Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 1.
L-Ospitalita'
Learning Outcome: Kapaċi nifhem l-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu u l-kwistjonijiet li għandhom impatt fuq is-settur.

Tipi ta' turiżmu: turiżmu domestiku; turiżmu lejn barra minn Malta, turiżmu lejn Malta.


Tipi u raġunijiet għall-ivvjaġġar: eż. vjaġġi ta' ġurnata, brejks qosra, żjajjar tal-ħbieb u l-qraba, avvenimenti speċjali;
Ivvjaġġar għan-negozju eż. laqgħat, inċentivi, konferenzi, avvenimenti;
Ivvjaġġar speċjalizzat eż. avventuri, saħħa, edukazzjoni, wirt kulturali, turiżmu msejjaħ "dark", xogħol volontarju.


Il-prinċipji tat-turiżmu sostenibbli: li jilqa' għall-ħtiġijiet tat-turisti u anke tal-komunitajiet lokali; li jgħin biex jiġu ġġenerati impjiegi futuri għan-nies lokali; li jħares l-ambjent naturali, storiku u kulturali għall-ġejjieni;
Benefiċċji: ħarsien ambjentali; tnaqqis fil-konsum tal-enerġija; tnaqqis fl-iskart; rabtiet mal-komunità lokali; reputazzjoni; iffrankar ta' spejjeż.


Kwistjonijiet li għandhom impatt fuq l-iżvilupp:
L-ekonomija eż. il-waqgħa jew id-dħul ta' linji tal-ajru jew ta' operaturi tat-tours, prezzijiet taż-żejt/fjuwil, rati tal-kambju li jinbidlu, riċessjoni;
L-ambjent eż. it-tibdil fil-klima;
Il-politika eż. inkwiet ċivili, gwerer, terroriżmu;
Kwistjonijiet soċjali eż. il-lingwa, l-ikel lokali, il-livell ta' iġjene, il-kodiċi tal-ilbies;
It-teknoloġija eż. is-sigurtà u ċ-check-in li tagħmel int stess fl-ajruport, riservazzjonijiet onlajn, websajts.

Learning Outcome: 2. Kapaċi nifhem it-tipi differenti ta' negozji ta' ospitalità u l-importanza tat-turiżmu għall-ekonomija Maltija.

Negozji tal-industrija tal-ospitalità: akkomodazzjoni; ristoranti; bars; pubs; night clubs; provvedituri ta' servizzi tal-ikel fuq kuntratt.


Post fejn jinsabu: urban jew rurali;
Kemm huma mifruxin mad-dinja: nazzjonali jew internazzjonali;
Daqs: żgħar, medji jew kbar;
Prodotti eż. ikel, xorb, tipi differenti ta' akkomodazzjoni;
Livell u tipi ta' servizz eż. ammont ta' stilel miksuba, prezzijiet, tipi differenti ta' ristoranti, servizz fil-kmamar, konferenzi, banqueting, funzjonijiet.


Industriji:
Aġenziji tal-ivvjaġġar;
Banek;
Kumpaniji tat-telefown;
Fornituri eż. ikel, xorb, lożor, materjal għat-tindif;
Trasport eż. baħar, toroq, ferroviji, bl-ajru.


Kontribut u l-effetti tat-turiżmu:
Impjiegi diretti jew indiretti;
Prodott Domestiku Gross (PDG);
Effett multiplikatur ekonomiku.

Learning Outcome: 3. Kapaċi napplika u nattendi għal interview fi ħdan l-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu.

Rwoli differenti eż. maniġer ta' ristorant, persuna li sservi l-ikel u x-xorb, bartender, chef de partie, chef tal-għaġejjen, superviżur tat-tindif tal-kmamar, persuna li tnaddaf il-kmamar, receptionist, concierge.


Ħiliet tax-xogħol:
Ħiliet ta' komunikazzjoni;
L-importanza ta' ħidma f'tim;
Il-ħila li wieħed isolvi l-problemi;
Kwalitajiet personali eż. paċenzja, diplomazija, onestà, inizjattiva, tolleranza, awtomotivazzjoni.


Id-dokumenti użati: il-kitba ta' CV u ta' ittra ta' introduzzjoni;
Modi ta' kif wieħed għandu jġib ruħu waqt interview: tħejjija qabel l-interview, tips dwar meta wieħed jasal u jiltaqa' ma' dak li jkun se jmexxi l-interview; x'wieħed għandu jagħmel u ma jagħmilx waqt interview.

Learning Outcome: 4. Kapaċi nikkomunika b'mod effettiv ma' tipi differenti ta' konsumaturi billi nqis id-differenzi kulturali.

Prinċipji bażiċi:
Messaġġ ċar u konċiż;
Messaġġ relevanti għall-udjenza;
Użu ta' mezzi varji: verbali eż. tislim, tqegħid ta' mistoqsijiet, empatija, feedback, tmiem; mhux verbali eż. espressjonijiet tal-wiċċ, kuntatt bejn l-għajnejn, ġesti, ton tal-vuċi, il-mod kif wieħed joqgħod dritt; bil-kitba eż. emails, memos, kotba tal-illoggjar, rapporti.


Iċ-ċiklu ta' komunikazzjoni: min jibgħat il-messaġġ, il-mod ta' kif jitwassal; il-messaġġ innifsu; il-mezzi; min jirċevih; kif jiġi mifhum; il-feedback.


L-għarfien meħtieġ:
In-nies impjegati u r-rwol tagħhom fuq ix-xogħol;
Is-servizzi offruti min-negozju eż. spa, taxi, kamra għall-konferenzi;
Is-servizzi disponibbli fil-lokalità eż. bank, bus stops, postijiet ta' interess;
L-importanza li wieħed ikun jaf id-dettalji eż. dettalji dwar il-prodott, l-għoti ta' pariri, tweġib ta' mistoqsijiet, suġġerimenti ta' prodotti, żieda fil-bejgħ, l-iċċekkjar tad-disponibbiltà, riservazzjoni, kanċellazzjonijiet, pagamenti, ilmenti.


Drawwiet kulturali differenti madwar id-dinja fil-komunikazzjoni: kuntatt bejn l-għajnejn; espressjonijiet tal-wiċċ; movimenti tar-ras; ġesti bl-idejn; il-mess; ritwali ta' tislim fil-pajjiżi ewlenin tad-dinja eż. l-Istati Uniti, Franza, il-Ġappun, l-Italja, New Zealand, iċ-Ċina.

Learning Outcome: 5. Kapaċi nipprovdi customer care tajba għall-klijenti.

Benefiċċji ta' customer care għan-negozju: benefiċċji finanzjarji; għar-reputazzjoni; konsumaturi li jerġgħu jixtru;
Benefiċċji ta' customer care għall-individwu: persunal motivat; żieda fis-sodisfazzjon li jagħti x-xogħol.


Konsumaturi interni: eż. kollegi, superviżuri, persunal;
Konsumaturi esterni: eż. aġenti, negozjanti, familji, persuni li ma jitkellmux bl-Ingliż, b'etajiet differenti u bi bżonnijiet speċjali;
Konsumaturi li jeħtieġu għajnuna speċjali: persuni b'diżabbiltà: eż. fil-mobbiltà, il-viżta jew is-smigħ, anzjani, klijenti bi tfal żgħar; barranin b'lingwa barranija; persuni b'dieti speċjali.


Dehra u kura tajba tal-persuna: dehra; xagħar; idejn; wiċċ; snin; dwiefer; uniformi; aċċessorji; żarbun;
Iż-żamma ta' iġjene personali: kura fil-banju; kura tal-idejn; kura tax-xagħar; riħa tal-ġisem; kura tal-ġilda; riħa fil-ħalq;
L-impatt tal-lingwaġġ tal-ġisem fil-komunikazzjoni mal-oħrajn, inkluż il-mod kif dawn li ġejjin jaffettwaw il-komunikazzjoni: il-kuntatt bejn l-għajnejn; it-tbissim; il-mod kif wieħed iżomm dritt; it-ton tal-vuċi (ton, piċċ, ritmu); espressjonijiet; ġesti;
Li wieħed juri lill-klijenti li nduna bihom u kif dan għandu jsir: tipi differenti ta' kif wieħed juri li induna bil-klijenti u t-tislim; tislim lil nies bi status speċjali;
Modi formali kif wieħed jindirizza lin-nies: kif tinġibed l-attenzjoni; kif tingħata merħba lil xi ħadd.
