Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 1. L-ispazju tax-xogħol u n-netwerking tal-kompjuter
It-Teknoloġija tal-Informatika
Learning Outcome: 1. Nifhem il-prattiki tajba fuq il-post tax-xogħol.


Insegwi l-proċeduri tax-xogħol; post tax-xogħol nadif u pulit; ħiliet tajba ta' komunikazzjoni bejn il-pari; nobdi r-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà.


eż. disċarġ elettrostatiku (ESD), użu mhux addattat tal-għodod, kejbils imferxin, spazji tax-xogħol disorganizzati, tagħmir imqiegħed fuq xkafef mhux addattati, nuqqas ta' arja friska.


Narmi kif xieraq tagħmir perikoluż; innaqqas il-ħala tar-riżorsi u tat-tagħmir; nerġa' nuża riżorsi u tagħmir; nirriċikla t-tagħmir.
Learning Outcome: 2. Kapaċi noħloq post tax-xogħol sigur u san billi nikkonsidra l-ergonomija kif ukoll ir-riskji għall-għodda u l-ambjent.


Tagħmir elettriku/elettroniku, eż. attenzjoni, vultaġġ għoli, tagħmir tal-laser, korrożiv, esplussiv, letali.
Post tax-xogħol: eż. jiżloq, ħruġ tal-emerġenza, punt ta' laqgħa, pajrin, tpejjipx, tikolx u tixrobx.


eż. tagħmir li ma jitqegħidx f'postu, trailing cables, ingombru tal-ispazji tax-xogħol, ambjent mhux ventilat, tagħbija żejda fuq il- plaggs, dawl mhux tajjeb, pavimenti, ħruġ ta' emerġenza imblukkati, pajrini ma jintlaħqux faċilment, truf ippuntati, ħżin mhux addattat ta' riżorsi u tagħmir.
Learning Outcome: 3. Nifhem it-terminoloġija bażika marbuta ma' netwerks tal-kompjuter.

Protokolli: eż. TCP/IP, POP, IMAP, FTP, SMTP, HTTP, HTTPS.

Application Layer– sors tad-dejta tal-utentTransport Layer – TCP

Komunikazzjoni bil-fili: eż. kejbil koassjali, kejbil CAT5, kejbil CAT6, twisted pair, kejbil SPDIF, kejbil OC12.
Komunikazzjoni bla fili: eż. Bluetooth, microwave transceivers, laser transceivers, infra-red, Wi-Fi, WiMax, DECT.

Topoloġiji: eż. star, bus, tree, ring, mesh (konnessi kompletament jew parzjalment), hybrid.
Learning Outcome: 4. Kapaċi nimplimenta local area network fuq skala żgħira.

Komponenti: eż. Network Interface Card (NIC) bi/bla fili, transceivers bi/bla fili (eż. modem), midjum tat-trażmissjoni tad-dejta, router, switch, server.


Tipi ta' netwerks: eż. LAN, MAN, WAN, WLAN;
Topoloġiji tan-netwerk: eż. star, bus, tree, ring, mesh (konnessi kompletament jew parzjalment), ibridu.


Preparamenti: nikkrimpja u nittestja l-kejbil tal-Ethernet; nittestja Network Interface Card (ping 127.0.0.1); nikseb indirizz IPv4 għall-kompjuters (ipconfig);
Narma: nikonnettja l-kompjuters (minn punt sa punt jew permezz ta' router, f'liema każ issettja r-router DHCP);
Nittestja: nippingja l-kompjuters biex nikkonferma t-trasferiment tad-dejta.
Learning Outcome: 5. Nifhem li n-netwerks jistgħu jintużaw minn utenti differenti u għalhekk huwa importanti tassenja kull utent kont differenti b'permessi speċifiċi ta' xxerjar skont il-bżonnijiet tagħhom.


Gruppi ta' utenti standard differenti: eż. kont tal-amministratur, kont tal-utent limitat, kont guest.
Permessi tal-ixxerjar differenti: eż. qari, qari/kitba, modifika, kontroll sħiħ.


Noħloq gruppi ta' utenti: eż. kont tal-amministratur, kont tal-utent limitat, kont temporanju;
Nikkonfigura permessi għall-ixxerjar tal-fajls;
Nikkonfigura l-ixxerjar tal-printer;
Nittestja l-permessi tal-ixxerjar tal-fajls u tal-printer.
Learning Outcome: 6. Nifhem l-importanza li nipproteġi netwerks tal-kompjuter minn theddid u kapaċi nuża dan il-fehim biex nidentifika u nipproteġi netwerk minn dan it-theddid.


Malwer: eż. worm, virusijiet, Trojan Horse, spywer, adwer, rootkit, ransomwer, bug, botnet, tunnelling, time bomb, bacterium, backdoor, logic bomb, rabbit, spoofing, masquerade, sequential scanning, dumpster scanning, digital snooping, key-logger, spam, phishing.


Ir-rwol ta' firewall: eż. inwissi u nipproteġi n-netwerks minn aċċess mhux awtorizzat, monitoraġġ ta' dejta dieħla u ħierġa, nippermetti l-utent jikkontrolla liema programmi jistgħu jew ma jistgħux jaċċessaw in-netwerk lokali u/jew l-internet, nipprovdi informazzjoni fuq outgoing server, blacklisting, whitelisting.


Theddid għas-sigurtà tan-netwerk: eż. packet sniffers, BYOD, hacking, Attakk ta' Denial of Service, attakki ta' forza brutali;
Protezzjoni tan-netwerk: eż. fajerwol, iċċifrar, punt ta' restawr, aġġornamenti tas-sigurtà, iffriżar tad-diski, sand boxing, backup, adwer iffiltrar.


Ninstalla pakkett tas-sigurtà tal-internet ta' parti terza; nimmodifika s-settings ta' fajerwol biex jinkludi/jeskludi websajt; niskenja s-sistema ta' malajr; inneħħi/nikkwarantina theddida minn tagħmir ta' ħażna esterna; naġġorna is-security keys.