Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 2.
L-Ospitalita'
Learning Outcome: 1. Kapaċi nifhem affarijiet baċiżi fin-nutrizzjoni u d-dieti differenti.

Il-linji gwida ta' Malta dwar id-dieta: kul inqas xaħam; kul inqas zokkor; kul inqas melħ; kul aktar fibra;
Nutrijenti: karboidrati; proteini; xaħam; minerali; vitamini.


Dieti differenti għal min għandu pereżempju d-dijabete, livell ta' kolesterol għoli, il-marda tas-coeliac, l-intolleranza għall-lattożju, dieti veġetarjani.

Learning Outcome: 2. Kapaċi nagħraf modi kif jista' jiġi evitat l-avvelenament mill-ikel u l-kontaminazzjoni b'referenza għal-leġislazzjoni.

Modi kif jiġi evitat l-avvelenament mill-ikel: evitar tal-kontaminazzjoni bejn ikel u ieħor; temperaturi u metodi ta' ħżin tal-ikel korretti; l-importanza tat-tikkettar; tisjir korrett.


Il-kontaminazzjoni fiżika eż. kontaminazzjoni minn tagħmir, kontaminazzjoni minn persuna li tipprepara l-ikel, kontaminazzjoni minn ippakkettjar, pests;
Kontaminazzjoni kimika eż. pestiċidi, kimiċi tat-tindif, tniġġis mit-trasportazzjoni;
Proċeduri ta' tindif korretti: sanitazzjoni; disinfezzjoni; sterilizzazzjoni; kimiċi korretti li jintużaw mal-ikel;
Leġislazzjoni: Food Handler’s Licence (B) Avviż Legali 178 tal-2002.

Learning Outcome: 3. Kapaċi nsir naf il-prinċipji bażiċi tal-gastronomija u t-tagħmir użat meta jkun qed jitħejja u jiġi servut l-ikel.

Stili ta' ikel eż. ikel klassiku, fast-food, ikel b'taħlita ta' stili msejjaħ 'fusion', haute cuisine, nouvelle cuisine;
Ikel differenti u riċetti tradizzjonali eż. Mediterranji, Orjentali.


Metodi ta' tisjir:
Tisjir xott eż. ħami, tisjir bin-nar, xiwi, grilljar;
Tisjir bil-likwidi eż. tisjir fix-xaħam, tisjir f'likwidu jagħli, tismit, fuq il-fwar, fi stju;
Tisjir bil-qali eż. sautéing, tisjir f'tagħġen għoli jew baxx, qali fi ftit żejt u qali f'żejt li jgħatti l-ikel.


Tagħmir tal-kċina:
Tagħmir mekkaniku: eż. food mixer u food processor industrijali, tagħmir li bih tiftaħ il-bottijiet b'mod elettroniku, grills, magna tal-kafè, pjastra, fran industrijali, magna tal-fwar;
Tagħmir biex jiġi servut l-ikel: eż. platti, dispensers, dixxijiet biex wieħed iservi, tongs;
Tagħmir għat-tisjir: eż. borom, tagħġnijiet, casseroles, dixxijiet, bordijiet fejn tqatta' l-affarijiet, skieken u xfafar, tagħmir għall-kejl.


Iġjene personali u tal-ikel: ilbies adegwat; ħasil tal-idejn korrett; mess tal-ikel b'mod korrett; użu korrett ta' bordijiet fejn jitqattgħu l-affarijiet skont il-kodiċi tal-kuluri tagħhom;
Skeda ta' tindif: tindif taż-żona fejn ikun qed isir ix-xogħol; tindif tat-tagħmir; ħżin korrett tat-tagħmir; użu korrett tad-deterġenti;
Użu korrett u sigur tat-tagħmir: użu sigur tat-tagħmir; użu korrett ta' tagħmir għal tisjir speċifiku.

Learning Outcome: 4. Kapaċi nkun naf dwar aspetti differenti meta nkun qed nipprepara, insajjar, inservi u naħżen prodotti tal-ikel.

Ikliet li jużaw il-ħut bħala l-ingredjent ewlieni f'tisjir lokali u attwali eż. ikel tradizzjonali, sushi, finger food;
Karatteristiċi li wieħed irid ifittex meta jixtri l-ħut: eż. għajnejn ċari u sodi, ġilda tleqq, riħa friska, garġi ħomor, laħam sod;
Modi kif jinħażen il-ħut frisk: eż. tindif tal-ħut qabel ma jiġi ffriżat, kemm jista' jinżamm fil-friża.


Il-qatgħat tal-laħam u t-tajr differenti: kustilji; sirloin; tenderloin; New York strip; flank steak; sidra tat-tiġieġa/papra; saqajn u koxox;
Varjazzjonijiet tat-tisjir: blu (kemm kemm messet man-nar); kważi nejja (rare); bid-demm (medium rare); bi ftit demm (medium); imsajra bla demm (medium well); imsajra ħafna (well done).


Karatteristiċi tal-bajd: kemm huma friski; użu tad-dati stampati fuq il-bajd; metodi kif jinħażnu l-bajd;
Karatteristiċi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib: dati mniżżlin meta mqabblin mat-tip ta' ħalib; ħżin ta' tipi differenti ta' ħalib;
Użi tal-bajd: eż. biex jgħaqqdu, bħala dekorazzjoni, bħala sors ewlieni;
Użi tal-prodotti tal-ħalib: eż. ingredjenti ewlenin, meta jiżdiedu maz-zlazi, platters, eċċ.


Prodotti magħmulin minn ċereali differenti: Għaġin: frisk, niexef, noodles;
Ross: long-grain, short grain, ross ismar, basmati, jasmine, ross tar-risotto;
Dqiq: dqiq abjad, dqiq self-raising, dqiq ismar, dqiq mhux tal-qamħ;
Ikel: eż. ross il-forn, għaġin il-forn, imqarrun bil-ġobon, torti.


Tqattigħ differenti tal-ħaxix: julienne; chiffonade; jardinière; brunoise; macedoine; paysanne;
Tekniki differenti kif jitqatta' l-frott u l-ħaxix: tqaxxir; tqattigħ; tqattigħ f'kaxxi żgħar; maħkuk;
L-importanza li jintużaw metodi ta' tisjir korretti: ir-rilaxx tan-nutrijenti; metodi ta' tisjir adegwati; proċess ta' blanching.


Iċċekkjar tal-kwalità: dehra; kulur; tiżjin; riħa; tessitura; togħma;
Titjib tal-karatteristiċi sensorjali: użu ta' ħwawar u ħxejjex aromatiċi biex titjieb it-togħma; l-użu tal-frott u l-ħaxix biex joħroġ aktar il-kulur; użu ta' tagħmir biex l-ikel jiġi servut fit-temperatura t-tajba eż. bozza tat-tisħin, użu ta' platti kkuluriti biex jisserva ikel ċass.


Mis en place: tħejjija tal-ingredjenti; tagħmir; tekniċi tat-tisjir;
Tekniki ta' kif jiġi servut l-ikel: servut f'numri farrada; il-platt jiżdidlu l-għoli; kuluri li jikkuntrastaw lil xulxin; dekorazzjoni b'zalza; tiżjin differenti.

Learning Outcome: 5. Kapaċi nuri li naf it-tekniki bażiċi għall-għamla ta' għaġejjen.

Tipi ta' għaġejjen: eż. għaġina tat-torti, għaġina filo, għaġina choux, crumble, għaġina flaky, għaġina sfiljurata.


Metodu ta' whisking: il-proprjetajiet tat-teknika tal-whisking; użi tal-metodu tal-whisking;
Metodu tar-rubbing-in: proprjetajiet tal-metodu tar-rubbing-in; riċetti differenti bl-użu tal-metodu tar-rubbing-in.


Dixxijiet tal-ħelu eż. torti żgħar tal-ġamm, kejk bil-ġamm u l-krema fin-nofs (Victoria sandwich), scones taċ-ċikkulata u l-berries.
