnejn: safety glasses u/jew face shields;
- Protezzjoni għas-saqajn: safety shoes; boots b'slip-resistant u suletti puncture-resistant;
- Protezzjoni għall-idejn: ingwanti tal-gomma heavy-duty;
- Protezzjoni għar-ras: hard hat;
- Protezzjoni għas-smigħ: earplugs u/jew earmuffs;
- Ilbies protettiv: high-visibility vest.

Is-sekwenza u l-ippjanar:- ordni addattata u loġistika tal-operati fuq is-sit;
- problemi fil-produzzjoni kkawżati minn ippjanar jew sekwenza tax-xogħol mhux xierqa;L-effett tal-problemi fil-produzzjoni:
- avvenimenti mhux mistennija fuq il-produttività u l-ispiża, in-nuqqas ta' materjali, temp ħażin, aċċidenti fuq is-sit, u vandaliżmu.
Learning Outcome: 2. Kapaċi nassessja l-karatteristiċi termali tal-materjali tal-kostruzzjoni.


Il-prinċipji: il-bidla fl-istat, l-espansjoni u l-kontrazzjoni, is-sensible heat, il-latent heat, il-cooling effect tal-evaporazzjoni, il-koeffiċjenza tal-espansjoni.


Il-metodi u t-tekniki:- Il-konkrit: l-expansion joints
- Il-briksa: il-vertical joints.


L-identifikar tal-karatteristiċi termali:
- Segwi b'mod preċiż metodu partikolari biex turi l-espansjoni u l-kontrazzjoni, u biex tittestja l-karatteristiċi termali ta' materjali partikolari;
- Uża l-apparatus b'mod preċiż;
- Irrapporta b'mod ċar ir-riżultati miksuba;
- Interpreta r-riżultati;
- Kun ċert/a li l-PPE addattat intlibes u l-kwistjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà kienu minimizzati.
Learning Outcome: 3. Kapaċi nipproduċi briksa jew blockwork task b'mod sigur.

Tipi ta' briks u blockwork:- Blokkijiet standard: e.ż. 2.5”, 4”, 6”, 7”, 9”, 12”;
- Blokkijiet nonstandard: e.ż. iċ-chimney blocks, il-coping stones, ir-reinforced concrete beams, ir-reinforced concrete slabs, il-lintels tip 6”, 7”, 9”, ir-roofing concrete hollow blocks type 6”, 8”, 10”.


Is-sekwenza:- Ipprepara l-pedamenti u naddafhom bi xkupilja;
- Ifrex il-briks fiż-żewġ trufijiet tal-ħajt u stira lenza bħala linja gwida;
- Ipprepara taħlita ta' siment jew tajn jew taħlita ta' ġir u tajn f'barmil u ferra l-ilma fih sakemm it-taħlita jkollha dehra fina u kremuża, li tkun imxarrba iżda mhux ratba żżejjed.
- Ifrex sodda ta' tajn ta' 1-2ċm tul il-linja tal-bini.
- Ibda f'tarf wieħed, poġġi l-ewwel briksa u kemm kemm tmissha biex tħalliha 'toqgħod';
- Iksi tarf wieħed tal-briksa li jmiss bit-taħlita u missha mal-ewwel waħda. Irrepeti dan il-proċess billi tuża l-lenza bħala gwida;
- Fil-punt fejn jibdew il-kolonni, poġġi briksa ma' fejn jispiċċa l-ħajt. Kull briksa konsekuttiva tal-kolonni għandha titpoġġa fid-direzzjoni opposta u ogħla mill-ħajt;
- Jekk tkun teħtieġ xi ġonta ta' briksa, immarkaha u aqtagħha billi tuża l-għodda;
- Ċaqlaq il-linja gwida 'l fuq lejn il-filata li jmiss u ifrex sodda tajn ta' 1-2ċm tul il-linja;
- Għall-istretcher bond, it-tarf ta' kull briksa għandu jkun 'il fuq miċ-ċentru tal-briksa ta' taħtha;
- Biex tlesti s-sodod, uża t-tarf tond tal-brick jointer biex tobrox it-tajn fil-joints. Ibda bil-bed joints u segwi bl-end joints;
- Meta l-ħajt ikun lest, agħtih daqqa bir-raxketta u naddaf it-tajn li jkun waqa' fl-art qabel ma jinxef.


Il-kostruzzjoni ta' ħajt tal-briks:- Agħżel l-għodda, it-tagħmir u l-materjal addattati biex tagħmel din il-biċċa xogħol;
- Ibni 4 saffi ta' briks b'mod livellat u dritt;
- Aqta' l-briks skont il-qies meħtieġ billi tuża l-power tools;
- Qiegħed il-joints u l-end joints b'tali mod li jkunu anqas minn 10mm;
- Aċċerta li ntlibes il-PPE addattat u li l-kwistjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà kienu minimizzati.

Tipi ta' tajn:- tajn bis-siment;
- tajn bil-ġir: il-hydraulic lime mortar; il-hydrated lime mortar;
- taħlita ta' tajn tas-siment;
- taħlita ta' tajn tal-ġir.

Għodod tal-idejn speċifiċi:- L-għodda biex tkejjel;
- Is-skieken u l-cutters;
- L-imsiemer;
- Il-martell;
- Il-kazzoli;
- Is-serrieq tal-bennejja;
- Il-lapes tal-bennejja;
- Il-mazza;
- L-iskarpell;
- Il-lenza tal-bini;
- L-iskwerra;
- Ir-raxketta.
Learning Outcome: 4. Kapaċi nkaħħal ħitan interni u esterni bit-taħlitiet addattati.

L-għodda meħtieġa:- Hawk,
- Flawt tal-kisi,
- Bucket/Corner trowel,
- Pointing trowel,
- Angle trowel,
- Scarifier trowel,
- Sponge float,
- Plastic float,
- Jointing knife,
- Paddle,
- Barmil,
- Spirit level,
- Martell u skarpell,
- Spot board.


Is-Sekwenza:- Iċċekkja li l-għodod kollha huma nodfa;
- Neħħi t-trab u l-ħmieġ li jaqa' mill-ħajt billi tuża stiff brush;
- Applika bonding agent fuq il-ħajt u ħallih jinxef;
- Meta qed tħallat il-ġibs, uża ilma kiesaħ u nadif, u dejjem żid il-ġibs mal-ilma, u mhux bil-kontra. Ħallat il-ġibs f'barmil billi tuża paletta sakemm il-ġibs ikollu konsistenza kremuża mingħajr ma jkollu boċċi;
- Poġġi l-ġibs imħallat fuq pre-dampened spot board;
- Poġġi l-hawk mal-ġibs fuq il-post bil-flawt tal-kisi u kaħħal il-ħajt mir-rokna ta' isfel tax-xellug 'il fuq;
- Poġġi l-ġibs mill-hawk fuq il-ħajt bil-flawt u żomm il-float f'anglu dejjaq mal-ħajt, ifrex 'il fuq u ċċattja l-float 'il barra lejn l-aħħar ta' kull passata;
- Illivella l-ħajt miksi bil-ġibs minn isfel għal fuq b'moviment mix-xellug għal-lemin.
- Kif is-saff ta' qabel jibbies, applika t-tieni passata ġibs.
- Uża xkupilja mxarrba biex tnaddaf it-truf u biex tneħħi xi ġibs li jkun infirex fl-uċuħ fil-viċin.
- Wara xi 20 minuta, agħti clean float tul il-ħajt biex tneħħi xi marki u ċċattjaha biex ix-xogħol ikun lixx u sabiħ.
- Illostra l-aħħar saff tal-ġibs billi tuża xi ftit ilma nadif u l-flawt tal-kisi sakemm tara li x-xogħol hu lixx u sabiħ.


It-tikħil ta' ħajt tal-briks intern:- Agħżel l-għodda, it-tagħmir u l-materjal addattati biex tkaħħal.
- Ħejji u naddaf l-uċuħ li se jitkaħħlu.
- Applika t-tekniki tat-tikħil b'mod korrett biex tkaħħal ħajt.
- Aċċerta li x-xogħol finali għandu dehra lixxa u sabiħa.
- Aċċerta li ntlibes il-PPE addattat u li l-kwistjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà kienu minimizzati.


It-taħlitiet li jintużaw għat-tikħil:- Il-ġibs tradizzjonali (background cement-based high-quality plaster għal fuq ġewwa u barra),
- Il-lime plaster (breathable background plaster ibbażat fuq natural hydraulic lime għal fuq ġewwa u barra,
Id-dehumidifying plaster (cement based microporous background plaster),
- It-thermal plaster (cement based plaster inklużi l-EPS beads għall-insulazzjoni termali ta' barra),
- Is-silicate plaster (special finishing breathable plaster),
- Is-siloxane plaster (breathable and waterproof plaster).