Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar
Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Unit: 1. Ix-xjenza tal-pjanti u l-ħamrija.
L-Agrikummerċ
Learning Outcome: 1. Kapaċi nifhem iċ-ċiklu tal-ħajja u l-morfoloġiji tal-organi differenti tal-għeruq u s-sistemi tar-rimjiet tal-għelejjel/pjanti ornamentali.


Uċuħ/pjanti ornamentali: e.ż.
-Genus allium: basal, tewn
-Familja tal-Apiaceae: zunnarija
-Familja tal-Cucurbitaceae: qargħabli
-Familja tas-Solanaceae: patata, tadam, brunġiel, bżar aħdar
-Familja tal-Asteraceae: artiċokk
-Genus brassica: brokkoli, pastard, kaboċċi, brussel sprouts;
-Pjanti ornamentali: petunja, punsjetta
Organi: werqa; għerq; fjura; żerriegħa; frotta.


-Tessuti tal-pjanti: parenchyma; collenchyma; sclerenchyma;
-Introduzzjoni għas-sistema ta' trasport: xylem; phloem;
-Komponenti taċ-ċelloli tal-pjanti: membrana taċ-ċelloli; nukleu; ċitoplasma;
chloroplasts; vacuole; ħajt taċ-ċelloli; mitochondria.


Iċ-ċiklu tal-ħajja: żerriegħa; ġerminazzjoni; nebbieta; tkabbir; fjoritura; pollinazzjoni; għamla ta' frott; tixrid taż-żerriegħa.


Uċuħ/pjanti ornamentali differenti:
-Monocot: basal, qamħ;
-Dicot: kaboċċi, zunnarija, fażola.Morfoloġija: struttura tal-għerq, iz-zokk, il-werqa, il-fjura, il-frotta, iż-żerriegħa.
Learning Outcome: 2. Kapaċi nkabbar staġun ta' grupp differenti ta' ħxejjex.


Ħaxix li jitkabbar l-aktar: e.ż.: patata, tadam, bżar aħdar, brunġiel, tewm, basal, basal twil, qargħa differenti, qargħabali, ħabaq, qargħa xitwi, qargħa aħmar, ħjar, ħass, spinaċi, endivja, kaboċċi, pastard, brussels sprouts, brokkoli, ġdur kolhrabi, qaqoċċ, artiċokk, karfus, tursin, zunnarija, pitravi, piżelli, ful, fażola twila.
Produzzjoni: tħejjija tal-art; spazjar; żrigħ/tixtil; irrigazzjoni.


Karatteristiċi nutrizzjonali tal-frott u l-ħaxix: karboidrati; proteini; xaħmijiet; vitamini; minerali; fibri.


Xejriet futuri: produzzjoni organika kontra produzzjoni mhux organika; konsum ta' frott u ħaxix.


Nikkalkula żona ta' plott;
Nikkalkula l-għadd ta' żrieragħ/pjanti meħtieġa skont l-ispazju li nqiegħed bejn waħda u oħra.


Xogħol ta' rutina: l-użu ta' tagħmir tas-saħħa u s-sigurtà adegwat; tħejjija ta' dixxijiet tax-xitel; tiżrigħ/żrigħ; immarkar tat-tikketti tad-dixxijiet; tisqija; tixtil; tqegħid ta' pajpijiet ta' irrigazzjoni; l-użu ta' mgħażqa; inqix; ħsad.
Learning Outcome: 3. Kapaċi napplika fertilizzant adegwat billi nuża t-teknika adegwata.


Nutrijent: makro; mikro;
Għan tal-produzzjoni: tkabbir tal-weraq malajr; tkabbir tal-frott malajr; nefħa tal-weraq u l-frott; twarrid b'saħħtu.
Sintomi ta' insuffiċjenza: inibizzjoni tat-tkabbir; klorożi totali tal-weraq; klorożi intervenali; klorożi tat-tarf tal-weraq; tħassir apikali tal-frott; ħruq tat-tarf; weraq li jsir vjola; telf ta' weraq; tikek sofor; tkabbir limitat tal-għeruq.
Fertilizzanti: uniku; imħallat; organiku; mhux organiku; likwidu; li jdub fl-ilma; jerħi bil-mod.


Vantaġġi: e.ż. nutrijenti, arjazzjoni, humus, skular, żamma tal-ilma;
Żvantaġġi: e.ż. patoġeni; tlissija tan-nutrijenti; irwejjaħ jintnu; ħaxix ħażin, diffikultajiet għall-ħżin.


Perikli: e.ż. oġġetti jaqtgħu, għodod u makkinarju, fjuwil, elettriku, xemx diretta, meta ma jintlibisx tagħmir għall-protezzjoni personali adegwat, pestiċidi u fertilizzanti, l-irfigħ ta' oġġetti tqal, trab, għoli;
Riskji: e.ż. qatgħat, ħruq, ġrieħi, infezzjonijiet, avvelenar, xokk elettriku, kolp ta' sħana, uġigħ fid-dahar, irritazzjoni tal-għajn, problemi fin-nifs.
Leġislazzjonijiet:
-Att 27 tal-2000 - Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;
-Avviż Legali 44 tal-2002 - Regolamenti dwar il-Post tax-Xogħol (Bżonnijiet Minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà)
-Avviż Legali 35 tal-2003 - Regolamenti dwar il-Protezzjoni kontra Riskji ta’ Korriment tad-Dahar fil-Postijiet tax-Xogħol
-Avviż Legali 36 tal-2003 -Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
-Avviż Legali 121 tal-2003 - Regolamenti dwar Rekwiżiti Minimi għall-Użu ta’ Tagħmir Protettiv Personali fuq ix-Xogħol
-Il-Pjan Nazzjonali ta' Malta għall-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi (2013-2018).


Identifikazzjoni tal-insuffiċjenza: għażla tal-fertilizzant adegwat; applikazzjoni tal-fertilizzant.
Learning Outcome: 4. Kapaċi nifhem l-għan u l-metodi użati għall-analiżi tal-ħamrija.


Proċess: forma ta' żigużajg; fond tal-kampjun;
Għodod: golja; drill tal-idejn; mgħażqa; kitt għall-ittestjar tal-ħamrija;
Materjali: boroż immarkati; xi ħaġa biex wieħed jimmarka.


Parametri: pH; sodju; klorur; nitroġenu; potassju; konduttività; kalċju.


Parametri tal-ħamrija: pH; sodju; konduttività.
Learning Outcome: 5. Kapaċi nifhem il-fatturi tal-ħamrija li jikkontribwixxu għal tkabbir ta' pjanti b'saħħithom.


Tipi ta' ħamrija: L-art Maltija fi ħdan il-bażi ta' referenza dinjija għar-riżorsi tal-ħamrija.
Bijotika: e.ż. batterji, mycorrhizae, ħniex, patoġeni;
Abijotiċi: e.ż. pH, ilma fil-ħamrija, tessitura tal-ħamrija, struttura tal-ħamrija, temperatura, disponibbiltà tan-nutrijenti, materja organika, porożità, skular.


Attivitajiet: kisi bil-ħuxlief; ħdim tar-raba'; kalċifikazzjoni; il-fertilizzazzjoni; żieda ta' materja organika; ittoppjar tal-ħamrija; żieda fil-kontenut tar-ramel.