Rispons
EN | MT  

Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar

Agħfas fuq l-icon t'hawn isfel biex tniżżel il-Gwida għall-Edukaturi fuq il-Pedagoġija u l-Assessjar






Unit: 1. Ix-xjenza tal-pjanti u l-ħamrija.

L-Agrikummerċ





Learning Outcome: 1. Kapaċi nifhem iċ-ċiklu tal-ħajja u l-morfoloġiji tal-organi differenti tal-għeruq u s-sistemi tar-rimjiet tal-għelejjel/pjanti ornamentali.

1. Kapaċi nagħti isem lil organi differenti tal-għeruq u tas-sistemi tar-rimjiet ta' uċuħ/pjanti ornamentali.
IL-KITBA
Uċuħ/pjanti ornamentali: e.ż.
-Genus allium: basal, tewn
-Familja tal-Apiaceae: zunnarija
-Familja tal-Cucurbitaceae: qargħabli
-Familja tas-Solanaceae: patata, tadam, brunġiel, bżar aħdar
-Familja tal-Asteraceae: artiċokk
-Genus brassica: brokkoli, pastard, kaboċċi, brussel sprouts;
-Pjanti ornamentali: petunja, punsjetta
Organi: werqa; għerq; fjura; żerriegħa; frotta.
2. Kapaċi niddeskrivi t-tessuti tal-pjanti, is-sistema ta' trasport, u l-komponenti taċ-ċelloli tal-pjanti.
 IL-KITBA
-Tessuti tal-pjanti: parenchyma; collenchyma; sclerenchyma;
-Introduzzjoni għas-sistema ta' trasport: xylem; phloem;
-Komponenti taċ-ċelloli tal-pjanti: membrana taċ-ċelloli; nukleu; ċitoplasma; 
chloroplasts; vacuole; ħajt taċ-ċelloli; mitochondria.

3. Kapaċi niddistingwi l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja ta' speċi minn għalla partikolari.
IL-KITBA
Iċ-ċiklu tal-ħajja: żerriegħa; ġerminazzjoni; nebbieta; tkabbir; fjoritura; pollinazzjoni; għamla ta' frott; tixrid taż-żerriegħa.
 
1. Kapaċi nispjega l-morfoloġiji tal-uċuħ/pjanti ornamentali differenti.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
 
Uċuħ/pjanti ornamentali differenti:
-
Monocot: basal, qamħ;
-Dicot: kaboċċi, zunnarija, fażola.Morfoloġija: struttura tal-għerq, iz-zokk, il-werqa, il-fjura, il-frotta, iż-żerriegħa



Learning Outcome: 2. Kapaċi nkabbar staġun ta' grupp differenti ta' ħxejjex.

4. Kapaċi niddistingwi l-produzzjoni tal-aktar ħaxix komuni li jitkabbar fil-gżejjer Maltin.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
Ħaxix li jitkabbar l-aktar: e.ż.: patata, tadam, bżar aħdar, brunġiel, tewm, basal, basal twil, qargħa differenti, qargħabali, ħabaq, qargħa xitwi, qargħa aħmar, ħjar, ħass, spinaċi, endivja, kaboċċi, pastard, brussels sprouts, brokkoli, ġdur kolhrabi, qaqoċċ, artiċokk, karfus, tursin, zunnarija, pitravi, piżelli, ful, fażola twila.
Produzzjoni: tħejjija tal-art; spazjar; żrigħ/tixtil; irrigazzjoni.

5. Kapaċi niddistingwi l-karatteristiċi nutrizzjonali tal-frott u l-ħaxix.
L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
Karatteristiċi nutrizzjonali tal-frott u l-ħaxix: karboidrati; proteini; xaħmijiet; vitamini; minerali; fibri.    
    
2. Kapaċi nbassar xejriet futuri possibbli fil-konsum lokali tal-frott u l-ħaxix.
NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF
Xejriet futuri: produzzjoni organika kontra produzzjoni mhux organika; konsum ta' frott u ħaxix.
1. Kapaċi nxettel/niżra' għadd ta' pjanti/żrieragħ meħtieġa għal żona ta' art speċifika skont il-kalkoli tiegħi.
 IL-QARI U L-FEHIM
Nikkalkula żona ta' plott; 
Nikkalkula l-għadd ta' żrieragħ/pjanti meħtieġa skont l-ispazju li nqiegħed bejn waħda u oħra.


2. Kapaċi nipprattika rutina ta' xogħol meħtieġa għall-produzzjoni ta' wiċċ/pjanta ornamentali billi nuża t-tagħmir tas-saħħa u s-sigurtà adegwat.
 TAGĦLIM KOLLABORATTIV
Xogħol ta' rutina: l-użu ta' tagħmir tas-saħħa u s-sigurtà adegwat; tħejjija ta' dixxijiet tax-xitel; tiżrigħ/żrigħ; immarkar tat-tikketti tad-dixxijiet; tisqija; tixtil; tqegħid ta' pajpijiet ta' irrigazzjoni; l-użu ta' mgħażqa; inqix; ħsad.



Learning Outcome: 3. Kapaċi napplika fertilizzant adegwat billi nuża t-teknika adegwata.

6. Kapaċi nindika n-nutrijent/i adegwati għal għanijiet ta' produzzjoni speċifiċi.
 IL-QARI U L-FEHIM
Nutrijent: makro; mikro;
Għan tal-produzzjoni: tkabbir tal-weraq malajr; tkabbir tal-frott 
malajr; nefħa tal-weraq u l-frott; twarrid b'saħħtu.
Sintomi ta' insuffiċjenza: inibizzjoni tat-tkabbir; klorożi totali tal-weraq; klorożi intervenali; klorożi tat-tarf tal-weraq; tħassir apikali tal-frott; ħruq tat-tarf; weraq li jsir vjola; telf ta' weraq; tikek sofor; tkabbir limitat tal-għeruq.
Fertilizzanti: uniku; imħallat; organiku; mhux organiku; likwidu; li jdub fl-ilma; jerħi bil-mod.

3. Kapaċi niddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-użu tad-demel fil-produzzjoni tal-ħaxix.
 NITGĦALLEM BIEX NITGĦALLEM
Vantaġġi: e.ż. nutrijenti, arjazzjoni, humus, skular, żamma tal-ilma;
Żvantaġġi: e.ż. patoġeni; tlissija tan-nutrijenti; irwejjaħ jintnu; ħaxix ħażin, diffikultajiet għall-ħżin.

4. Kapaċi nispjega l-perikli u r-riskji fl-ambjent tax-xogħol tiegħi.
 IT-TAGĦLIM KREATTIV
Perikli: e.ż. oġġetti jaqtgħu, għodod u makkinarju, fjuwil, elettriku, xemx diretta, meta ma jintlibisx tagħmir għall-protezzjoni personali adegwat, pestiċidi u fertilizzanti, l-irfigħ ta' oġġetti tqal, trab, għoli;
Riskji: e.ż. qatgħat, ħruq, ġrieħi, infezzjonijiet, avvelenar, xokk elettriku, kolp ta' sħana, uġigħ fid-dahar, irritazzjoni tal-għajn, problemi fin-nifs.
Leġislazzjonijiet:

-Att 27 tal-2000 - Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;
-Avviż Legali 44 tal-2002 - Regolamenti dwar il-Post tax-Xogħol (Bżonnijiet Minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà) 
-Avviż Legali 35 tal-2003 - Regolamenti dwar il-Protezzjoni kontra Riskji ta’ Korriment tad-Dahar fil-Postijiet tax-Xogħol 
-Avviż Legali 36 tal-2003 -Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
-Avviż Legali 121 tal-2003 - Regolamenti dwar Rekwiżiti Minimi għall-Użu ta’ Tagħmir Protettiv Personali fuq ix-Xogħol 
-Il-Pjan Nazzjonali ta' Malta għall-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi (2013-2018).
3. Kapaċi napplika l-fertilizzant adegwat biex innaqqas insuffiċjenza partikolari fi pjanta veġetali bl-użu ta' tagħmir tas-saħħa u s-sigurtà adegwat.
 NITGĦALLEM NGĦIX MA' ĦADDIEĦOR
Identifikazzjoni tal-insuffiċjenza: għażla tal-fertilizzant adegwat; applikazzjoni tal-fertilizzant.



Learning Outcome: 4. Kapaċi nifhem l-għan u l-metodi użati għall-analiżi tal-ħamrija.

7. Kapaċi niddeskrivi l-proċess, l-għodod, u l-materjali meħtieġa biex nieħu kampjuni u nanalizzahom.
 L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI
Proċess: forma ta' żigużajg; fond tal-kampjun; 
Għodod: golja; drill tal-idejn; mgħażqa; kitt għall-ittestjar tal-ħamrija;
Materjali: boroż immarkati; xi ħaġa biex wieħed jimmarka.
 
8. Kapaċi niddefinixxi l-parametri li huma determinati komunement fl-analiżi tal-kampjuni tal-ħamrija.
L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI
Parametri: pH; sodju; klorur; nitroġenu; potassju; konduttività; kalċju.
5. Kapaċi nagħżel il-pjanti li huma l-aktar addattati għal parametri tal-ħamrija speċifiċi skont ir-riżultati tal-kampjun tal-ħamrija.
KONJITTIV
Parametri tal-ħamrija: pH; sodju; konduttività.

                                                   



Learning Outcome: 5. Kapaċi nifhem il-fatturi tal-ħamrija li jikkontribwixxu għal tkabbir ta' pjanti b'saħħithom. 


9. Kapaċi niddeskrivi kif fatturi tal-ħamrija bijotiċi u abijotiċi jistgħu jaffettwaw it-tkabbir tal-pjanti.
IL-QARI U L-FEHIM
Tipi ta' ħamrija: L-art Maltija fi ħdan il-bażi ta' referenza dinjija għar-riżorsi tal-ħamrija.
Bijotika: e.ż. batterji, 
mycorrhizae, ħniex, patoġeni;
Abijotiċi: e.ż. pH, ilma fil-ħamrija, tessitura tal-ħamrija, struttura tal-ħamrija, temperatura, disponibbiltà tan-nutrijenti, materja organika, porożità, skular.
               
10. Kapaċi nniżżel lista ta' attivitajiet li jistgħu jtejbu l-fertilità tal-ħamrija.
IT-TAGĦLIM KONJITTIV
Attivitajiet: kisi bil-ħuxlief; ħdim tar-raba'; kalċifikazzjoni; il-fertilizzazzjoni; żieda ta' materja organika; ittoppjar tal-ħamrija; żieda fil-kontenut tar-ramel.
 




Agħti r-rispons tiegħek hawn