Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Unit: 1. Ħidma Effettiva u Sigura fl-Inġinerija

It-Teknoloġija tal-Inġinerija





Learning Outcome: 1. Kapaċi nipprepara l-PPEs meħtieġa skont regolamenti statutorji għal biċċa xogħol tal-inġinerija partikolari.

1. Kapaċi nelenka t-tagħmir personali u protettiv marbut mal-ambjent tal-inġinerija.
Tagħmir Personali u Protettiv: eż. ġagagi, żraben protettivi, protezzjoni għall-għajnejn, maskri/respiraturi, ċineg tas-sigurtà, kpiepel tas-sigurtà, protezzjoni għall-idejn.
2. Kapaċi niddeskrivi l-funzjonijiet tal-PPEs għal biċċa xogħol partikolari. 
IT-TAGĦLIM KREATTIV
3. Kapaċi nidentifika sinjali ta' twissija għad-disa' gruppi ewlenin tas-sustanzi perikolużi.
Gruppi ta' sinjali perikolużi: gass taħt pressjoni; esplussivi; ossidazzjoni; fjammabbli; korrużiv; periklu għas-saħħa; tossiċità akuta; perikli serji għas-saħħa; periklu għall-ambjent.
Sustanzi perikolużi tipiċi:


  • Gass taħt pressjoni: eż. aerosols, oxy/aċetilena, arja kkompressata;

  • Splussivi: eż. karburanti, ċilindri tal-gass, logħob tan-nar;

  • Ossidazzjoni: eż. bliċ, aċidu tal-kubrit, ossidu nitruż, soda kawstika;


  • Fjammabbli: eż. karburanti, materjal organiku, gassijiet;

  • Korrużiv: eż. aċidi aċetiċi, aċidu idrokloriku, klorur ferriku, idrossidu tas-sodju;

  • Periklu għas-saħħa: eż. deterġenti, fluwidi tar-refriġerant, aġenti tat-tindif;

  • Tossiċità akuta: eż. ċomb, bijoċidu, metanol;

  • Perikli serji għas-saħħa: eż. petrol, żejt tal-lampi, terpentina;


  • Periklu għall-ambjent: eż. merkurju, dijżil, terpentina. 


4 Kapaċi nirrelata r-regolamenti statutorji għal biċċa xogħol tal-inġinerija partikolari.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
Leġislazzjonijiet lokali: eż.

  • Att 27 tal-2000 - L-Att tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol,

  • Avviż Legali 44 tal-2002 tar-Regolamenti (Rekwiżiti Minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà) fuq il-Postijiet tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 45 tal-2002 tar-Regolamenti (Dispożizzjoni tas-Sinjali tas-Saħħa u/jew tas-Sigurtà) fuq il-Postijiet tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 36 tal-2003 Dispożizzjonijiet Ġenerali tar-Regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Postijiet tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 227 tal-2003 Protezzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ħaddiema minn Riskji relatati ma' Aġenti kimiċi fuq il-Post tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 121 tal-2003 tar-Regolamenti tar-Rekwiżiti Minimi għall-użu ta' Tagħmir Protettiv Personali fuq il-Post tax-Xogħol,


  • Avviż Legali 35 tal-2003 tar-Regolamenti tal-Protezzjoni kontra r-Riskji ta' Korriment fid-Dahar fuq il-Post tax-Xogħol.


1. Kapaċi nispjega l-importanza tal-użu ta' ppakkjar u ttikkettar xieraq marbuta ma' sustanzi perikolużi.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
Materjali, postijiet u kundizzjonijiet użati biex jinħażnu sustanzi perikolużi: eż. plastik, metall, kaxxi siguri, kundizzjonijiet tat-temperatura.
1. Kapaċi nipprepara l-PPEs meħtieġa għal biċċa xogħol tal-inġinerija billi nirreferi għar-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà. 
PRATTIKA



Learning Outcome: 2. Kapaċi nwettaq assessjar tar-riskji fi ħdan ambjent tal-inġinerija.

5. Kapaċi niddeskrivi għadd ta' perikli li jistgħu jeżistu f'ambjent tal-inġinerija.
Perikli: eż. mekkaniċi, elettriċi u elettroniċi, fiżiċi, kimiċi, ergonomiċi, ambjentali.
6. Kapaċi nelenka l-oqsma ewlenin tal-assessjar tar-riskji inkluż lil min għandu jingħata dan ir-rapport.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV

  • Nidentifika l-perikli: identifikazzjoni tal-perikli li jistgħu jkunu ta' riskju f'attivitajiet ta' kuljum;

  • Niddeċiedi min jista' jweġġa' u kif;

  • Nikkalkula r-riskju: skala tar-riskju; kunċett tal-probabbiltà tar-riskju; grad ta' periklu possibbli għal persuni differenti;

  • Kontroll tar-riskji: azzjonijiet possibbli biex jitneħħew kompletament ir-riskji jew biex ikunu kkontrollati biex il-ħsara tkun limitata;

  • Monitoraġġ tal-effikaċja tal-kontrolli: struzzjonijiet għall-kontroll tar-riskji; implimentazzjoni tal-kontrolli; reviżjoni regolari tar-riskji u l-kontrolli;

  • Żamma ta' Rekords;

  • Reviżjoni tal-assessjar tar-riskji;


  • Persuni: Uffiċjal tas-Saħħa u s-Sigurtà; Min iħaddem. 


7. Kapaċi niddeskrivi l-proċeduri meħtieġa biex ngħin persuna meta jkun hemm inċident fil-workshop tal-inġinerija.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
Inċidenti Personali: eż. qatgħat/feriti, xokk elettriku, telf mis-sensi, ħruq fiżiku/kimiku, trekkik u sforz, ksur, oġġetti fl-għajnejn.
Nar:

  • Klassijiet tan-nirien;

  • Tipi differenti ta'  tagħmir tat-tifi tan-nar: eż. kutra ta' kontra n-nar, pajrini differenti.


2. Kapaċi nispjega r-riskji f'termini tal-perikli preżenti f'ambjent tal-inġinerija.
IT-TAGĦLIM KREATTIV
Riskji: Ħsara lit-tagħmir; ħsara lilek innifsek; ħsara lil ħaddieħor.
3. Kapaċi nispjega miżuri preventivi meħtieġa biex jinżamm ambjent tax-xogħol sigur waqt attività tal-inġinerija.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
Miżuri Preventivi:

  • Mekkaniċi: eż. ilbes il-PPE adattat, uża għodod addattati għax-xogħol, spezzjonijiet viżivi tal-għodod, xogħol magħmul skont il-proċeduri stabbiliti, tneħħix jew twaqqaf apparat tas-sigurtà, tneħħix tagħmir tas-sigurtà minn fuq makkinarju;

  • Elettriċi u elettroniċi: eż. ilbes il-PPE addattat, iċċekkja għall-użu fuq kurduni tal-elettriku, iċċekkja li l-qawwa tal-fjuż tkun addattat;


  • Fiżiċi: eż. ilbes il-PPE addattata, tilbisx ġojjellerija, tella' xagħrek, neħħi lbies wiesa', ventilazzjoni tajba, uża krema kontra x-xemx meta tkun f'xemx diretta;


  • Kimiċi: eż. ilbes il-PPE addattat, ipproteġi minn xemx diretta, ikseb struzzjonijiet speċjali qabel l-użu, tisprejjax fuq fjamma miftuħa, aħsel sew wara l-użu, aħżen il-kimiċi f'post sigur, irrapporta u tużax kontenituri mingħajr tabella;

  • Ergonomiċi: eż. aġġusta l-istazzjon tax-xogħol, tekniki ta' rfigħ addattati, addotta qagħda tajba, evita movimenti repetittivi tax-xogħol, agħmel waqfiet frekwenti, uża l-għodod addattati biex tiżgura qagħda newtrali;


  • Ambjentali: eż. permess biex taħdem, spezzjoni tal-perikli tas-sit, poġġamani, żgura li l-iscaffolds huma ċertifikati, tmissx kondutturi mhux miksija, manutenzjoni tajba, segwi s-sinjali, aderixxi għas-simboli u l-kodiċi tal-kuluri, ventilazzjoni tajba, segwi l-proċeduri tal-lock-out-tag.

2. Kapaċi nwettaq assessjar tar-riskji qabel nibda attività tal-inġinerija.
PRATTIKA



Learning Outcome: 3. Kapaċi ninterpreta u nuża dokumentazzjoni tal-inġinerija.

8. Kapaċi niddistingwi bejn informazzjoni tal-inġinerija differenti.
Informazzjoni tal-Inġinerija:

  • Block diagrams; flow charts;

  • Exploded views;

  • Dijagrammi skematiċi: tpinġija tal-komponenti; tpinġija taċ-ċirkwit;


  • Dijagrammi tal-assemblaġġ: assemblaġġ ġenerali; sub-assemblaġġ; assemblaġġ tal-fabbrikazzjoni; dijagramma tat-tiswija u l-manutenzjoni.


9. Kapaċi nidentifika l-kodiċi tal-kuluri mekkaniċi, is-simboli u t-taqsiriet minn dokumentazzjoni partikolari.
Simboli, Taqsiriet u Kodiċi tal-Kuluri:
Kodiċi tal-Kuluri Mekkaniċi


  • Kodiċi tal-Kuluri:
    - Kuluri taċ-Ċilindri Industrijali: eż. ossiġnu, aċetilena, nitroġenu, elju, argon, dijossidu tal-karbonju;
    - Immarkar tal-Pajpijiet: eż. tax-xorb, iffriżat, kiesaħ, jaħraq, għat-tifi tan-nar, tal-baħar mhux ittrattat, idrawliku, karburant tad-dijżil, arja kompressata, drenaġġ, fwar;


  • Simboli u taqsiriet mekkaniċi:
    - Metalli: eż. ħadid fondut, ħadid azzarjat, stainless steel, aluminju, ċomb, ram;
    - Welding: eż. spot weld, square butt weld, fillet weld;
    - lineari u ġeometriċi: eż. raġġ, dijametru, projezzjoni, linja dritta, linji maqtugħin, linja taċ-ċentru, linji moħbija, linji ta' kostruzzjoni.


10. Kapaċi nidentifika l-kodiċi tal-kuluri, simboli u unitajiet SI minn dokumentazzjoni partikolari.
Simboli, Taqsiriet u Kodiċi tal-Kuluri:

  • Kodiċi tal-kuluri elettriċi u elettroniċi: kurduni flessibbli użati għal kurrent dirett; resistors.


  • Simboli u unitajiet SI elettriċi u elettroniċi:
    - Termini elettriċi: eż. vultaġġ, kurrent, enerġija, indutance, capacitance, induttanza.
    - Komponenti passivi: eż. resistor, capacitor, induttur.
    - Semikondutturi: eż. diodes u LEDs, operational amplifier, transistors u MOSFETS.
    - Sensors: eż. resistor LDR dipendenti fuq id-dawl, thermistor, mikrofonu.
    - Attwaturi: eż. muturi D.C., relays, bażer.
    - Ċirkwiti integrati: eż. logic gates (AND, OR, NOT), NE555, regolaturi tal-vultaġġ.
    - Sorsi: eż. batteriji, provvisti tal-elettriku, ċelluli solari.
    - Swiċċijiet: eż. SPST, SPDT, DPDT.



4. Kapaċi niddiskuti l-ħtieġa għall-qari u l-interpretar tal-informazzjoni tal-inġinerija bi preċiżjoni.
QARI U FEHIM
Il-ħtieġa tal-qari u l-interpretar tal-informazzjoni tal-inġinerija: naħdem skont il-proċeduri stabbiliti; nipproduċi x-xogħol meħtieġ b'mod preċiż; raġunijiet tas-saħħa u s-sigurtà; biex ikun salvagwardjat it-tagħmir li qed jintuża; nikkomunika ideat lill-oħrajn; issettjar tal-prijoritajiet.
5. Kapaċi nispjega l-miżuri meħtieġa biex tinħażen u tintuża mill-ġdid dokumentazzjoni tal-inġinerija.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
Tipi ta' dokumentazzjoni: eż. manwali, data sheets, job cards, skedi tat-testijiet, dokumentazzjoni tal-kontroll tal-kwalità, permessi tax-xogħol, rapporti ta' korrimenti, assessjar tar-riskji.
Kura u kontroll tad-dokumenti:

  • Post u sigurtà: eż. kundizzjonijiet ta' ħżin addattati, proċeduri tal-punti ta' aċċess, proċeduri tar-ritorn, rappurtar tad-diskrepanzi fid-dejta u d-dokumenti;


  • Immaniġġjar fiżiku: eż. ħsara u l-effetti minn graffiti, ħsara u l-effetti minn użu normali, indafa, metodi ta' tiwi; 


  • Kontroll tad-dokumenti: eż. dati tal-ħruġ, dati tal-ammendi, rappurtar ta' telf/ħsara.


Leġislazzjoni: Il-Protezzjoni tad-Dejta.
3. Kapaċi nwettaq xogħol ta' assemblaġġ minn informazzjoni tal-inġinerija partikolari.
PRATTIKA




Agħti r-rispons tiegħek hawn